3.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 99/154 |
It-Tlieta 23 ta’ Novembru 2010
Pjan fit-tul għall-istokk ta’ Inċova fil-Bajja ta’ Biscay u s-sajd li jisfrutta dak l-istokk ***I
P7_TA(2010)0420
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Novembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi stabbilit pjan fit-tul għall-istokk ta’ Inċova fil-Bajja ta’ Biscay u s-sajd li jisfrutta dak l-istokk (COM(2009)0399 – C7-0157/2009 – 2009/0112(COD))
2012/C 99 E/41
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0399), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C7-0157/2009), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta’ Marzu 2010 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0299/2010), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
It-Tlieta 23 ta’ Novembru 2010
P7_TC1-COD(2009)0112
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta’ Novembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan fit-tul għall-istokk ta’ Inċova fil-Bajja ta’ Biscay u s-sajd li jisfrutta dak l-istokk
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxi skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Fid-dawl tal-Pjan ta’ Implimentazzjoni adottat fil-Laqgħa Għolja Dinjija tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li nżammet f'Johannesburg fl-2002, l-Unjoni Ewropea hija impenjata, inter alia, sabiex iżżomm jew treġġa' lura l-istokkijiet għal livelli li jistgħu jipproduċu l-ogħla rendiment sostenibbli, bl-għan li dawn l-għanijiet jinkisbu b'urġenza għall-istokkijiet eżawriti, u fejn hu possibbli mhux aktar tard mill-2015. |
(2) |
Is-sajd għall-inċova fil-Bajja ta’ Biscay ilu magħluq mill-2005 'l hawn minħabba l-qagħda mwiegħra tal-istokk. |
(3) |
Sabiex jittejjeb l-istokk tal-inċova fil-Bajja ta’ Biscay, f'livell li jippermetti l-isfruttar sostenibbli skont l-ogħla rendiment sostenibbli, huwa meħtieġ li jkun hemm dispożizzjonijiet għal miżuri għall-ġestjoni fit-tul tal-istokk li jiżguraw l-isfruttament ta’ dak l-istokk b'rati għolja ta’ rendiment b'konsistenza mal-ogħla rendiment sostenibbli u li jiggarantixxu, kemm jista' jkun, l-istabbiltà tas-sajd filwaqt li jinżamm livell baxx ta’ riskju li l-istokk jikkollassa. |
(4) |
L-istaġun tas-sajd għall-inċova fil-Bajja ta’ Biscay jibda mill-1 ta’ Lulju ta’ kull sena u jispiċċa fil-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara. Għall-finijiet ta’ simplifikazzjoni, huwa xieraq li jkun hemm dispożizzjonijiet għal miżuri speċifiċi li jistabbilixxu t-TAC għal kull staġun tas-sajd u li jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri b'tali mod li jkunu jikkonformaw ma’ dan il-perjodu ta’ ġestjoni u fuq il-bażi tal-parir mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) (3). Skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) il-Kunsill għandu l-obbligu li jadotta l-miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd. Minħabba l-ispeċifikitajiet tas-sajd tal-inċova fil-Bajja ta’ Biscay, ikun xieraq li l-Kunsill jistabbilixxi dawk il-miżuri b'mod li jippermetti TACs u kwoti li jiġu applikati għal kull staġun individwali. |
(5) |
Dan joħroġ mill-parir tal-iSTECF li l-ħsad ta’ proporzjon kostanti tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv jipprovdi għall-ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet. L-iSTECF huwa wkoll tal-parir li l-livell minimu tal-bijomassa riproduttiva li fiha l-istokk ikun jista' jibda jinħasad għandu jkun stabbilit għal 24 000 tunnellata u li l-livell prekawzjonarju ta’ bijomassa għandu jkun ta’ 33 000 tunnellata. Barra minn hekk, ir-rata xierqa tal-ħsad għandha tkun 30 % tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv kull sena, soġġetta għar-restrizzjonijiet xierqa. Dik ir-rata timminimizza r-riskju li l-istokk jonqos għal livelli taħt il-bijomassa riproduttiva minima, kif ukoll il-probabbiltà li s-sajd jingħalaq, filwaqt li jinżammu livelli għolja ta’ rendiment. |
(6) |
F'każ li l-iSTECF ma jkunx jista' jagħti parir fuq TAC minħabba nuqqas ta’ informazzjoni mhux preċiża u rappreżentattiva biżżejjed, għandhom ikunu stabbiliti dispożizzjonijiet biex ikun żgurat li TAC ikun iffissat b'mod konsistenti. |
(7) |
Fejn din il-valutazzjoni turi li l-livell minimu tal-bijomassa riproduttiva jew il-livell tat-TAC stabbiliti mill-pjan fuq żmien twil ma jkunux għadhom xierqa, għandu jiġi żgurat l-adattatament tal-pjan. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE f'dawk li huma modikifi fil-livell tal-bijomassa prekawzjonarju jew il-livelli ta’ TAC indikati fl-Anness I kif jikkorrispondu mal-livelli ta’ bijomassa rispettivi. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. |
(8) |
Ir-regola tal-esplojtazzjoni għall-iffissar tat-TAC li jipproponi l-pjan hija msejsa fuq l-istimi tar-riproduzzjoni tal-bijomassa għall-inċova magħmula f'Mejju u Ġunju ta’ kull sena, minnufih qabel il-perjodu tal-ġestjoni għall-istaġun tas-sajd mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju. Jekk isir titjib fil-monitoraġġ xjentifiku tal-istokk li jippermetti li tkun imbassra b'mod affidabbli biżżejjed il-qabda fil-bidu ta’ kull sena, jista' jkun hemm il-possibilità li tittejjeb l-istrateġija tal-esplojtazzjoni tas-sajd li tiġġustifika l-adattament ta’ dan il-pjan fit-tul għall-istokk tal-inċova. |
(9) |
Jeħtieġ li jiġu introdotti miżuri ta’ kontroll addizzjonali għal dawk li jipprovdu r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (4), sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament. Fid-dawl tal-għadd kbir ta’ bastimenti ta’ inqas minn 15-il metru tul li huma involuti fis-sajd għall-inċova, huwa xieraq li l-obbligi stipulati fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 Diċembru 2003 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar is-sistemi ta’ sorveljanza tal-vapuri bażata fuq satellita (5), lill-bastimenti kollha li jistadu għall-inċova. |
(10) |
Huwa xieraq li tiġi żgurata l-evalwazzjoni perjodika tal-pjan u, fejn evalwazzjoni bħal din turi li r-regoli għall-kontroll tal-ħsad ma jkunux għadhom jiżguraw l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tal-istokkijiet, għandu jiġi żgurat l-adattament tal-pjan. |
(11) |
Għall-iskopijiet tal-punti (i) u (iv) tal-Artikolu 21(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (6) il-pjan għandu jkun pjan ta’ rkupru skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (7) meta l-istokk ikun jinsab taħt il-livell ta’ prekawzjoni tal-bijomassa riproduttiva, u pjan ta’ ġestjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 6 tal-aħħar Regolament fis-sitwazzjonijiet l-oħra kollha, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT, AMBITU U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi pjan fit-tul għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-istokk tal-inċova fil-Bajja ta’ Biscay (minn issa 'l quddiem “il-pjan”).
Artikolu 2
Ambitu
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-istokk ta’ inċova li jgħix fis-Subżona VIII tal-ICES.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom jgħoddu d-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“staġun tas-sajd” tfisser il-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara; |
(b) |
“qabdiet totali permissibbli” (TAC) tfisser il-kwantità ta’ inċova li tista' tittieħed mis-subżona msemmija fl-Artikolu 2 u tinħatt jew tintuża bħala lixka ħajja matul kull staġun tas-sajd; |
(ċ) |
“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokat lill-Istati Membri; |
(d) |
“livell ta’ prekawzjoni tal-bijomassa” tfisser livell tal-bijomassa ta’ riproduzzjoni ta’ 33 000 tunnellata; |
(e) |
“bijomassa kurrenti” tfisser id-daqs medjan tal-bijomassa tal-istokk tal- inċova meta mqabbla ma’ dik tal-perjodu ta’ Mejju-Ġunju li jiġi minnufih qabel il-bidu tal-istaġun tas-sajd li għalih għandu jiġi stabbilit it-TAC; |
(f) |
“sistema ta’ monitoraġġ għall-istokk ta’ inċova” tfisser il-proċeduri għall-evalwazzjoni diretta tal-istokk tal-inċova li jippermettu lill-iSTECF li jistabbilixxi l-livell tal-bijomassa attwali; dawk il-proċeduri attwalment jikkonsistu fi stħarriġ akustiku f'Mejju u Ġunju u l-metodu ta’ produzzjoni ta’ bajd kuljum. |
KAPITOLU II
GĦAN GĦALL-ĠESTJONI FIT-TUL
Artikolu 4
Għan tal-pjan
L-għan tal-pjan għandu jkun:
(a) |
li jiġi żgurat l-isfruttament tal-istokk tal-inċova b'livelli għolja ta’ rendiment b'konsistenza mal-ogħla rendiment sostenibbli, u |
(b) |
li tiġi ggarantita, kemm jista' jkun, l-istabbiltà tas-sajd fuq tul ta’ żmien twil, li hija prerekwiżit biex jiġu żgurati s-sostenibilità ekonomika u ekoloġika tas-settur tas-sajd, filwaqt li jinżamm riskju baxx tal-kollass tal-istokk. |
KAPITOLU III
REGOLI DWAR IL-ĦSAD
Artikolu 5
TAC u l-allokazzjoni bejn l-Istati Membri
1. It-TAC u l-allokazzjoni bejn l-Istati Membri għal kull staġun tas-sajd għandhom ikunu l-livell ta’ tunnellati indikati fl-Anness I bħala dak li jikkorrispondi mal-bijomassa kurrenti kif stmata mill-iSTECF.
2. Fejn, ▐ l-iSTECF ma jkunx jista' jagħti evalwazzjoni tal-bijomassa kurrenti, kemm jekk minħabba nuqqas fis-sistema ta’ moniteraġġ, kemm jekk minħabba stimi li mhumiex preċiżi u koerenti biżżejjed dwar il-livell tal-bijomassa pariri dwar il-bijomassa kurrenti, it-TAC u l-kwoti għandhom jiġu deċiżi kif ġej:
(a) |
fejn l-iSTECF jagħti parir li l-qabdiet tal-inċova għandhom jitnaqqsu għall-aktar livell baxx possibbli, it-TAC u l-kwoti għandhom jikkorrispondu għal tnaqqis ta’ 25 % meta mqabbla mat-TAC u l-kwoti applikabbli għall-istaġun tas-sajd ta’ qabel; |
(b) |
fil-każijiet l-oħra kollha, it-TAC u l-kwoti għandhom jikkorrispondu għal-livell ta’ tunnellati applikabli għall-istaġun tas-sajd ta’ qabel. |
3. Kull sena, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati dwar il-parir tal-iSTECF u għandha tikkonferma t-TAC u l-kwoti li jikkorrispondu magħhom skont l-Anness I u li huma applikabbli għall-istaġun tas-sajd li jibda mill-1 ta’ Lulju ta’ dik is-sena u tippubblika dak it-tagħrif fl-edizzjoni C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq il-websajt tal-Kummissjoni. Fejn huwa meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tħabbar TAC indikattiv sal-1 ta’ Lulju ta’ kull sena, sakemm isir l-iffissar ta’ TAC definittiv fi żmien 15-il ġurnata wara l-bidu tal-istaġun.
Artikolu 6
Delega ta’ setgħat
Fil-każ li l-iSTECF tagħti l-parir li l-livell prekawzjonarju tal-bijomassa kif definit fl-Artikolu 3 jew il-livelli tat-TAC indikati fl-Anness I bħala korrispondenti mal-livelli rispettivi tal-bijomassa ma jkunux għadhom xierqa biex jippermettu l-isfruttament sostenibbli tal-istokk tal-inċova, il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 7 u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 8 u 9, valuri ġodda għal dawk il-livelli.
Artikolu 7
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħat biex tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 6 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ 3 snin minn … (8). Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport fir-rigward tas-setgħat delegati sa mhux aktar tard minn 6 xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ 3 snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġġedded awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jirrevokaha skont l-Artikolu 8.
2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha fl-istess ħin tinnotifika b'dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
3. Is-setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati mogħtija lill-Kummissjoni hija suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 8 u 9.
Artikolu 8
Revoka tad-delega
1. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 6 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.
2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix revokata d-delega ta’ setgħat għandha tagħmel ħilitha sabiex tgħarraf lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni aħħarija, filwaqt li tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu suġġetti għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.
3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f'data sussegwenti speċifikata fiha. Din m'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ. Hija għandha tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 9
Oġġezzjonijiet għall-atti delegati
1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika.
Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu ta’ żmien għandu jiġi estiż b'xahrejn.
2. Jekk, malli jiskadi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stipulata fih.
L-att delegat jista' jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jista' jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dan il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.
3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, dan m'għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li tesprimi oġġezzjonijiet għall-att delegat għandha tagħti r-raġunijiet għall-oġġezzjoni.
▐
KAPITOLU IV
MONITORAĠĠ, SPEZZJONI U SORVELJANZA
Artikolu 10
Relazzjoni mar-Regolament (KE) Nru 1224/2009
Barra mill-miżuri ta’ kontroll stipulati fir- Regolament (KE) Nru 1224/2009 u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu, għandhom japplikaw i l-miżuri ta’ kontroll imsemmija f'dan il-Kapitolu.
Artikolu 11
Permess speċjali tas-sajd
1. Sabiex ikunu jistgħu jistadu għall-inċova fil-Bajja ta’ Biscay, il-bastimenti għandhom ikollhom permess speċjali tas-sajd maħruġ skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 tas-27 ta’ Ġunju 1994 li jniżżel ċerti dispożizzjonijiet rigward permessi speċjali tas-sajd (9).
2. Għandu jkun ipprojbit li kwalunkwe bastiment tas-sajd li ma jkollux permess speċjali tas-sajd jistad għal xi kwantità ta’ inċova jew li jżommha abbord filwaqt li l-bastiment ikun qiegħed fuq vjaġġ tas-sajd li kien jinkludi l-preżenza ta’ dak il-bastiment fis-Subżona tal-ICES imsemmija fl-Artikolu 2.
3. Qabel ma jibdew l-attivitajiet tas-sajd fi kwalunkwe staġun tas-sajd, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta’ bastimenti li jkollhom il-permess speċjali tas-sajd u jagħmluh disponibbli, fuq is-sit web uffiċjali tagħhom, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, billi jipprovdu l-link elettroniku għall-paġna web rilevanti. L-Istat Membru għandu jżomm il-lista aġġornata f'kull ħin u għandu jinforma lill-Kumissjoni u lill-Istati Membri l-oħra mingħar dewmien dwar kwalunkwe tibdil li jsir għal-link oriġinali għall-paġna elettronika.
Artikolu 12
Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti
Minbarra l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 , l-obbligi stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 għandhom japplikaw għal dawk il-bastimenti li ma jaqbżux il-15-il metru tul. Il-Paragrafu 5 tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 m'għandux japplika.
Artikolu 13
Kontroverifiki
Meta jagħmlu l-verifiki tad-data skont l-Artikolu 109(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 fir-rigward tal-inċova, l -awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-moniteraġġ tas-sajd għandhom jagħtu importanza partikolari lill-possibbiltà li speċijiet oħra minbarra l-inċova jkunu rrappurtati bħala inċova, u viċi versa.
▐
Artikolu 14
Notifika minn qabel
1. B' deroga mill-Artikolu 17(1) u l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-limitu ta’ ħin għal avviż minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jew tax-xtajta għandu jkun stipulat li jkun siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port.
2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru li fih tkun se tinħatt aktar minn tunnellata waħda ta’ inċova jistgħu jeħtieġu li l-ħatt tat-tagħbija ħut miżmuma abbord ma jibdiex qabel jiġi awtorizzat minn dawn l-awtoritajiet. Madankollu, l-iżbarki m'għandhom bl-ebda mod jiġu posposti jew imdewma iżjed mill-ħin li fih jibdew jonqsu l-kwalità tal- ħut jew il-valur tal-bejgħ tiegħu.
▐
Artikolu 15
Portijiet deżinjati
▐
L-awtoritajiet statali u reġjunali ta’ kull Stat Membru għandu jiddeżinja portijiet li fihom għandu jsir kwalunkwe ħatt ta’ inċova ta’ aktar minn tunnellata.
▐
Artikolu 16
Marġni ta’ tolleranza fl-estimi ta’ kwantitajiet irrappurtati fil-ġurnal ta’ abbord tal-bastiment
Skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 , il-marġni ta’ tolleranza permess, fl-istima ta’ kwantitajiet f'kg miżmuma abbord, għandu jkun 10 % taċ-ċifra fil-ġurnal ta’ abbord.
Artikolu 17
Stivar separat tal-inċova
Għandu jkun ipprojbit li tinżamm abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni fi kwalunkwe kontenitur kwalunwke kwantità ta’ inċova mħallta ma’ kwalunkwe speċi oħra ta’ organiżmi tal-baħar. Il-kontenituri li jkun fihom l-inċova għandhom jitqiegħdu fl-istiva b'tali mod li jinżammu separati minn kontenituri oħra.
▐
Artikolu 18
Programmi nazzjonali ta’ azzjoni għall-kontroll
▐
1. Mill-inqas darba fis-sena, il-Kummissjoni għandha ssejjaħ laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv tas-Sajd u l-Akkwakultura biex tevalwa l-applikazzjoni u r-riżultati tal-programmi nazzjonali ta’ azzjoni ta’ kontroll.
2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi tagħrif lill-Kunsill Konsultattiv Reġjonali tal-Ilmijiet tal-Lbiċ dwar l-implimentazzjoni ta’ programmi nazzjonali ta’ azzjoni ta’ kontroll u r-riżultati miksuba.
▐
Artikolu 19
Programmi speċifiċi ta’ kontroll u spezzjonar
Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi favur programm specifiku ta’ kontroll u spezzjonar skont l-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
KAPITOLU V
AZZJONI TA' SEGWITU
Artikolu 20
Evalwazzjoni tal-pjan
Il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi ta’ pariri mill-STECF u wara konsultazzjoni mal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali rilevanti, tevalwa l-impatt tal-pjan fuq l-istokk tal-inċova u fuq is-sajd li qed jisfrutta dak l-istokk, mhux aktar tard mit-tielet sena tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u mbgħad wara f'kull tielet sena suċċessiva tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u, fejn xieraq, tipproponi miżuri rilevanti biex temenda l-pjan.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 21
Assistenza permezz tal-Fond Ewropew tas-Sajd
1. Għal dawk l-istaġuni tas-sajd li fihom l-istokk ikun taħt il-livell ta’ prekawzjoni ta’ bijomassa, il-pjan għandu jitqies bħala pjan ta’ rkupru fit-tifsira tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, u għall-finijiet tal-Artikolu 21(a)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.
2. Għal dawk l-istaġuni tas-sajd li fihom l-istokk ikun fil-livell jew ogħla mil-livell ta’ prekawzjoni ta’ bijomassa, il-pjan għandu jitqies bħala pjan ta’ ġestjoni fit-tifsira tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, u għall-finijiet tal-Artikolu 21(a)(iv) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.
Artikolu 22
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata mill-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 354, 28.12.2010, p. 69.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Novembru 2010.
(3) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(4) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(5) ĠU L 333, 20.12.2003, p. 17.
(6) ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.
(7) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(8) Data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
It-Tlieta 23 ta’ Novembru 2010
ANNESS I
Il-livelli tat-TAC indikati fit-tabella hawn taħt ġew ikkalkulati skont ir-regola li ġejja:
TAC γ = |
0 |
if SŜB γ ≤ 24 000 |
TAC min |
if 24 000 < SŜB γ < B pa |
|
MIN {y SŜB y, TAC max} |
if SŜB γ ≥ B pa |
Fejn:
TAC y |
hija l-Qabda Totali Permissibbli għal sena ta’ ġestjoni y mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara. |
TAC min |
huwa t-TAC minimu |
TAC max |
huwa t-TAC massimu |
Bpa |
huwa l-livell prekawzjonarju tal-bijomassa riproduttiva għall-istokk |
Gamma γ |
hija r-rata tal-ħsad |
SSBy |
hija l-Bijomassa Riproduttiva reali, stmata f'Mejju ta’ kull sena. |
Fuq il-bażi tal-parir xjentifiku, il-parametri xierqa għall-użu mal-formola ta’ hawn fuq bil-għan li jiġi ġestit l-istokk tal-inċova fil-Bajja ta’ Biscay, għandhom ikunu dawn li ġejjin:
TAC min |
= |
7 000 tunnellata; |
TAC max |
= |
33 000 tunnellata; |
B pa |
= |
33 000 tunnellata; |
γ |
= |
0.3. |
Livelli ta’ bijomassa kurrenti u l-livelli korrispondenti tat-TAC u l-kwoti
Bijomassa kurrenti stmata (tunnellati) |
TAC Korrispondenti (tunnellati) |
Kwoti (tunnellati) |
|
Franza |
Spanja |
||
24 000 jew inqas |
0 |
0 |
0 |
24 001 – 33 000 |
7 000 |
700 |
6 300 |
33 001 – 34 000 |
10 200 |
1 020 |
9 180 |
34 001 – 35 000 |
10 500 |
1 050 |
9 450 |
35 001 – 36 000 |
10 800 |
1 080 |
9 720 |
36 001 – 37 000 |
11 100 |
1 110 |
9 990 |
37 001 – 38 000 |
11 400 |
1 140 |
10 260 |
38 001 – 39 000 |
11 700 |
1 170 |
10 530 |
39 001 – 40 000 |
12 000 |
1 200 |
10 800 |
40 001 – 41 000 |
12 300 |
1 230 |
11 070 |
41 001 – 42 000 |
12 600 |
1 260 |
11 340 |
42 001 – 43 000 |
12 900 |
1 290 |
11 610 |
43 001 – 44 000 |
13 200 |
1 320 |
11 880 |
44 001 – 45 000 |
13 500 |
1 350 |
12 150 |
45 001 – 46 000 |
13 800 |
1 380 |
12 420 |
46 001 – 47 000 |
14 100 |
1 410 |
12 690 |
47 001 – 48 000 |
14 400 |
1 440 |
12 960 |
48 001 – 49 000 |
14 700 |
1 470 |
13 230 |
49 001 – 50 000 |
15 000 |
1 500 |
13 500 |
50 001 – 51 000 |
15 300 |
1 530 |
13 770 |
51 001 – 52 000 |
15 600 |
1 560 |
14 040 |
52 001 – 53 000 |
15 900 |
1 590 |
14 310 |
53 001 – 54 000 |
16 200 |
1 620 |
14 580 |
54 001 – 55 000 |
16 500 |
1 650 |
14 850 |
55 001 – 56 000 |
16 800 |
1 680 |
15 120 |
56 001 – 57 000 |
17 100 |
1 710 |
15 390 |
57 001 – 58 000 |
17 400 |
1 740 |
15 660 |
58 001 – 59 000 |
17 700 |
1 770 |
15 930 |
59 001 – 60 000 |
18 000 |
1 800 |
16 200 |
60 001 – 61 000 |
18 300 |
1 830 |
16 470 |
61 001 – 62 000 |
18 600 |
1 860 |
16 740 |
62 001 - 63 000 |
18 900 |
1 890 |
17 010 |
63 001 – 64 000 |
19 200 |
1 920 |
17 280 |
64 001 – 65 000 |
19 500 |
1 950 |
17 550 |
65 001 – 66 000 |
19 800 |
1 980 |
17 820 |
66 001 – 67 000 |
20 100 |
2 010 |
18 090 |
67 001 – 68 000 |
20 400 |
2 040 |
18 360 |
68 001 – 69 000 |
20 700 |
2 070 |
18 630 |
69 001 – 70 000 |
21 000 |
2 100 |
18 900 |
70 001 – 71 000 |
21 300 |
2 130 |
19 170 |
71 001 – 72 000 |
21 600 |
2 160 |
19 440 |
72 001 – 73 000 |
21 900 |
2 190 |
19 710 |
73 001 – 74 000 |
22 200 |
2 220 |
19 980 |
74 001 – 75 000 |
22 500 |
2 250 |
20 250 |
75 001 – 76 000 |
22 800 |
2 280 |
20 520 |
76 001 – 77 000 |
23 100 |
2 310 |
20 790 |
77 001 – 78 000 |
23 400 |
2 340 |
21 060 |
78 001 – 79 000 |
23 700 |
2 370 |
21 330 |
79 001 – 80 000 |
24 000 |
2 400 |
21 600 |
80 001 – 81 000 |
24 300 |
2 430 |
21 870 |
81 001 – 82 000 |
24 600 |
2 460 |
22 140 |
82 001 – 83 000 |
24 900 |
2 490 |
22 410 |
83 001 – 84 000 |
25 200 |
2 520 |
22 680 |
84 001 – 85 000 |
25 500 |
2 550 |
22 950 |
85 001 – 86 000 |
25 800 |
2 580 |
23 220 |
86 001 – 87 000 |
26 100 |
2 610 |
23 490 |
87 001 – 88 000 |
26 400 |
2 640 |
23 760 |
88 001 – 89 000 |
26 700 |
2 670 |
24 030 |
89 001 – 90 000 |
27 000 |
2 700 |
24 300 |
90 001 – 91 000 |
27 300 |
2 730 |
24 570 |
91 001 – 92 000 |
27 600 |
2 760 |
24 840 |
92 001 – 93 000 |
27 900 |
2 790 |
25 110 |
93 001 – 94 000 |
28 200 |
2 820 |
25 380 |
94 001 – 95 000 |
28 500 |
2 850 |
25 650 |
95 001 – 96 000 |
28 800 |
2 880 |
25 920 |
96 001 – 97 000 |
29 100 |
2 910 |
26 190 |
97 001 – 98 000 |
29 400 |
2 940 |
26 460 |
98 001 – 99 000 |
29 700 |
2 970 |
26 730 |
99 001 – 100 000 |
30 000 |
3 000 |
27 000 |
Akbar minn 100 000 |
33 000 |
3 300 |
29 700 |
It-Tlieta 23 ta’ Novembru 2010
ANNESS II
KONTENUT TAL-PROGRAMMI NAZZJONALI TA’ AZZJONI TA’ KONTROLL
Il-programmi ta’ azzjoni ta’ kontroll nazzjonali għandhom ikollhom bħala mira, fost oħrajn, li jispeċifikaw dan li ġej:
1. MEZZI TA' KONTROLL
Riżorsi umani
1.1. |
L-għadd ta’ spetturi fuq l-art u fuq il-baħar u l-perjodi u ż-żoni meta u fejn ser jiġu mobilizzati. |
Riżorsi tekniċi
1.2. |
L-għadd ta’ bastimenti u inġenji tal-ajru għas-sorveljanza u l-perjodi meta u ż-żoni fejn ser jiġu mobilizzati. |
Riżorsi finanzjarji
1.3. |
L-allokazzjoni tal-baġit għall-mobilizzazzjoni tar-riżorsi umani, il-bastimenti u l-inġenji tal-ajru għas-sorveljanza. |
2. REĠISTRAZZJONI U RAPPORTAR ELETTRONIKU TA' INFORMAZZJONI MARBUTA MAL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD
Deskrizzjoni tas-sistemi implimentati biex jiżguraw konformità mal-Artikoli 13, 15 u 17.
3. DEŻINJAZZJONI TA' PORTIJIET
Fejn rilevanti, lista tal-portijiet ddeżinjati għall-ħatt tal-inċova skont l-Artikolu 16.
4. NOTIFIKAZZJONI QABEL IL-ĦATT
Deskrizzjoni tas-sistemi implimentati biex jiżguraw konformità mal-Artikolu 14.
5. KONTROLL TA' ĦATT L-ART
Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe faċilità u sistemi implimentati biex tiġi żgurata konformità mal-Artikoli 14, 15 u 16.
6. PROĊEDURI TA' SPEZZJONI
Il-programmi nazzjonali ta’ azzjoni għall-kontroll għandhom jispeċifikaw il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti:
(a) |
waqt li jsiru spezzjonijiet fuq il-baħar u fl-art; |
(b) |
għall-komunikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nnominati minn Stati Membri oħrajn bħala responsabbli għall-programmi ta’ azzjoni ta’ kontroll nazzjonali għall-inċova; |
(c) |
għal sorveljanza konġunta u skambju ta’ spetturi, inkluż speċifikazzjoni ta’ poteri u awtorità ta’ spetturi li joperaw f'ilmijiet ta’ Stati Membri oħra. |
It-Tlieta 23 ta’ Novembru 2010
ANNESS III
PUNTI TA' REFERENZA SPEĊIFIĊI GĦALL-ISPEZZJONI
GĦAN
1. |
Kull Stat Membru għandu jistipula punti ta’ referenza speċifiċi għall-ispezzjoni skont dan l-Anness. |
STRATEĠIJA
2. |
L-ispezzjoni u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd għandhom jikkonċentraw fuq bastimenti li x'aktarx jistadu għall-inċova. Spezzjonijiet aleatorji tat-trasport u l-kummerċjalizzazzjoni tal-inċova għandhom jintużaw bħala mekkaniżmu komplimentari ta’ kontroverifika biex jiċċekkja l-effettività tal-ispezzjoni u s-sorveljanza. |
PRIJORITAJIET
3. |
Tipi differenti ta’ rkaptu għandhom ikunu soġġetti għal livelli differenti ta’ prijoritizzazzjoni skont il-punt sa fejn il-flotot ikunu affettwati mil-limiti fuq l-opportunitajiet tas-sajd. Minħabba f'hekk, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi prijoritajiet speċifiċi. |
PUNTI TA’ REFERENZA FIL-MIRA
4. |
Mhux aktar tard minn xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-iskedi ta’ spezzjoni tagħhom filwaqt li jqisu l-miri stabbiliti hawn taħt. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw u jiddeskrivu liema strateġija ta’ teħid ta’ kampjuni għandha tiġi applikata. Fuq talba, il-Kummissjoni jista' jkollha aċċess għall-pjan ta’ teħid ta’ kampjuni li jintuża mill-Istat Membru.
|