3.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 99/149


It-Tlieta 23 ta’ Novembru 2010
Ftehim KE-Ġappun dwar il-koperazzjoni fil-qasam tax-xjenza u tat-teknoloġija ***

P7_TA(2010)0414

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Novembru 2010 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġappun dwar kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija (11363/2010 – C7-0183/2010 – 2009/0081(NLE))

2012/C 99 E/37

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (11363/2010),

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġappun dwar kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija (13753/2009),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikoli 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), punt (v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0183/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81, 90(8) u 46(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0302/2010),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ġappun.