|
3.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 99/146 |
It-Tlieta 23 ta’ Novembru 2010
L-għajnuna mogħtija fil-qafas tal-monopolju tal-alkoħol tal-Ġermanja ***I
P7_TA(2010)0410
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Novembru 2010 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (Regolament Waħdieni dwar l-OKS) rigward l-għajnuna mogħtija fil-qafas tal-Monopolju tal-Alkoħol tal-Ġermanja (COM(2010)0336 – C7-0157/2010 – 2010/0183(COD))
2012/C 99 E/33
(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0336), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0157/2010), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta’ Settembru 2010 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-8 ta’ Novembru 2010, li japprova l-pożizzjoni adottata mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7–0305/2010), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
It-Tlieta 23 ta’ Novembru 2010
P7_TC1-COD(2010)0183
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta’ Novembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (Regolament Waħdieni dwar l-OKS) rigward l-għajnuna mogħtija fil-qafas tal-Monopolju tal-Alkoħol Ġermaniż
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1234/2010.)