8.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 70/124


It-Tlieta 19 ta’ Ottubru 2010
Prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar ***I

P7_TA(2010)0358

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Ottubru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2009/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar (COM(2010)0065 – C7-0068/2010 – 2010/0041(COD))

2012/C 70 E/14

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0065),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat FUE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0068/2010),

wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tad-29 ta’ Settembru 2010 li l-pożizzjoni tal-Parlament tiġi approvata, skont l-Artikolu 294(4) tat-TFUE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0217/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


It-Tlieta 19 ta’ Ottubru 2010
P7_TC1-COD(2010)0041

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta’ Ottubru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru. …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2009/42/KE dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1090/2010.)