20.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 308/116 |
L-Erbgħa 8 ta’ Settembru 2010
Il-linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri *
P7_TA(2010)0309
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Settembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri: It-Tieni Parti tal-Linji Gwida Integrati tal-Istrateġija Ewropa 2020 (COM(2010)0193 – C7-0111/2010 – 2010/0115(NLE))
2011/C 308 E/28
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2010)0193),
wara li kkunsidra l-Artikolu 148(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0111/2010),
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0235/2010),
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFEU); |
3. |
Jitlob lill-Kunsill biex jinnotifika lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jibdel il-proposta approvata mill-Parlament b’test ġdid; |
4. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsulta lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali; |
5. |
Itenni t-talba li ilu li għamel lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jiżguraw li l-Parlament jingħata ż-żmien meħtieġ, u fi kwalunkwe każ mhux anqas minn ħames xhur, biex jaqdi r-rwol konsultattiv tiegħu kif definit fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat FUE rigward ir-reviżjoni tal-linji gwida tal-Istati Membri dwar l-impjiegi; |
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI |
EMENDA |
||||||||||||
Emenda 1 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 1 a (ġdida) |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 2 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 3 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 a (ġdida) |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 4 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 4 |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 5 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 5 |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 6 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 5 a (ġdida) |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 7 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 6 |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 8 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 7 |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 9 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 8 |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 10 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 8 a (ġdida) |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 11 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 9 |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 12 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 9 a (ġdida) |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 13 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 9 b (ġdida) |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 60 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 9 c (ġdida) |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 14 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 10 |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 15 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 11 |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 16 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 11 a (ġdida) |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 61 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 11 b (ġdida) |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 17 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 12 |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 18 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 13 |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 19 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 13 a (ġdida) |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 20 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 13 b (ġdida) |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 62 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 13 c (ġdida) |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 21 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 14 |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 22 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 14 a (ġdida) |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 23 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 15 |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 24 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 16 |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 63 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 16 a (ġdida) |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 25 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 17 |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 26 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Premessa 17 a (ġdida) |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
Emenda 27 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 |
|||||||||||||
Il-linji gwida fl-Anness għandhom jiġu kkunsidrati fil-politika tal-impjieg tal-Istati Membri, u għandhom isiru rapporti dwarhom fil-programmi ta’ riforma nazzjonali . L-Istati Membri għandhom ifasslu programmi ta’ riforma konsistenti mal-miri stabbiliti fil-“Linji Gwida Integrati tal-Istrateġija Ewropa 2020 ”. |
Il-linji gwida fl-Anness u l-programmi ta’ riforma nazzjonali għandhom jiġu implimentati fil-politika tal-impjieg tal-Istati Membri. L-impjieg u l-impatt soċjali tal-programmi ta’ riforma nazzjonali, li għandhom ikunu konsistenti mal-miri stabbiliti f’dawk il-Linji Gwida, iridu jiġu mmonitorjati bir-reqqa. |
||||||||||||
Emenda 28 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 a (ġdid) |
|||||||||||||
|
Artikolu 2a Huma u jfasslu u jimplimentaw il-programmi nazzjonali tagħhom ta’ riforma b’ kont meħud tal-linji gwida tal-Anness, l-Istati Membri għandhom jiżguraw governanza effikaċi tal-politika tal-impjiegi u dik soċjali. Il-persuni interessati, inklużi dawk fil-livelli reġjonali u lokali u anke dawk milquta mill-aspetti differenti tal-istrateġija Ewropa 2020, il-korpi parlamentari u s-sħab soċjali għandhom ikunu involuti mill-qrib matul it-tfassil u l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni ta’ dawk il-programmi, inkluż fid-definizzjoni tal-miri u tal-indikaturi. Il-miri ewlenin tal-UE, kif stipulati fl-Anness, għandhom ikunu segwiti b’sottomiri u indikaturi adegwati, inklużi indikaturi tal-eżitu u tar-riżultati, kif ukoll miri, indikaturi u tabelli nazzjonali. L-Istati Membri għandhom iqisu dawk il-miri u indikaturi, flimkien mal-linji gwida u kwalunkwe rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż li jindirizzalhom il-Kunsill. L-Istati Membri għandhom jissorveljaw mill-qrib l-impatt, f’termini soċjali u tal-impjiegi, tar-riformi implimentati skont il-programmi nazzjonali ta’ riforma rispettivi tagħhom. Meta jirrapportaw dwar l-applikazzjoni tal-linji gwida fl-Anness, l-Istati Membri għandhom isegwu l-istruttura li għandha tiġi maqbula fil-livell tal-Unjoni u għandhom jinkludu l-istess elementi biex jiżguraw iċ-ċarezza, it-trasparenza u l-komparabbiltà bejn l-Istati Membri. |
||||||||||||
Emenda 29 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Anness – Linja gwida 7 – titolu |
|||||||||||||
Emenda 30 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Anness – Lina gwida 7 – paragrafu - 1 (ġdid) |
|||||||||||||
|
L-Istati membri għandhom jistabbilixxu l-miri nazzjonali tagħhom biex iżidu r-rata tal-impjiegi għan-nisa u l-irġiel sa 75 % sal-2020, bil-għan li jiksbu okkupazzjoni sħiħa, speċjalment bil-parteċipazzjoni akbar fis-suq tax-xogħol miż-żgħażagħ, ħaddiema anzjani, ħaddiema b’kapaċitajiet baxxi, persuni b’diżabbiltajiet, il-minoranzi, b’mod partikolari r-Roma, u b’iktar integrazzjoni tal-migranti legali. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ifasslu l-miri nazzjonali tagħhom b’tali mod li jkabbru għal 90 % s-sehem tan-nisa u l-irġiel bejn il-15 u l-24 li jkollhom impjieg jew ikunu fl-edukazzjoni. L-Istati Membri għandhom iżidu r-rata tal-impjiegi sal-2014 b’10 %, billi jiffokaw fuq dawn il-gruppi partikolari:
Ir-rata ta’ persuni li ilhom qiegħda għandha tonqos b’10 %. |
||||||||||||
Emenda 31 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Anness – Lina gwida 7 – paragrafu 1 |
|||||||||||||
L-Istati Membri għandhom jintegraw il-prinċipji ta’ flessikurtà approvati mil-Kunsill Ewropew fil-politiki tas-suq tax-xogħol tagħhom u japplikawhom, biex b’hekk jagħmlu użu sħiħ mill-appoġġ tal-Fond Soċjali Ewropew bil-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u biex jegħlbu s-segmentazzjoni u l-inattività, l-inguwaljanza bejn is-sessi, filwaqt li jnaqqsu l-qgħad strutturali. Miżuri biex jtejbu l-flessibbiltà u s-sigurtà għandhom ikunu kemm bilanċjati kif ukoll ta’ tisħiħ reċiproku. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jintroduċu taħlita ta’ kuntratti flessibbli u affidabli ta’ impjieg, politiki attivi tas-suq tax-xogħol, tagħlim tul il-ħajja effettiv, politiki għall-promozzjoni tal-mobbiltà fix-xogħol, u sistemi ta’ sigurtà soċjali adegwati biex jiġu żgurati tranżizzjonijiet professjonali akkumpanjati minn drittijiet u responsabbiltajiet ċari sabiex in-nies qiegħda jfittxu x-xogħol b’mod attiv. |
Biex jilħqu din il-mira, l-Istati Membri għandhom irawmu t-tkabbir u b’hekk joħolqu impjiegi ġodda, iżidu l-potenzjal tal-innovazzjoni fl-ekonomija, b’mod speċjali tal-SMEs u jeħilsu lill-industrija minn kull xkiel amministrattiv u mhux tariffarju. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom ukoll jiżviluppaw strumenti regolatorji u ta’ appoġġ li jikkunsidraw il-pluralità tan-negozju sabiex il-forom kollha ta’ kumpaniji jkollhom kundizzjonijiet ekwivalenti fir-rigward tal-kompetizzjoni kif ukoll tal-promozzjoni. Biex jittejjeb l-aċċess tan-nisa u taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol, għandhom jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-faċilitajiet adegwati ta’ kura tat-tfal, billi qabelxejn jitqiesu l-isfidi demografiċi, sabiex kull wild li jkun iżgħar mill-età tal-iskola ikun jista’ jitqiegħed f’post tal-kura barra l-familja, u ż-żgħażagħ kollha jingħatalhom impjieg reali jew post tat-taħriġ jew ta’ edukazzjoni ulterjuri fi żmien erba’ xhur mindu jkunu temmu l-edukazzjoni tagħhom, b’koperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali. In-nies qiegħda fit-tul għandhom jirċievu offerti ta’ miżuri ta’ impjegabbiltà li għalihom il-miri kwantitattivi għandhom jiġu stabbiliti sabiex isaħħu l-politiki preventivi tas-suq tax-xogħol. Għalhekk, tal-inqas 25 % ta’ dawk qiegħda fit-tul għandhom jipparteċipaw f’miżura ta’ suq tax-xogħol attiv fil-forma ta’ taħriġ avvanzat, edukazzjoni u/jew t-trasferiment għal impjieg ġdid. |
||||||||||||
Emenda 32 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Anness – Lina gwida 7 – paragrafu 2 |
|||||||||||||
L-Istati Membri għandhom iżidu d-djalogu soċjali u jindirizzaw is-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol b’miżuri indirizzati lejn l-impjieg temporanju u prekarju, rata baxxa ta’ impjieg u xogħol mhux iddikjarat. Il-mobbiltà professjonali għandha tiġi ppremjata. Il-kwalità tal-impjiegi u l-kundizzjonijiet tal-impjieg għandhom ikunu indirizzati permezz tal-ġlieda kontra l-pagi baxxi u billi tiġi żgurata sigurtà soċjali adegwata għal dawk li għandhom kuntratti fissi kif ukoll għal min jaħdem għal rasu. Is-servizzi tal-impjieg għandhom ikunu imsaħħa u miftuħin għal kulħadd , inkluż iż-żgħażagħ u dawk li jinsabu mhedda mill-qgħad b’servizzi personalizzati mmirati lejn dawk l-iktar imbegħdin mis-suq tax-xogħol. |
L-Istati Membri b’koperazzjoni mal-imsieħba soċjali għandhom iżidu r-rata tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol permezz ta’ miżuri ta’ attivazzjoni, partikolarment għaż-żgħażagħ, għal dawk b’kapaċitajiet baxxi u għal nies li jirrikjedu protezzjoni u/jew appoġġ, permezz tal-għoti ta’ pariri u taħriġ professjonali adattat għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. L-Istati Membri għandhom jissalvagwardjaw u jsaħħu t-trattament ugwali u l-paga ugwali għal xogħol ugwali fl-istess post tax-xogħol kif stabbilit fl-Artikoli 18 u 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-kwalità tal-impjieg għandha wkoll tiġi ttrattata billi jitnaqqas l-għadd ta’ ħaddiema foqra. Barra minn hekk, permezz ta’ programmi adewati, l-Istati Membri għandhom ikabbru l-impjegabbiltà tal-migranti legali. Jeħtieġ ukoll li jkun hemm programmi innovattivi u sforzi kontinwi li jerġgħu jintegraw lill-persuni b’diżabbiltà fis-suq tax-xogħol, inkluż permezz ta’ xogħlijiet sussidjati. L-Istati Membri għandhom iwarrbu l-ostakli li jtaqqlu d-dħul fis-suq tax-xogħol għal min ikun dieħel fih għall-ewwel darba, jappoġġaw il-ħolqien tal-impjiegi, iġibu ’l quddiem l-innovazzjoni soċjali u jtejbu l-kwalità u l-effikaċja tas-servizzi tar-reklamar tal-impjiegi, inklui dawk tal-uffiċċji tal-impjiegi . Iċ-ċentri tax-xogħol iridu jipprovdu programmi ta’ taħriġ u ta’ konsulenza b’mod partikolari fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, kif ukoll l-aċċess għal internet b’veloċità għolja għal dawk li qed ifittxu xogħol, speċjalment l-anzjani, il-migranti legali, il-minoranzi etniċi u l-persuni b’diżabilitajiet, sabiex it-tiftix tal-impjieg jitħaffef bl-aħjar mod possibbli. Forom individwali u kollettivi ta’ impjieg għal dawk li jaħdmu għal rashom permezz intrapriżi tal-ekonomija soċjali għandhom ikunu appoġġjati f’dan il-kuntest. Għandhom jittieħdu miżuri soċjali kontra d-dominanza ta’ nisa f’xogħlijiet li jħallsu ftit u l-impjieg ta’ nisa f’karigi maniġerjali għandu jkun promoss b’mod aktar effettiv sabiex tiġi evitata s-segmentazzjoni skont il-ġens speċifiku tas-suq tax-xogħol. B’mod partikolari, ir-regoli dwar ix-xogħol għandhom jiġu aġġustati sabiex jippermettu proċess ta’ impjieg li jkun konformi mar-rekwiżiti tal-kumpatibilità tal-ħajja tal-familja max-xogħol , kif ukoll tranżizzjoni aktar flessibbli mill-ħajja tax-xogħol għall-irtirar. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinkoraġġixxu l-involviment tal-missirijiet biex jieħdu ħsieb lit-tfal, u jirrevedu s-sistemi tat-taxxa tagħhom sabiex is-sistemi jinċentivaw l-impjieg. Strateġiji interni u esterni tal-flessikurtà biex ikabbru l-flessibbiltà f’ġieħ reazzjoni iktar effiċjenti għaċ-ċikli tal-produzzjoni, għandhom jiġu applikati aħjar permezz ta’ politika attiva tax-xogħol u ta’ sistemi soċjali adegwati li jkunu disponibbli għal ħaddiema taħt kull forma ta’ impjieg, sabiex il-bdil tal-impjieg ma jwassalx għal piżijiet finanzjarji sproporzjonati. Għandu jiġi enfasizzat li l-flessibbiltà mingħajr is-sigurtà soċjali mhix mod sostenibbli ta’ kif jiżdiedu l-impjiegi. Dawn l-istrateġiji għandhom ikunu kkompletati b’impenn mhux ambigwu favur l-irfid attiv tat-tiftix għax-xogħol. Forom ġodda ta’ organizzazzjoni tax-xogħol, bħal xogħol temporanju atipiku, xogħol part-time u t-teleworking, jew il-mobilità tal-ħaddiema ma għandhomx iwasslu għal tnaqqis fid-drittijiet tax-xogħol individwali u kollettivi u mill-protezzjoni soċjali għall-persuni konċernati . Għandu jiġi żgurat li mhumiex maħluqa forom ġodda ta’ impjiegi li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-kuntratti (full time, permanenti) regolari. Għandhom ukoll isiru sforzi biex jiġi miġġieled ix-xogħol mhux iddikjarat permezz ta’ miżuri effettivi ta’ sorveljanza u implimentazzjoni tad-drittijiet tax-xogħol. Ix-xogħol deċenti kif promoss mill-ILO u “x-xogħol tajjeb” bħala prinċipji ta’ gwida għandhom jgħoddu kemm għall-ħolqien tax-xogħol u kemm għall-integrazzjoni tas-suq tax-xogħol . Fit-tkabbir tal-funzjonament u l-prestazzjoni tas-suq tax-xogħol, l-Istati Membri għandhom irawmu s-sħubija soċjali u jinvolvu b’mod attiv lill-imsieħba soċjali fl-elaborazzjoni tal-politika nazzjonali u għandhom jirrispettaw bis-sħiħ id-dritt tagħhom, skont liġijiet u prattiki nazzjonali, biex jikkonkludu u jinfurzaw il-ftehimiet kollettivi. |
||||||||||||
Emenda 33 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Anness – Lina gwida 7 – paragrafu - 2a (ġdid) |
|||||||||||||
|
Hija ta’ importanza primarja li jinħolqu impjiegi ta’ kwalità għolja li huma meħtieġa wkoll fuq medda itwal ta’ żmien u li għandhom ħafna valur miżjud. Għaldaqstant, huwa vitali li l-politiki tal-edukazzjoni u tal-impjieg għandhom jappoġġjaw bidliet fl-istruttura ekonomika. Bħala regola, ix-xogħlijiet li ntilfu matul il-kriżi ekonomika mhumiex se jerġgħu jinħolqu bl-istess numri fl-istess setturi bħal ma kienu qabel. Għalhekk, is-sistema edukattiva għandha tirreaġixxi b’mod flessibbli għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol li jakkumpanjaw struttura ekonomika ġdida. Il-politika tal-impjieg għandha tiżgura li l-ħaddiema jkunu jistgħu jagħmlu tranżizzjoni bl-aktar mod faċli possibbli, kemm bejn is-setturi tal-ekonomija kif ukoll bejn l-istati differenti tas-suq tal-impjieg. Għalhekk, huwa aktar neċessarju minn qatt qabel li l-għanijiet fuq medda twila ta’ żmien jittieħdu bħala punt ta’ bidu u li tingħata aktar attenzjoni lill-miżuri kkoordinati fil-politiki tal-intrapriża, l-edukazzjoni u l-impjieg. |
||||||||||||
Emenda 34 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Anness – Lina gwida 7 – paragrafu 3 |
|||||||||||||
Sabiex tiżdied il-kompetittività u jiżdiedu l-livelli ta’ parteċipazzjoni, b’mod partikolari għal dawk b’kapaċitajiet baxxi, u skont il-linja gwida ta’ politka ekonomika 2, l-Istati Membri għandhom jirrevedu s-sistemi ta’ taxxa u benefiċċji u l-kapaċità tas-servizzi pubbliċi li jipprovdu l-appoġġ neċessarju. L-Istati Membri għandhom iżidu l-parteċipazzjoni tal-forza tax-xogħol permezz ta’ politiki li jippromwovu t-tixjieħ attiv, l-ugwaljanza bejn is-sessi, pagi ndaqs u integrazzjoni fis-suq tax-xogħol għaż-żgħażagħ, il-persuni b’diżabbiltà, migranti legali u gruppi vulnerabbli oħra. Politiki ta’ konċiljazzjoni bejn il-ħajja familjari u dik professjonali b’dispożizzjoni ta’ kura aċċessibbli u innovazzjoni fl-organizzazzjoni tax-xogħol għandhom ikunu diretti biex iżidu r-rati ta’ impjieg, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ, ħaddiema ikbar fl-età u nisa, b’mod partikolari biex jinżammu n-nisa b’kapaċitajiet avvanzati fl-oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi. L-Istati Membri għandhom ineħħu wkoll l-ostakli għad-dħul fis-suq tax-xogħol għal min ikun ġdid, jappoġġjaw l-impjieg ta’ min jaħdem għal rasu u l-ħolqien tal-impjiegi f’oqsma inkluż l-impjieg ekoloġiku u l-kura u jippromwovu l-innovazzjoni soċjali. |
F’dan il-kuntest, ir-riżorsi tal-Fond Soċjali Ewropew għandhom jintużaw b’mod sħiħ biex tiżdied l-impjegabbiltà u l-kwalità ta’ mpjieg ma’ miżuri għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet personali u għall-qadi ta’ rekwiżiti ta’ kwalità f’impjiegi seminali. Sabiex tiġi promossa l-mobbiltà fl-impjiegi, jeħtieġ li l-Istati Membri jtejbu l-attrattività tal-mobbiltà fl-Unjoni Ewropea billi jipprovdu inċentivi. Biex dawn jinkisbu, għandhom jiġu eżaminati ir-regoli tal-kisba ta’ sussidji mill-Fond Soċjali Ewropew u fejn hu possibbli jiġu simplifikati. Il-baġits nazzjonali u l-baġit ġenerali tal-UE, inklużi l-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond Ewropew ta’ Globalizzazzjoni, għandhom ikunu kkordinati u diretti biex jippreparaw il-forza tax-xogħol għal ekonomija sostenibbli. B’dan l-għan, l-Istati Membri għandhom jieħdu passi biex jippubblikaw informazzjoni dwar dawn il-fondi u l-kundizzjonijiet ta’ użu. |
||||||||||||
Emenda 35 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Anness – Lina gwida 7 – paragrafu - 3 a (ġdid) |
|||||||||||||
|
L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-faċilità Ewropea ta’ mikrofinanzjament bħala eżempju ta’ kif jiġu kkombinati miżuri ekonomiċi u soċjali biex tagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku u tal-impjieg. Il-faċilitajiet Ewropej u Nazzjonali ta’ mikrofinanzjament għandhom ikunu akkumpanjati minn programmi ta’ taħriġ speċifiku u programmi ta’ konsulenza u skemi ta’ benefiċċji soċjali li jiżguraw dħul minimu fl-ewwel sena wara l-ftuħ tan-negozju biex l-intraprenditorija tkun għażla reali. |
||||||||||||
Emenda 36 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Anness - Linja Gwida 7 - paragrafu 3 b (ġdid) |
|||||||||||||
|
L-Istati Membri għandhom jippromwovu u jinvestu wkoll f’servizzi soċjali ta’ interess ġenerali inklużi s-servizzi tal-impjiegi, is-saħħa u l-akkomodazzjoni li għandhom jiġu ffinanzjati b’mod suffiċjenti. |
||||||||||||
Emenda 37 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Anness – Lina gwida 7 – paragrafu 4 |
|||||||||||||
Il-mira ewlenija tal-UE, abbażi ta’ liema Stati Membri se jistabbilixxu miri nazzjonali, hija li sal-2020 jintlaħaq 75 % tar-rata ta’ impjieg għan-nisa u l-irġiel bejn 20-64 inkluż permezz ta’ parteċipazzjoni ikbar taż-żgħażagħ, ħaddiema ikbar fl-età u ħaddiema b’kapaċitajiet baxxi u integrazzjoni mtejba tal-migranti legali. |
imħassar |
||||||||||||
Emenda 38 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Anness – Linja gwida 8 – titolu |
|||||||||||||
Emenda 39 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Anness – Lina gwida 8 – paragrafu - 1 (ġdid) |
|||||||||||||
|
L-Istati Membri se jistabbilixxu bħalamira nazzjonali t-tnaqqis tar-rata ta’ persuni li joħorġu mill-iskola qabel iż-żmien għal 10 % sal-2010, filwaqt li jiżdied is-sehem tal-popolazzjoni ta’ bejn 30-34 li tkun temmet l-edukazzjoni terzjarja jew edukazzjoni ekwivalenti għal mill-inqas 40 %. |
||||||||||||
Emenda 40 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Anness – Lina gwida 8 – paragrafu 1 |
|||||||||||||
L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-produttività u l-impjegabbiltà permezz ta’ provvista adegwata ta’ għarfien u kapaċitajiet li jissodisfaw id-domanda attwali u futura tas-suq tax-xogħol. Edukazzjoni inizjali ta’ kwalità u taħriġ vokazzjonali attraenti għandhom ikunu kumplimentati b’inċentivi effettivi għat-tagħlim tul il-ħajja, opportunijiet għal bidu mill-ġdid, sabiex jiġi żgurat li kull adult ikun jista’ javvanza pass ieħor fil-kwalifi tiegħu, u permezz ta’ migrazzjoni mmirata u politiki ta’ integrazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw sistemi għall-għarfien ta’ kompetenzi akkwistati, jeliminaw l-ostakli għall-mobbiltà okkupazzjonali u ġeografika tal-ħaddiema, jippromwovu l-kisba ta’ kompetenzi transversali u l-kreattività, u jiffokaw l-isforzi tagħhom b’mod partikolari fuq appoġġ għal persuni b’kapaċitajiet baxxi u jżidu l-impjegabbiltà ta’ ħaddiem ikbar fl-età, filwaqt li jsaħħu t-taħriġ, il-kapaċitajiet u l-esperjenza ta’ ħaddiema b’kapaċitajiet avvanzati, inkluż ir-riċerkaturi. |
Id-dispożizzjoni ta’ edukazzjoni inizjali ta’ kwalità għolja u taħriġ vokazzjonali attraenti li jgħin lil ħaddiema jadattaw il-kapaċitajiet tagħhom għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol huma prijoritajiet għolja għall-Istati Membri. Dawn għandhom ikunu kkompletati b’opportunitajiet għal bidu mill-ġdid għaż-żgħażagħ, b’ mod partikolari dawk ta’ bejn il-25 u l-35 sena li jinkludu offerta obbligatorja ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, u b’inċentivi effettivi għat-tagħlim tul il-ħajja, billi l-imsieħba soċjali jiġu msejħa biex jipprovdu l-ħin u biex jappoġġjaw b’mod finanzjarju t-taħriġ vokazzjonali. B’mod partikolari, l-Istati Membri jimpenjaw irwieħhom li jnaqqsu l-għadd ta’ dawk li jħallu l-iskola qabel il-waqt għal anqas minn 10 %, u li jikkompletaw il-politika tal-migrazzjoni u tal-integrazzjoni b’faċilitajiet tat-tagħlim tal-lingwi u dwar is-soċjetà. L-Istati Membri għandhom ukoll jiżviluppaw sistemi għall-għarfien ta’ ħiliet u kompetenzi akkwistati. |
||||||||||||
Emenda 41 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Anness – Lina gwida 8 – paragrafu 2 |
|||||||||||||
F’kooperazzjoni mal-imsieħba soċjali u n-negozji, l-Istati Membri għandhom itejbu l-aċċess għat-taħriġ, isaħħu l-edukazzjoni u l-orjentament professjonali flimkien ma’ informazzjoni sistematika dwar opportunitajiet ġodda ta’ impjieg disponibbli , il-promozzjoni tal-ispirtu intraprenditorjali u antiċipazzjoni msaħħa tal-ħtiġijiet ta’ kapaċitajiet . Investiment fl-iżvilupp ta’ riżorsi umani, avvanz fil-kapaċitajiet u l -parteċipazzjoni fi skemi ta’ tagħlim tul il-ħajja għandhom jiġu promossi permezz ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji konġunti minn gvernijiet, individwi u min iħaddem. L-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-imsieħba soċjali, bil-għan li għatu appoġġ liż-żgħażagħ u b’mod partikolari dawk li m’għandhom impjieg, edukazzjoni jew taħriġ, għandhom iwaqqfu skemi biex jgħinu lil gradwati reċenti jsibu l-ewwel imjieg jew ikomplu l-edukazzjoni tagħhom u opportunitajiet ta’ taħriġ, inkluż apprendistat, u jintervjenu malajr meta ż-żgħażagħ jitilfu l-impjieg . Monitoraġġ regolari tal-prestazzjoni ta’ avvanz fil-kapaċitajiet u politiki ta’ antiċipazzjoni għandu jgħin biex jiġu identifikati oqsma għat-titjib u biex tiżdied ir-reazzjoni tas-sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol . Il-fondi tal-UE għandhom jiġu mmobilizzati mill-Istati Membri sabiex jingħata appoġġ għal dawn l-għanijiet. |
F’kooperazzjoni mal-imsieħba soċjali u man-negozji, l-Istati Membri għandhom itejbu l-aċċess għat-taħriġ, inkluż it-taħriġ vokazzjonali, isaħħu l-edukazzjoni u l-orjentament professjonali flimkien ma’ informazzjoni sistematika u miżuri xierqa biex jippromwovu opportunitajiet ġodda ta’ impjieg disponibbli, l-ispirtu intraprenditorjali , l-iżvilupp tal-SMEs u jsaħħu l-antiċipazzjoni tar-rekwiżiti ta’ kwalità . L-iżvilupp ta’ riżorsi umani, kwalifiki ogħla u taħriġ għandu jiġi ffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji konġunti minn min iħaddem u mill-gvernijiet. Jeħtieġ li jibqgħu miftuħin f’kull waqt l-aċċess għal edukazzjoni ġenerali u vokazzjonali ta’ kwalità għolja u l-integrazzjoni mill-ġdid fis-sistema edukattiva ta’ dawk li jkunu telqu mill-iskola qabel iż-żmien. L-Istati Membri għandhom jallinjaw l-investimenti fis-sistema edukattiva b’tali mod li tintlaħaq il-mira li jerfgħu l-livell ta’ kapaċitajiet tal-popolazzjoni li taħdem, filwaqt li jiġi kkunsidrat it-tagħlim f’kuntesti informali u mhux formali. F’dan kollu, ir-riformi, speċjalment fir-rigward tal-impjegabbiltà, għandhom jimmiraw li, permezz ta’ taħriġ ulterjuri jew għarfien fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT), jiżguraw il-ksib tal-ħiliet tal-qofol li kull impjegat għandu bżonn biex ikollu suċċess f’soċjetà msejsa fuq l-għarfien. Għandhom jittieħdu passi biex jiġi żgurat li l-mobbiltà tat-tagħlim taż-żgħażagħ u l-għalliema ssir ir-regola . L-Istati Membri għandhom itejbu l-ftuħ u r-relevanza tas-sistemi edukattivi ġenerali u vokazzjonali u tat-taħriġ mhux vokazzjonali għall-etajiet kollha, b’mod partikolari bl-implimentazzjoni tal-oqfsa ta’ kwalifiki nazzjonali li jippermettu direzzjonijiet flessibbli ta’ tagħlim u bl-iżvilupp ta’ sħubijiet bejn organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni ġenerali u vokazzjonali u d-dinja tax-xogħol, inklużi l-apprendistati mħallsa, biex ikabbru l-proporzjon ta’ kwalifiki akkademiċi u vokazzjonali ta’ livell ogħla. |
||||||||||||
Emenda 42 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Anness – Lina gwida 8 – paragrafu - 2a (ġdid) |
|||||||||||||
|
Monitoraġġ regolari tal-prestazzjoni ta’ avvanz fil-kapaċitajiet u politiki ta’ antiċipazzjoni għandu jgħin biex jiġu identifikati oqsma għat-titjib u biex tiżdied ir-reazzjoni tas-sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. Il-fondi tal-UE għandhom jiġu mmobilizzati mill-Istati Membri sabiex jingħata appoġġ għal dawn l-għanijiet. |
||||||||||||
Emenda 43 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Anness – Linja gwida 8 a (ġdid) |
|||||||||||||
|
Linja-gwida 8a: It-tisħiħ tal-politika ta’ koeżjoni soċjali u ekonomika b’appoġġ għall-impjiegi L-Istati Membri jikkommettu rwieħhom li jirranġaw, jikkomplementaw, jikkoordinaw u jaġġustaw il-miri nazzjonali tagħhom, fil-livell nazzjonali u bejniethom, b’tali mod li jnaqqsu l-iżbilanċi fl-iżvilupp ekonomiku bejn ir-reġjuni. L-Istati Membri huma konxji li l-politika ta’ koeżjoni tirrappreżenta strument effikaċi li tappoġġa, imma mhux b’mod subordinat, il-linji gwida billi takkomoda speċifiċitajiet reġjonali, tgħin lir-reġjuni jegħlbu d-diffikultajiet soċjoekonomiċi tagħhom u tnaqqas id-disparitajiet. Approċċ integrat, governanza fuq diversi livelli u prinċipji ta’ sħubija għandhom ikunu l-qofol tal-governanza u tat-twassil tal-istrateġija, filwaqt li l-livelli reġjonali u lokali b’mod partikolari għandu jkollhom rwol kruċjali bħala vetturi biex jilħqu l-atturi ekonomiċi u soċjali innumerevoli li jgħixu u jipproduċu fl-Unjoni, b’mod partikulari l-SMEs, speċjalment dawk li jifformaw parti mill-ekonomija soċjali. Għaldaqstant, il-politika ta’ koeżjoni mhijiex biss l-għajn ta’ allokazzjonijiet finanzjarji stabbli, imma wkoll strument b’saħħtu għall-iżvilupp ekonomiku, u b’hekk strument għall-impjiegi għar-reġjuni kollha tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jinvestu iktar fl-infrastruttura tat-trasport, tal-enerġija, tat-telekomunikazzjoni u tal-IT u jagħmlu użu sħiħ mill-Fondi Strutturali Ewropej. Il-parteċipazzjoni ta’ benefiċjarji potenzjali fi programmi kofinanzjati mill-Unjoni għandhom jitħeġġu bis-simplifikazzjoni tas-sistemi ta’ twettiq. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom joħolqu sinerġiji bejn il-politiki ta’ koeżjoni tagħhom u politiki settorjali eżistenti oħra, skont approċċ integrat, minħabba li l-koeżjoni mhijiex kost, imma tagħti s-saħħa, tistfrutta potenzjal mhux utilizzat, tnaqqas differenzi strutturali bejn il-pajjiżi u r-reġjuni, tespandi t-tkabbir u ttejjeb il-kompetittività tar-reġjuni tal-Unjoni f’dinja globalizzata, isservi ta’ kontrobilanċ għall-effetti tal-kriżi ekonomika dinjija u tiġġenera kapital soċjali għall-Unjoni. |
||||||||||||
Emenda 44 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Anness – Linja gwida 9 – titolu u paragrafu 1 |
|||||||||||||
Linja-gwida 9: It-titjib fil-prestazzjoni tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livelli kollha u ż-żieda fil-parteċipazzjoni dejjem fl-edukazzjoni terzjarja Sabiex jiġi żgurat aċċess għal edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità għal kulħadd u biex jitjiebu r-riżultati edukazzjonali, l-Istati Membri għandhom jinvestu b’mod effiċjenti f’sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ b’mod partikolari biex jgħollu l-livell ta’ kapaċitajiet tal-forza tax-xogħol tal-UE, sabiex din tkun tista’ tossodisfa l-ħtiġijiet li qed jinbidlu malajr tas-swieq tax-xogħol moderni. L-azzjoni għandha tkopri s-setturi kollha (minn edukazzjoni bikrija fit-tfulija u skejjel għal edukazzjoni għolja, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, kif ukoll taħriġ għall-adulti) filwaqt li jiġi kkunsidrat it-tagħlim f’kuntesti informali u inqas formali. Ir-riformi għandhom ikunu mmirati biex tiġi żgurata l-akkwiżizzjoni tal-kompetenzi ewlenin li jeħtieġ kull individwu biex ikollu suċċess f’ekonomija bbażata fuq l-għarfien, b’mod partikolari fir-rigward tal-impjegabbiltà, tagħlim addizjonali, jew kapaċitajiet tal-ICT. Għandhom jittieħdu passi biex jiġi żgurat li l-mobbiltà tat-tagħlim taż-żgħażagħ u l-għalliema ssir ir-regola. L-Istati Membri għandhom itejbu l-ftuħ u r-relevanza tas-sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ, b’mod partikolari bl-implimentazzjoni tal-oqfsa ta’ kwalifiki nazzjonali li jippermettu direzzjonoijiet flessibbli ta’ tagħlim u bl-iżvilupp ta’ sħubiji bejn id-dinjiet tal-edukazzjoni/taħriġ u x-xogħol. Il-professjoni tal-għalliema għandha ssir iktar attraenti. L-edukazzjoni għola għandha ssir iktar miftuħa għal studenti mhux tradizzjonali u parteċipazzjoni f’edukazzjoni terzjarja jew ekwivalenti għandha tiżdied. Bil-għan li jitnaqqas in-numru ta’ żgħażagħ li mhumiex impjegati, f’edukazzjoni jew taħriġ, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex iwaqqfu l-ħruġ kmieni mill-iskola. |
imħassar |
||||||||||||
Emenda 45 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Anness – Lina gwida 9 – paragrafu 2 |
|||||||||||||
Il-mira ewlenija tal-UE, abbażi ta’ liema Stati Membri se jistabbilixxu miri nazzjonali, hija li titnaqqas ir-rata ta’ persuni li joħorġu mill-iskola qabel iż-żmien għal 10 %, filwaqt li jiżdied is-sehem tal-popolazzjoni bejn 30-34 li tkun temmet l-edukazzjoni terzjarja jew edukazzjoni ekwivalenti għal mill-inqas 40 % fl-2020. |
imħassar |
||||||||||||
Emenda 46 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Anness – Linja gwida 10 – titolu |
|||||||||||||
Emenda 47 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Anness – Lina gwida 10 – paragrafu - 1 (ġdid) |
|||||||||||||
|
L-Istati Membri se jiddefinixxu l-miri nazzjonali tagħhom biex inaqqsu b’25 % l-għadd tal-Ewropej li jgħixu taħt il-livelli nazzjonali tal-faqar, u b’hekk jerfgħu mill-faqar 20 miljun ruħ, b’mod partikolari permezz ta’ miżuri ta’ politika tal-impjieg u l-edukazzjoni. |
||||||||||||
Emenda 48 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Anness – Lina gwida 10 – paragrafu 1 |
|||||||||||||
L-isforzi tal-Istati Membri biex jitnaqqas il-faqar għandhom ikunu mmirati lejn il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà u l-ekonomija u l-estensjoni tal-opportunitajiet ta’ impjieg, bl-użu sħiħ tal-Fond Soċjali Ewropew. L-isforzi għandhom jiffukaw ukoll fuq l-iżgurar tal-opportunitajiet indaqs, inkluż permezz ta’ aċċess għal servizzi aċċessibbli, sostenibbli u ta’ kwalità għolja u servizzi pubbliċ (inkluż servizzi onlajn, skont il-linja gwida 4) u b’mod partikolari l-kura tas-saħħa. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri antidiskriminatorji effettivi. Bl-istess mod , sabiex tingħeleb l-esklużjoni soċjali, tingħata s-setgħa lin-nies u tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, għandhom jissaħħu sistemi ta’ ħarsien soċjali, tagħlim tul il-ħajja u politiki ta’ inklużjoni attiva biex jinħolqu opportunitajiet f’stadji differenti tal-ħajja tal-persuni u biex jiġu protetti kontra r-riskju tal-esklużjoni. Sistemi ta’ sigurtà soċjali u pensjoni għandhom jiġu aġġornati biex jiġi żgurata li jistgħu jintużaw bi sħiħ għall-iżgurar ta’ appoġġ ta’ dħul adegwat u aċċess għall-kura tas-saħħa — biex b’hekk tiġi pprovduta koeżjoni soċjali - filwaqt li tiġi garantita s-sostenibbiltà finanzjarja . Sistemi ta’ benefiċċju għandhom jiffukaw fuq l-iżgurar ta’ sigurtà ta’ dħul matul tranżizzjonijiet u t-tnaqqis tal-faqar, b’mod partikolari fost il-gruppi li jinsabu fl-ikbar riskju ta’ esklużjoni soċjali, bħal familji b’ġenitur wieħed, minoritajiet, persuni b’diżabbiltà, tfal u żgħażagħ, nisa u rġiel anzjani, migranti legali u persuni bla dar. L-Istati Membri għandhom jippromwovu wkoll b’mod attiv l-ekonomija soċjali u l- innovazzjoni soċjali bl-appoġġ ta’ dawk l-iktar vulnerabbli. |
Il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni għadha sfida vitali. Sabiex isegwu dan l-għan, jenħtieġ jinħolqu opportunitajiet ta’ parteċipazzjoni jew ta’ ritorn fis-suq tax-xogħol għall-gruppi soċjali kollha, irrispettivament mil-lokalità jew il-livell ta’ edukazzjoni. Huwa essenzjali li jinstab bilanċ bejn il-fatt li l-persuni jingħataw sens ta’ sigurtà suffiċjenti u l-fatt li dawn jippreservaw il-motivazzjoni tagħhom biex jaħdmu u jaqilgħu l-flus. Biex jilħqu din il-mira, l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz biex jitnaqqas il-faqar , inkluż il-faqar ta’ dawk li għandhom impjieg , jippromwovu l-parteċipazzjoni sħiħa , b’għażla proprja tal-persuni, fil-politika, fis-soċjetà , fl-arti u fl-ekonomija u jestendu l-opportunitajiet ta’ impjieg, f’liema rigward għandu jintuża l-Fond Soċjali Ewropew. L-Istati Membri hawnhekk għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-għadd dejjem jiżdied ta’ ħaddiema foqra. Biex jiġu fformulati objettivi speċifiċi għall-ġlieda kontra l-faqar, wieħed għandu jagħmilha ċara kif il-faqar għandu jitkejjel. Id-definizzjoni standard li l-fatt li min jaqla’ 60 % tad-dħul medju jikkostitwixxi faqar għandha tiġi kkwalifikata. Il-faqar ma jistax jiġi stabbilit permezz ta’ indikatur li juri aspett wieħed biss. Jeħtieġ li jkun żgurat li jiġu ppreżervati l-opportunitajiet indaqs, kif ukoll l-aċċess għal servizzi aċċessibbli, sostenibbli u ta’ kwalità għolja u servizzi pubbliċi (inkluż servizzi onlajn, skont il-linja gwida 4) u b’mod partikolari fl-oqsma soċjali, tal-impjiegi, tas-saħħa u tad-djar, billi jkun żgurat li jkunu disponibbli wkoll għall-gruppi vulnerabbli u dgħajfa tal-popolazzjoni. L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li l-informazzjoni verbali jew bil-miktub mogħtija mis-servizzi pubbliċi tkun ċara u kompluta u li, f’każ ta’ ċaħda milli jingħata dritt, tiġi pprovduta raġuni u jissemmew il-possibilitajiet għal appell li tista’ tirrikorri għalihom il-persuna kkonċernata. Il-prinċipju li ma għandhiex issir diskriminazzjoni bejn l-irġiel u n-nisa bl-istess edukazzjoni u bl-istess impjieg għandu jkun legalment vinkolanti għal kull tip ta’ relazzjoni ta’ xogħol fl-Istati Membri. Sabiex tingħeleb l-esklużjoni soċjali, tingħata s-setgħa lin-nies biex ikollhom rwol attiv fis-soċjetà u tiġi promossa l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, jenħtieġ li jissaħħu ulterjormanet sistemi ta’ ħarsien soċjali u politiki ta’ inklużjoni attiva biex jinħolqu opportunitajiet u perspettivi ta’ xogħol, billi jitqiesu d-diversi ħtiġijiet u responsabilitajiet fi stadji differenti tal-ħajja tal-persuni , biex jiġu protetti kontra r-riskju tal-esklużjoni u biex jingħata l-appoġġ, partikolarment lil dawk l-aktar imbegħda mis-suq tax-xogħol, lejn impjiegi ta’ kwalità. Għaldaqstant, għandhom jinħolqu approċċi effiċjenti skont il-politika attiva tax-xogħol għat-taħriġ u l-ħolqien tal-impjiegi għal dawk il-persuni esklużi mis-suq tax-xogħol minħabba nuqqas ta’ taħriġ. Fl-istess waqt, sistemi ta’ sigurtà soċjali u pensjoni għandhom jiġu aġġornati ħalli jkunu jistgħu jintużaw bis-sħiħ għall-iżgurar ta’ dħul li jkun ogħla mil-limitu tal-faqar, tal-possibilità tal-parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali u tal-aċċess għall-kura tas-saħħa , filwaqt li għandha tiġi ppreżervata s-sostenibilità ta’ dawn is-sistemi. Sistemi ta’ benefiċċju għandhom jiżguraw is-sigurtà ta’ dħul matul tranżizzjonijiet u jnaqqsu l-faqar, b’mod partikolari fost il-gruppi li jinsabu fl-ikbar riskju ta’ esklużjoni soċjali, bħal familji b’ġenitur wieħed, minoritajiet, persuni b’diżabbiltà, tfal u żgħażagħ, nisa u rġiel anzjani, migranti legali u persuni bla dar. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom ikunu kommessi li jindirizzaw il-faqar tat-tfal permezz miżuri adegwati, b’tali mod li t-tfal ma jkuu ristretti fl-iżvilupp personali tagħhom u ma jkunux sottoprivileġġati meta jidħlu fil-ħajja tax-xogħol minħabba interferenzi relatati mal-faqar fl-iżvilupp lberu tagħhom. Huwa partikolarment importanti li jiġi żgurat l-aċċess ugwali għall-edukazzjoni u anke għall-opportunitajiet indaqs għal tfal minn familji żvantaġġjati, sabiex jitħarsu milli jiġu esklużi soċjalment meta jsiru adulti. Sabiex tissaħħaħ din is-sigurtà tad-dħul fl-istadji differenti tal-ħajja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-eżistenza ta’ dħul minimu adegwat, li l-livell ta’ dan ikun mill-inqas ogħla mil-limitu tal-faqar, bir-rispett tal-prattiki differenti, tal-ftehimkollettiv u tal-leġislazzjoni tal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jippromwovu wkoll b’mod attiv l-ekonomija soċjali u l-innovazzjonijiet soċjali mfassla biex jindirizzaw ir-riskji soċjali differenti li jitfaċċaw matul il-ħajja tal-persuni, b’mod speċjali fejn ikunu kkonċernati dawk l-iktar vulnerabbli , jimplimentaw effikaċement il-miżuri adottati kontra d-diskriminazzjoni. Fit-tisħiħ tas-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-effetti pożittivi li titjib fil-koeżjoni soċjali għandu fuq il-baġits nazzjonali. It-tnaqqis tal-faqar u parteċipazzjoni msaħħa jwasslu għal tnaqqis fl-infiq soċjali u għal dħul akbar mit-taxxi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw standards minimi għolja għall-kwalità tal-impjiegi sabiex il-faqar jiġi eliminat fost il-persuni impjegati. |
||||||||||||
Emenda 49 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Anness – Lina gwida 10 – paragrafu - 1 a (ġdid) |
|||||||||||||
|
Is-sistemi ta’ protezzjoni soċjali, inklużi l-pensjonijiet u l-kura tas-saħħa, għandhom jiġu msaħħa u mmodernizzati, billi jiżguraw l-adegwatezza soċjali tagħhom, is-sostenibbiltà finanzjarja u r-rispons għal ħtiġijiet li jinbidlu, filwaqt li kulħadd fl-Unjoni Ewropea jiġi pprovdut bi protezzjoni adegwata mill-insigurtajiet soċjali, bħal pereżempju problemi tas-saħħa, qgħad u faqar. Il-protezzjoni soċjali ta’ kuntratti għal terminu qasir, li jaffettwaw lin-nisa b’mod partikolari, u lin-nisa tqal b’mod iżjed partikulari, għandha tiġi mtejba mill-Istati Membri. |
||||||||||||
Emenda 50 |
|||||||||||||
Proposta għal deċiżjoni Anness – Lina gwida 10 – paragrafu 2 |
|||||||||||||
Il-mira ewlenija tal-UE, abbażi ta’ liema Stati Membri se jistabbilixxu miri nazzjonali, hija li jitnaqqas b’25 % in-numru ta’ Ewropej li jgħixu taħt il-linji nazzjonali ta’ faqar, sabiex iktar minn 20 miljun persuna toħroġ mill-faqar. |
imħassar |