20.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 308/97


It-Tlieta 7 ta’ Settembru 2010
Ftehima bejn l-UE u l-Ġappun dwar assistenza legali reċiproka f’materji kriminali ***

P7_TA(2010)0297

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Settembru 2010 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar l-assistenza legali reċiproka f’materji kriminali (05308/2010 – C7-0029/2010 – 2009/0188(NLE))

2011/C 308 E/25

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (05308/2010),

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ ftehima bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar l-assistenza legali reċiproka f’materji kriminali (15915/2009),

wara li kkunsidra it-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 82(1), it-tieni subparagrafu, punt (d) u l-Artikolu 218(6) it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0029/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0209/2010),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehima;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ġappun.