2.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 351/453 |
Il-Ħamis 8 ta’ Lulju 2010
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-USA dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu ***
P7_TA(2010)0279
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (11222/1/2010/REV 1 u COR 1 – C7-0158/2010 – 2010/0178(NLE))
2011/C 351 E/42
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (11222/1/2010/REV 1 u COR 1),
wara li kkunsidra t-test tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu, li hu mehmuż mal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill hawn fuq imsemmija,
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar ir-Rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill biex jawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka biex id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu data minn messaġġi ta’ pagamenti finanzjarji għall-fini tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tat-terroriżmu (1),
wara li kkunsidra l-opinjoni tas-Superviżur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tas-22 ta’ Ġunju 2010 (2),
wara li kkunsidra l-opinjoni espressa mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Pulizija u l-Ġustizzja fil-25 ta’ Ġunju 2010,
wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 218(6)(a) flimkien mal-Artikolu 87(2), punt (a) u l-Artikolu 88(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0158/2010),
wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0224/2010),
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim; |
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 8 tal-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali, li tirrikjedi li d-data personali tkun taħt il-kontroll ta’ “awtoritajiet indipendenti”, biex tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill malajr kemm jista' jkun bl-għażla ta’ tliet kandidati mil-liema jagħżlu għar-rwol tal-persuna indipendenti tal-UE msemmija fl-Artikolu 12(1) tal-Ftehim; jirrimarka li l-proċedura għandha tkun l-istess, mutatis mutandis, bħal dik segwita mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għall-ħatra tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data kif previst fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (3) li jimplimenta l-Artikolu 286 tat-Trattat KE; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika; jagħti ukoll istruzzjonijiet lill-President biex jidħol fi djalogu interparlamentari mal-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Istati Uniti u mal-President pro tempore tas-Senat tal-Istati Uniti dwar il-ftehim ta’ qafas futur dwar il-protezzjoni tad-data bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2010)0143.
(2) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).