|
2.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 351/447 |
L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2010
Kompiti speċifiċi għall-Bank Ċentrali Ewropew rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar r-Riskju Sistemiku *
P7_TA(2010)0275
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jinkariga lill-Bank Ċentrali Ewropew b'kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (05551/2010 – C7-0014/2010 – 2009/0141(CNS))
2011/C 351 E/41
(Proċedura leġiżlattiva speċjali - Konsultazzjoni)
Din il-proposta giet emendata fis-7 ta’ Lulju 2010 kif ġej (1):
|
TEST PROPOST MILL-KUNSILL |
EMENDA |
||||||||||
|
Emenda 1 |
|||||||||||
|
Proposta għal regolament Premessa 1 a (ġdida) |
|||||||||||
|
|
|
||||||||||
|
Emenda 2 |
|||||||||||
|
Proposta għal regolament Premessa 8 a |
|||||||||||
|
|
||||||||||
|
Emenda 3 |
|||||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 a (ġdid) |
|||||||||||
|
|
1a. Il-President tas-SEBĊ għandu jkun il-President tal-BĊE. Il-mandat tiegħu jew tagħha għandu jkun l-istess bħall-mandat tiegħu jew tagħha bħala President tal-BĊE. |
||||||||||
|
Emenda 4 |
|||||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 b (ġdid) |
|||||||||||
|
|
1b. L-ewwel Viċi President għandu jkun elett mill-membri tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE għall-istess perjodu bħal dak tal-mandat tiegħu fil-Kunsill Ġenerali, filwaqt li titqies il-ħtieġa ta’ rappreżentazzjoni bbilanċjata tal-Istati Membri, u ta’ dawk li qegħdin fiż-żona tal-euro u barra minnha. Huwa jista' jerġa' jiġi elett. |
||||||||||
|
Emenda 5 |
|||||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 c (ġdid) |
|||||||||||
|
|
1c. It-tieni Viċi President għandu jkun il-President tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (il-Kumitat Konġunt) stabbilit bl-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA], tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX] u tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE] (il-“Kumitat Konġunt”). |
||||||||||
|
Emenda 6 |
|||||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 d (ġdid) |
|||||||||||
|
|
1d. Qabel jidħol fil-kariga, il-President u l-ewwel Viċi President għandhom jippreżentaw lill-Parlament Ewropew, waqt seduta ta’ smigħ pubblika, kif beħsiebhom jaqdu dmirijiethom skont dan ir-Regolament. It-tieni Viċi President għandu jinstema' mill-Parlament Ewropew fir-rwol tiegħu bħala President tal-Kumitat Konġunt. |
||||||||||
|
Emenda 7 |
|||||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 e (ġdid) |
|||||||||||
|
|
1e. Il-President għandu jippresiedi l-laqgħat tal-Bord Ġenerali u tal-Kumitat ta’ Tmexxija. |
||||||||||
|
Emenda 8 |
|||||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 f (ġdid) |
|||||||||||
|
|
1f. Il-Viċi Presidenti, f'ordni ta’ preċedenza, għandhom jippresiedu l-Bord Ġenerali u l-Kumitat ta’ Tmexxija meta l-President ma jkunx jista' jipparteċipa f'xi laqgħa. |
||||||||||
|
Emenda 9 |
|||||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 g (ġdid) |
|||||||||||
|
|
1g. Jekk il-Viċi Presidenti ma jkunux jistgħu jwettqu dmirijiethom, għandhom jiġu eletti Viċi Presidenti ġodda skont il-paragrafi 1b u 1c. |
||||||||||
|
Emenda 10 |
|||||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 h (ġdid) |
|||||||||||
|
|
1h. Il-President għandu jirrappreżenta lill-BERS esternament. |
||||||||||
|
Emenda 11 |
|||||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 i (ġdid) |
|||||||||||
|
|
1i. Il-President għandu jkun mistieden għal smigħ annwali fil-Parlament Ewropew fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni tar-rapport annwali tal-BERS, li għandu jseħħ f'kuntest differenti mid-djalogu monetarju bejn il-Parlament Ewropew u l-President tal-BĊE. |
||||||||||
|
Emenda 12 |
|||||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 2 – parti introduttorja |
|||||||||||
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jiżgura Segretarjat, u b'hekk jipprovdi sostenn analitiku, statistiku, loġistiku u amministrattiv għall-BERS. Il-missjoni tas-Segretarjat kif definita fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament XXXX, għandha tinkludi b'mod partikolari: |
Il-BĊE għandu jiżgura Segretarjat, u b'hekk jipprovdi sostenn analitiku, statistiku, loġistiku u amministrattiv għall-BERS. Dan għandu jieħu pariri tekniċi wkoll mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, mill-banek ċentrali nazzjonali u mis-superviżuri nazzjonali. Huwa għandu jkun responsabbli wkoll mill-kwistjonijiet tal-persunal. Il-kompiti tas-Segretarjat imsemmija fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [BERS], għandha tinkludi b'mod partikolari: |
||||||||||
|
Emenda 13 |
|||||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt e |
|||||||||||
|
|
||||||||||
|
Emenda 14 |
|||||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt e a (ġdid) |
|||||||||||
|
|
|
||||||||||
|
Emenda 15 |
|||||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 |
|||||||||||
|
1. Il-BĊE għandu jiżgura biżżejjed riżorsi umani u finanzjarji għat-twettiq tal-kompitu tiegħu li jiżgura s-Segretarjat . |
1. Il-BĊE għandu jiżgura biżżejjed riżorsi umani u finanzjarji għat-twettiq tal-kompiti tas-Segretarjat. Il-BĊE għandu jiżgura li s-Segretarjat ikollu persunal ta’ kwalità għolja li jirrifletti b'mod wiesa' l-ambitu estiż tal-BERS u l-kompożizzjoni tal-Bord Ġenerali. Il-BĊE għandu jiżgura finanzjament ekwu tas-Segretarjat mir-riżorsi tiegħu stess . |
||||||||||
|
Emenda 16 |
|||||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 |
|||||||||||
|
2. Il-Kap tas-Segretarjat għandu jinħatar mill-BĊE, f'konsultazzjoni mal-Bord Ġenerali tal-BERS. |
2. Il-Kap tas-Segretarjat għandu jinħatar mill-BĊE, fuq proposta tal-Bord Ġenerali tal-BERS. |
||||||||||
|
Emenda 17 |
|||||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 a (ġdid) |
|||||||||||
|
|
2a. Il-membri kollha tas-Segretarjat għandhom ikunu marbuta li ma jiżvelawx informazzjoni suġġetta għas-segretezza professjonali, ukoll wara t-tmiem tal-qadi ta’ dmirijiethom, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [BERS] biex jiġi żgurat l-għan stipulat fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament. |
||||||||||
|
Emenda 18 |
|||||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 |
|||||||||||
|
2. Il-Kap tas-Segretarjat jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jkun preżenti għal-laqgħat tal-Bord Ġenerali, tal-Kumitat ta’ Tmexxija u tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv tal-BERS. |
2. Il-Kap tas-Segretarjat jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jkun preżenti għal-laqgħat tal-Bord Ġenerali, tal-Kumitat ta’ Tmexxija u tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv tal-BERS. |
||||||||||
|
Emenda 19 |
|||||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 a (ġdid) |
|||||||||||
|
|
2a. Is-Segretarjat jista' jitlob informazzjoni, f'forma individwali, fil-qosor jew kollettiva, relatata mal-istituzzjonijiet jew mas-swieq finanzjarji rilevanti għall-kompiti tal-BERS mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u, fil-każijiet speċifikati fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru …./2010 [BERS], mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, mill-banek ċentrali nazzjonali jew mill-awtoritajiet l-oħrajn tal-Istati Membri jew, fuq il-bażi ta’ talba motivata, direttament mill-istituzzjonijiet finanzjarji. |
||||||||||
|
Emenda 20 |
|||||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 b (ġdid) |
|||||||||||
|
|
2b. L-informazzjoni skont il-paragrafu 2 tista' tinkludi data relatata maż-Żona Ekonomika Ewropea, mal-Unjoni jew maż-żona tal-euro, jew data nazzjonali aggregata jew individwali. Id-data nazzjonali għandha tinġabar biss wara li ssir talba motivata. Qabel ma ssir talba għad-data, is-Segretarjat għandu qabelxejn iqis l-istatistika eżistenti prodotta, imxerrda u żviluppata kemm mis-Sistema Ewropea tal-Istatistika u kemm mis-SEBĊ u mbagħad jikkonsulta mal-Awtorità Superviżorja Ewropea rilevanti, sabiex jiżgura li t-talba tkun proporzjonata. |
||||||||||
|
Emenda 21 |
|||||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 7 |
|||||||||||
|
Il-Kunsill għandu jeżamina dan ir-Regolament tliet snin wara d-data stabbilita fl-Artikolu 8, abbażi ta’ rapport mill-Kummissjoni u għandu jiddetermina jekk ikunx meħtieġ li dan ir-Regolament jiġi rivedut wara li jkun irċieva opinjoni mill-BĊE u mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej . |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, sa … (10), jeżaminaw dan ir-Regolament abbażi ta’ rapport mill-Kummissjoni u għandhom jiddeterminaw jekk ikunx meħtieġ li l-objettivi u l-organizzazzjoni tal-BERS jiġu riveduti wara li jkunu rċevew opinjoni mill-BĊE. Ir-rapport għandu jivvaluta, b'mod partikolari, jekk:
|
||||||||||
(1) Il-każ kien riferut lura lill-kumitat skont it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 57(2) (A7-0167/2010).
(2) ĠU C 40, 7.2.2001, p. 453.
(3) ĠU C 25 E, 29.1.2004, p. 394.
(4) ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. xx.
(5) ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 26.
(6) ĠU C 9 E, 15.1.2010, p. 48.
(7) Testi adottati, P6_TA(2009)0251.
(8) Testi adottati, P6_TA(2009)0279.
(9) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(10) Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.