|
2.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 351/140 |
It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010
Ftehim ma’ l-Islanda u n-Norveġja: Applikazzjoni ta’ Ċerti Dispożizzjonijiet tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/615/ĠAI u 2008/616/ĠAI ***
P7_TA(2010)0250
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropew u l-Islanda u n-Norveġja dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha (05309/2010 – C7-0031/2010 – 2009/0191(NLE))
2011/C 351 E/25
(Kunsens)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ ftehim bejn l-l-Unjoni Ewropew u l-Islanda u n-Norveġja dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha (05060/2009),
wara li kkunsidra l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill (05309/2010),
wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni sottomessa mill-Kunsill skont l-Artikolu 218(6)(a), it-tieni paragrafu, punt (a) flimkien mal-Artikolu 82(1)(d), it-tieni paragrafu, punt (d) u l-Artikolu 87(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0031/2010),
wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0173/2010),
|
1. |
Jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Islanda u n-Norveġja. |