2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/140


It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010
Il-konklużjoni tal-Protokoll dwar il-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali għall-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran ***

P7_TA(2010)0249

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar l-abbozz ta’ proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill rigward il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll dwar il-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali għall-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (09132/2010 – C7-0128/2010 – 2010/0016(NLE))

2011/C 351 E/24

(Kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill (09132/2010),

wara li kkunsidra t-talba għal kunsens magħmula mill-Kunsill skont l-Artikoli 192(1) u 218(6), it-tieni subparagrafu, punt a tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0191/2010),

1.

Jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.