12.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 236/186 |
L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
L-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq ***I
P7_TA(2010)0221
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/15/KE dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (COM(2008)0650 – C6-0354/2008 – 2008/0195(COD))
2011/C 236 E/46
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0650),
wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikoli 71 u 137(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0354/2008),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikoli 91 u 153(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2009 (1),
wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0137/2010),
1. |
Jiċħad il-proposta tal-Kumissjoni; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tirtira l-proposta tagħha u tieħu l-passi meħtieġa mal-Parlament sabiex tressaq proposta ġdida; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 228, 22.9.2009, p. 78.