|
31.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 161/266 |
L-Erbgħa 19 ta’ Mejju 2010
Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013 (emenda tad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE) ***II
P7_TA(2010)0177
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE li tistabbilixxi Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013 bit-tneħħija tal-finanzjament ta’ ċerti azzjonijiet Komunitarji u bil-bidla tal-limiti għall-finanzjament ta’ dawn l-azzjonijiet (16627/1/2009 – C7-0051/2010 – 2009/0026(COD))
2011/C 161 E/34
(Proċedura leġislattiva ordinarja: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (16627/1/2009 – C7-0051/2010),
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0067),
wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 63, l-ewwel paragrafu, punt (2)(b) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ssottomettiet il-proposta lill-Parlament (C6-0070/2009),
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) u l-Artikolu 78(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0117/2010),
|
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill; |
|
2. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) Testi adottati, 7.5.2009, P6_TA(2009)0375.