31.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 161/177


It-Tlieta 18 ta’ Mejju 2010
Trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom ***II

P7_TA(2010)0167

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Mejju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva 86/613/KEE (17279/3/2009 – C7-0075/2010 – 2008/0192(COD))

2011/C 161 E/29

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (17279/3/2009 – C7-0075/2010),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0636),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 141(3) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0341/2008),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu: “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) u l-Artikolu 157(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0146/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Testi adottati, 6.5.2009, P6_TA(2009)0364.

(2)  ĠU C 228, 22.9.2009, p. 107.


It-Tlieta 18 ta’ Mejju 2010
P7_TC2-COD(2008)0192

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-18 ta’ Mejju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2010/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2010/41/UE.)