15.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 81/172


L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
Linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew (riformulazzjoni) ***I

P7_TA(2010)0124

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew (riformulazzjoni) (COM(2009)0391 – C7-0111/2009 – 2009/0110(COD))

2011/C 81 E/30

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja - tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0391),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 156 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0111/2009),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 172(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta’ Novembru 2009,

wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta’ kitba mill-ġdid tal-atti legali (1),

wara li kkunsidra l-ittra tal-11 ta’ Diċembru 2009 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu b'konformità mal-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0030/2010),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma’ dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali,

1.

Jadotta l-pożizzjoni spjegata aktar 'l isfel, filwaqt li jqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
P7_TC1-COD(2009)0110

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Mejju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2010/UE fuq linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew (riformulazzjoni)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, Deċiżjoni Nru 661/2010/UE.)