22.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 349/97 |
It-Tlieta 9 ta’ Marzu 2010
Allokazzjoni ta' FISIM għad-determinazzjoni tad-DGN *
P7_TA(2010)0041
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-allokazzjoni tas-servizzi finanzjarji intermedjarji mkejla b'mod indirett (FISIM) għad-determinazzjoni tad-Dħul Gross Nazzjonali (DGN) użat għall-għanijiet tal-baġit tal-Unjoni Ewropea u r-riżorsi proprji (COM(2009)0238 – C7-0049/2009 – 2009/0068(CNS))
2010/C 349 E/21
(Proċedura leġislattiva speċjali – Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0238),
wara li kkunsidra l-Artikolu 2(7), it-tieni subparagrafu, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tad-29 ta' Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (1) u l-Artikolu 2(7), it-tieni subparagrafu, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (2),
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0022/2010),
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
3. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
4. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI |
EMENDA |
Emenda 1 |
|
Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 |
|
Artikolu 2 L-allokazzjoni tas-servizzi finanzjarji intermedjarji mkejla b’mod indirett skont l-Artikolu 1 għandha tapplika minħabba d-Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom mill-1 ta’ Jannar 2005 to sal-31 ta’ Diċembru 2006. |
imħassar |
Emenda 2 |
|
Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 |
|
L-allokazzjoni tas-servizzi finanzjarji intermedjarji mkejla b’mod indirett skont l-Artikolu 1 għandha tapplika minħabba d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom mill- 1 ta’ Jannar 2007 . |
L-allokazzjoni tas-servizzi finanzjarji intermedjarji mkejla b’mod indirett skont l-Artikolu 1 għandha tapplika minħabba d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom mill- 1 ta’ Jannar 2010 . |
(1) ĠU L 253, 7.10.2000, p. 42.
(2) ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.