|
16.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 341/100 |
Il-Ħamis, 11 ta' Frar 2010
Ftehim bejn l-UE u l-Stati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' Data ta' Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea lejn l-Istati Uniti tal-Amerika għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu ***
P7_TA(2010)0029
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Frar 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' Data ta' Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea lejn l-Istati Uniti tal-Amerika għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (05305/1/2010 REV 1 – C7-0004/2010 – 2009/0190(NLE))
2010/C 341 E/25
Proċedura ta' approvazzjoni
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2009)0703 u 05305/1/2010 REV 1),
wara li kkunsidra t-test tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' Data ta' Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea lejn l-Istati Uniti tal-Amerika għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (16110/2009),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Settembru 2009 dwar il-ftehim internazzjonali previst biex id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu data minn messaġġi ta' pagamenti finanzjarji għall-fini tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tat-terroriżmu (1),
wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 218(6)(a) flimkien mal-Artikoli 82(1)(d) u 87(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0004/2010),
wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0013/2010),
|
1. |
Ma japprovax il-konklużjoni tal-Ftehim; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tippreżenta immedjatament rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill bil-ħsieb ta' ftehim għal żmien fit-tul mal-Istati Uniti dwar il-prevenzjoni tal-finanzjament tat-terroriżmu; ifakkar li kwalunkwe ftehim ġdid f’dan il-qasam għandu josserva l-qafas ġuridiku l-ġdid stabbilit mit-Trattat ta' Lisbona u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li issa hija vinkolanti, u jġedded it-talbiet espressi fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Settembru 2009, b’mod partikulari fil-paragrafi 7 sa 13; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2009)0016.