19.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/33


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-‘Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntati fuq in-naħa ta’ wara tat-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta’ karreġġata dejqa’

(COM(2010) 510 finali – 2010/0264 (COD)

(2011/C 54/08)

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, nhar il-15 ta’ Novembru u nhar is-7 ta’ Ottubru 2010 rispettivament, iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar:

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntati fuq in-naħa ta’ wara tat-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta’ karreġġata dejqa

COM(2010) 510 finali – 2010/0264 (COD).

Billi l-Kumitat iqis li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u m’hemm bżonn tal-ebda kummenti min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-467 sessjoni plenarja tiegħu tat-8 u d-9 ta’ Diċembru 2010 (seduta tat-8 ta’ Diċembru), b’unanimità, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

Brussell, 8 ta’ Diċembru 2010

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON