28.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/66


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan fit-tul għall-istokk ta’ marlozz tat-Tramuntana u s-sajd li qed jisfrutta dak l-istokk”

COM(2009) 122 finali — 2009/0039 (CNS) (1)

2010/C 354/11

Il-Kunsill, f’ittra tat-18 ta’ Jannar 2010 u l-Parlament Ewropew nhar il-5 ta’ Marzu 2010, iddeċidew li b’konformità mal-Artikolu 43 tat-TFUE, li jiġi Artikolu 37 tat-TKE, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan fit-tul għall-istokk ta’ marlozz tat-Tramuntana u s-sajd li qed jisfrutta dak l-istokk

COM(2009) 122 finali — 2009/0039 (CNS) (1).

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u m’hemm bżonn tal-ebda kummenti min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-461 sessjoni plenarja tiegħu tas-17 u t-18 ta' Marzu 2010 (seduta tas-17 ta' Marzu), unanimament li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

Brussell, 17 ta’ Marzu 2010.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


(1)  L-akronomu għandu jkun COD.