14.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 339/13 |
L-459 SESSJONI PLENARJA TAL-20 U L-21 TA’ JANNAR 2010
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità (verżjoni kkodifikata)
COM(2009) 634 finali — 2009/0176 (COD)
(2010/C 339/03)
Nhar il-21 ta’ Diċembru 2009, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 100(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità (verżjoni kkodifikata)
COM(2009) 634 finali — 2009/0176 (COD)
Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li m’hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-459 sessjoni plenarja tiegħu tal-20 u tal-21 ta’ Jannar 2010 (seduta tal-20 ta’ Jannar 2010), b’185 vot favur u b’6 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.
Brussell, 20 ta’ Jannar 2010.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI