29.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/12


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-prattiċi ristrettivi u l-pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-28 ta' Settembru 2007 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar Każ COMP/38710 – Bitumen Spain (2)

Rapporteur: Il-Latvja

2009/C 321/06

1.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni fir-rigward tal-ammonti bażiċi tal-multi.

2.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni dwar iż-żieda fuq l-ammont bażiku biex jiġi żġurat effett deterrenti suffiċjenti.

3.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni dwar iż-żieda fuq l-ammont bażiku tal-multi minħabba ċirkustanzi aggravanti.

4.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis mill-ammont bażiku tal-multi minħabba ċirkustanzi attenwanti.

5.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis tal-multi skont l-Avviż ta' Klemenza tal-2002.

6.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni fir-rigward tal-ammonti finali tal-multi.

7.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jirrakkomandaw il-pubblikazzjoni tal-opinjoni tal-Kumitat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.