16.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 248/2


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar Ftehimiet Ristrettivi u Pożizzjoni Dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-26 ta’ Ġunju 2009 dwar abbozz ta’ deċiżjoni li jirrigwarda l-Każ COMP/39.401 – E.ON/GDF (1)

Rapporteur: Id-Danimarka

2009/C 248/02

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-fatti li għamlet il-Kummissjoni dwar ftehimiet u/jew prattiċi miftehma skont it-tifsira tal-Artikolu 81 tat-Trattat hekk kif espress fl-abbozz tad-Deċiżjoni u kkomunikat lill-Kumitat Konsultattiv fit-12 ta’ Ġunju 2009.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-kumpless ta' ftehimiet u/jew prattiċi miftiehma jikkostitwixxi ksur uniku u kontinwu għall-perjodu li fih kien jeżisti.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehimiet u/jew prattiċi miftiehma għandhom bħala għan li jnaqqsu l-kompetizzjoni.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni li għamlet il-Kummissjoni tal-perjodu tal-ksur, bħala:

I.

Għal GDF Suez u kif ukoll għal E.ON, b’mod konġunt u b’mod separat ma’ E.ON Ruhrgas:

(a)

F'dak li jirrigwarda mal-Ġermanja: mill-1 ta’ Jannar 1980 sat-30 ta’ Settembru 2005, jiġifieri 25 sena u 9 xhur.

(b)

F'dak li jirrigwarda ma’ Franza: Mill-10 ta’ Awwissu 2000 sat-30 ta’ Settembru 2005, jiġifieri ħames snin, xahar u 20 ġurnata.

II.

għal E.ON: mill-1 ta’ Jannar 2003 sat-30 ta’ Settembru 2005, jiġifieri sentejn u 9 xhur.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward il-konklużjoni, li l-ftehimiet u l-prattiċi miftiehma bejn il-kumpaniji kienu kapaċi li jaffettwaw in-negozju bejn l-Istati Membri.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward id-destinatarji tad-deċiżjoni, speċjalment b’referenza lejn l-imputazzjoni tar-responsabbiltà tal-predeċessuri legali, jiġifieri kumpaniji li jakkwistaw kontroll ta’/jew amalgamazzjoni ma’ kumpaniji tal-gruppi kkonċernati.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għandha tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz ta' deċiżjoni.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra kwalunkwe punti oħrajn li tqajmu matul id-diskussjonijiet.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.