12.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/7


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-25 ta’ Settembru 2008 dwar abbozz preliminari ta’ deċiżjoni fil-każ COMP/39.188 (1) – Banana

2009/C 189/03

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-prodott affettwat mill-ksur hu banana friska u dwar il-kopertura ġeografika tal-ksur.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-fatti li għamlet il-Kummissjoni bħala prattika miftiehma fit-tifsira tal-Artikolu 81(1) tat-Trattat tal-KE.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-komunikazzjonijiet dwar l-ipprezzar minn qabel deskritti fl-abbozz preliminari tad-deċiżjoni li fih il-partijiet (i) iddiskutew jew kixfu l-fehmiet tagħhom dwar ix-xerjiet u/jew iddiskutew jew kixfu indikazzjonijiet ta’ prezzijiet ta’ kwotazzjoni għall-ġimgħa li tkun tmiss, u (ii) iddiskutew fatturi tal-issettjar tal-prezz (jiġifieri fatturi relevanti għall-issettjar tal-prezzijiet tal-kwotazzjoni għall-gimgħa li tkun tmiss), għandhom bħala l-għan tagħhom ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 81(1) tat-Trattat tal-KE u jikkonċernaw l-iffissar tal-prezzijiet, li bihom il-partijiet ikkoordinaw il-prezzijiet tal-kwotazzjoni għall-banana.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni li għamlet il-Kummissjoni li l-arranġamenti għall-skambju tal-prezzijiet ta’ kwotazzjoni jippermettu l-partijiet biex jimmonitorjaw id-deċiżjonijiet tal-partitijiet dwar l-ipprezzar tal-kwotazzjonijiet fid-dawl tal-komunikazzjonijiet dwar l-ipprezzar minn qabel li saru preċedentament bejn il-partijiet.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni li għamlet il-Kummissjoni li l-prattiki illegali msemmija huma kollha kemm huma parti minn skema globali biex jintlaħaq għan ekonomiku antikompetittiv wieħed, u b’hekk jikkostitwixxi ksur wieħed, u kontinwu tal-Artikolu 81(1) tat-Trattat tal-KE.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tul ta’ żmien tal-ksur hu mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Diċembru 2002.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li f’dan il-każ il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat tal-KE ma ġewx issodisfati.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar id-destinatarji tad-deċiżjoni, inkluża r-responsabbiltà tal-kumpaniji prinċipali.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’ll-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.