21.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/2


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-20 ta’ Jannar 2009 dwar abbozz ta' deċiżjoni marbut mal- Każ COMP/39.406 – Manek Marittimi (1)

Relatur: Il-Lussemburgu

2009/C 168/02

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-fatti li għamlet il-Kummissjoni Ewropea bħala ftehim u/jew prattiki miftiehma fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 81 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li l-miżuri maqbula u meħuda wara l-Memorandu tal-1 ta' April 1986 u l-ftehimiet ta' segwitu għandhom ikunu kkunsidrati bħala sensiela ta' miżuri koerenti għall-arranġamenti maqbula kemm fuq il-livell globali kif ukoll fuq il-livell Ewropew.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li l-ftehim u/jew il-prattiki miftiehma bejn il-manifatturi tal-manek marittimi setgħu jħallu effett konsiderevoli fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE u bejn il-partijiet kontraenti taż-ŻEE.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li, minkejja l-attivitajiet limitati tal-kartell fis-snin 1997-1999, fil-fatt hemm ksur wieħed, materjalment l-istess.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li l-ksur għandu jitqies bħala wieħed u kontinwu fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-kartell fuq il-perjodu bejn 1986 u l-2007 (b'perjodu ta' attivitajiet tal-kartell limitati u minuri bejn l-1997 u l-1999).

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li Bridgestone (DOM li ma tistax tinżamm responsabbli għar-rwol tagħha) u Parker/ITR fi ħdan grupp ta' fornituri kellhom ir-rwol ta' mexxejja u li dan jiġġustifika żieda fl-ammont bażiku tal-multa li għandha tingħata lil dawn l-impriżi minħabba t-tmexxija.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-applikazzjoni magħmula taħt l-Avviż ta' Klemenza tal-2006.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward ta' dawk indirizzati mid-deċiżjoni, speċifikament b'referenza għall-attribuzzjoni ta' responsabbiltà lill-kumpaniji possedenti-gruppi kkonċernati.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.