27.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 147/11 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-amalgamazzjonijiet mogħtija fil-laqgħa tal-16 ta' April 2008 rigward abboz ta' deċiżjoni dwar Każ COMP/M.4956 – STX/Aker Yards
Rapporteur: Ir-Renju Unit
2009/C 147/09
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jikkonsidra li l-operazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonjiet tal-KE. Minoranza tastjeni. |
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata għandha dimensjoni Komunitarja fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 1 u 4 tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjoni tal-KE. Minoranza tastjeni. |
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li għall-finijiet tal-każ attwali d-definizzjoni tas-suq tal-prodott għandha tiġi delineata kif ġej:
Minoranza tastjeni. |
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel illi għall-fini tal-każ preżenti is-swieq ġeografiċi għall-bini tal-vapuri kummerċjali u għall-manifattura tal-magni tal-vapuri għandhom dimensjoni dinjija. Minoranza tastjeni. |
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel illi peress illi hemm nuqqas ta' koinċidenzi orizzontali l-operazzjoni proposta mhux se jkollha bħala riżultat dirett it-tisħiħ tal-pożizzjoni ta' Aker Yard fil-bini u l-forniment tal-vapuri tal-kruċiera. Minoranza tastjeni. |
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel illi l-eliminazzjoni ta' STX bħala kompetitur potenzjali fil-bini u l-forniment tal-vapuri tal-kruċieri mhux se jkollu effett anti-kompetittiv sinifikattiv. Minoranza tastjeni. |
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel illi l-pożizzjoni finanzjarja ta' STX mhix tali li trendi l-entità amalgamata dominanti fis-suq tal-bini tal-vapuri tal-kruċiera, indipendentement ta' jekk l-istrumenti finanzjarji msemmija mill-kwerelant kinux jikkostitwixxu sussidji passati jew attwali mill-istat Sud Korean. Minoranza tastjeni. |
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel illi anki jekk kien hemm evidenza illi l-entità amalgamata kienet se tirċievi finananzjament għall-produzzjoni sussidjata fil-ġejjieni kif allegat mill-kwerelant huwa improbabbli li dan iżid b'mod sinifikattiv is-saħħa finanzjarja tal-entità amalgamata għar-raġunijiet esposti fid-deċiżjoni. Minoranza tastjeni. |
9. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel illi l-kompraturi tal-vapuri tal-kruċieri huma sofistikati u probabbilment għandhom, fl-istruttura tas-suq attwali, il-kapaċità illi jimmitigaw l-imġiba anti-kompetittivi ta' wara l-amalgamazzjoni. Minoranza tastjeni. |
10. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel illi l-operazzjoni proposta mhux se twassal għal xi impediment sinifikattiv għal kompetizzjoni effettiva fil-qasam tal-vapuri tal-kruċiera u t-tragetti flimkien, kif ukoll għat-tragetti separatament. Minoranza tastjeni. |
11. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel illi l-operazzjoni proposta ma twassalx għal xi impediment sinifikattiv għall-kompetizzjoni effettiva għat-tankers tal-prodotti. Minoranza tastjeni. |
12 |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel illi r-relazzjonijiet vertikali maħluqa mill-operazzjoni proposta mhux se twassal għal xi impediment sinifikattiv għall-kompetizzjoni effettiva fis-swieq differenti tal-vapuri kummerċjali, u fis-swieq tal-vapuri tal-kruċiera u tat-tragetti b’mod partikolari. Minoranza tastjeni. |
13. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel illi l-operazzjoni proposta ma twassalx għal xi impediment sinifikattiv għall-kompetizzjoni effettiva fis-settur tas-servizzi tat-trasport marittimu. Minoranza tastjeni. |
14. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni għandha tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni u l-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE. Minorità tastjeni. |