18.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/7


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fi proċedura bil-miktub li nbdiet permezz ta' ittra tat-22 ta' Awwissu 2008 dwar abbozz ta' deċiżjoni rrelatata mal-Każ 61291 – Liechtensteinische Kraftwerke Anstalt u Telecom Liechtenstein AG

2009/C 138/08

1.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mat-tħassib tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (l-Awtorità) espressi fil-valutazzjoni preliminari dwar l-obbligi ta' non-kompetizzjoni.

2.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mat-tħassib tal-Awtorità espressi fil-valutazzjoni preliminari dwar id-dispożizzjoni ta’ allinjament strateġiku li skontha Liechtensteinische Kraftwerke Anstalt (“LKW”) u Telecom Liechtenstein AG (“Telecom Liechtenstein”) kkoordinaw l-ippjanar tal-infrastruttura tan-netwerk.

3.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu li l-prattiċi inkwistjoni jistgħu jkollhom effett fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti taż-ŻEE.

4.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu li l-impenji offerti minn LKW u Telecom Liechtenstein huma biżżejjed sabiex jissodisfaw it-tħassib identifikat mill-Awtorità fil-valutazzjoni preliminari tagħha.

5.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu li l-impenji offerti minn LKW u Telecom Liechtenstein ma jeċċedux il-limiti ta’ dak li hu xieraq u meħtieġ sabiex jitneħħew l-effetti restrittivi tal-obbligi ta' non-kompetizzjoni u tad-dispożizzjoni ta’ allinjament strateġiku.

6.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu li l-impenji jsiru vinkolanti għal LKW u Telecom Liechtenstein sakemm il-Kuntratt ta’ Konsolidazzjoni jibqà fis-seħħ.

7.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv għandhom l-intenzjoni li jirrakkomandaw il-pubblikazzjoni tal-opinjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE.