31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 75/16


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-amalgamazzjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-5 ta' Diċembru 2008 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar il-Każ COMP/M.5046 — Friesland Foods/Campina

Rapporteur: L-Iżvezja

(2009/C 75/04)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni nnotifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni nnotifikata għandha dimensjoni komunitarja skont it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-operazzjoni attwali, id-definizzjonijiet tas-swieq tal-prodotti rilevanti huma:

(a)

akkwist ta' ħalib mhux proċessat isseparat f'akkwist ta' ħalib mhux ipproċessat konvenzjonali u akkwist ta' ħalib mhux ipproċessat organiku;

(b)

prodotti friski bażiċi tal-ħalib separati f'ħalib frisk, xorrox tal-butir frisk u jogurt normali;

(c)

prodotti bażiċi ta' ħalib li jżommu fit-tul;

(d)

prodotti bażiċi ta' ħalib frisk u organiċi;

(e)

ġobon tipiku Olandiż għal grossisti tal-ġobon speċjalizzati u għal tipi moderni ta' bejgħ bl-imnut, rispettivament;

(f)

butir fi kwantita' kbira mill-ħalib separat f'butir bażiku, żejt tal-butir frazzjonat u żejt tal-butir mhux frazzjonat u butir tal-pakkett magħmul mill-ħalib separat f'bejgħ għas-segmenti ta' Out of Home (OOH) u tal-bejgħ bl-imnut;

(g)

jogurts b'valur miżjud u ġobon bi ftit xaħam magħmul minn ħalib xkumat mibjugħ lis-segment OOH;

(h)

xarbiet tal-marka, mill-ħalib, friski, aromatizzati u mhux tas-saħħa, separati f'bejgħ għas-segmenti tal-OOH u tal-bejgħ bl-imnut;

(i)

xarbiet mill-ħalib, b'ħajja twila u aromatizzati, separati f'xarbiet b'toma' ta' ħalib taċ-ċikkulata b'ħajja twila u xarbiet b'toma' ta' ħalib tal-frott b'ħajja twila;

(j)

custard friska u poriġ separat f'bejgħ għas-segmenti tal-OOH u tal-bejgħ bl-imnut;

(k)

krema likwida mill-ħalib separata f'bejgħ lis-segmenti Out of Home, industrijali u tal-bejgħ bl-imnut;

(l)

krema tal-ispray separata fi krema tal-ispray tal-ħalib u mhux tal-ħalib u f'bejgħ lis-segmenti tal-OOH u tal-bejgħ bl-imnut;

(m)

ħalib tal-kafe separat f'bejgħ lis-segmenti tal-OOH u lill-bejgħ bl-imnut u krema tal-kafe separata f'bejgħ lis-segmenti tal-OOH u lill-bejgħ bl-imnut;

(n)

emulsjonijiet ta' spray imnixxef separati fi “creamers”, “foamers” u “toppings”;

(o)

lattosi grad ta' ikel;

(p)

lattosi grad farmaċewtiku separati f'lattosi farmaċewtiċi u lattosi Dry Powder Inhalation (DPI).

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-operazzjoni attwali, id-definizzjoni tas-swieq ġografiċi rilevanti huma:

(a)

nazzjonali (l-Olanda) għas-swieq kollha fil-ksib ta' ħalib mhux ipproċessat;

(b)

nazzjonali (l-Olanda) għas-swieq kollha ta' prodotti bażiċi u friski tal-ħalib;

(c)

aktar wiesa' min-nazzjonali (inkluż Belġju, Ġermanja u l-Olanda) għal prodotti bażiċi tal-ħalib b'ħajja twila;

(d)

nazzjonali (l-Olanda) għal prodotti bażiċi, friski u organiċi tal-ħalib;

(e)

nazzjonali (l-Olanda) għas-swieq kollha tal-ġobon tat-tip tal-Olanda (ħlief ġobon ta' bla qoxra);

(f)

mifruxa maż-ŻEE għas-swieq kollha ta' butir f'ammonti kbar u usa' min-nazzjonali (inkluż għall-anqas il-Belġju, il-Ġermanja u l-Olanda) għas-swieq kollha ta' butir ppakkjat;

(g)

nazzjonali (l-Olanda) għal jogurts b'valur miżjud u ġobon bi ftit xaħam magħmul minn ħalib xkumat mibjugħ lis-segment OOH;

(h)

nazzjonali (l-Olanda) għas-swieq kollha ta' xarbiet mill-ħalib, tal-marka, friski, mhux tas-saħħa;

(i)

nazzjonali (l-Olanda u l-Belġju) jew alternattivament aktar wiesa' min-nazzjonali (inkluż l-Belġju, il-Ġermanja u l-Olanda) għas-swieq kollha ta' xarbiet mill-ħalib, aromatizzati, u li għandhom ħajja twila;

(j)

nazzjonali (l-Olanda) għas-swieq kollha ta' custard friska u poriġ;

(k)

usa' min-nazzjonali (inkluż mill-anqas il-Belġju, il-Ġermanja u l-Olanda) għas-swieq kollha ta' krema likwida;

(l)

usa' min-nazzjonali (inkluż mill-anqas il-Belġju, il-Ġermanja u l-Olanda) għas-swieq kollha ta' krema tal-ispray;

(m)

usa' min-nazzjonali (inkluż mill-anqas il-Belġju, il-Ġermanja u l-Olanda) għas-swieq kollha ta' ħalib tal-kafe u krema tal-kafe;

(n)

mifrux maż-ŻEE għas-swieq kollha ta' emulsjonijiet ta' spray imnixxef;

(o)

mifrux maż-ŻEE jew mad-dinja għal lattosi grad tal-ikel;

(p)

mifrux maż-ŻEE jew mad-dinja għas-swieqi kollha ta' lattosi ta' grad farma.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta x'aktarx ser tirriżulta f'impediment importanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali minnu fis-swieq li ġejjin:

(a)

ksib ta' ħalib konvenzjonali u mhux ipproċessat fl-Olanda;

(b)

is-swieq kollha ta' prodotti bażiċi u friski tal-ħalib fl-Olanda;

(c)

is-swieq kollha tal-ġobon tat-tip tal-Olanda fl-Olanda;

(d)

jogurts b'valur miżjud u ġobon bi ftit xaħam magħmul minn ħalib xkumat mibjugħ lis-segment OOH fl-Olanda;

(e)

is-swieq kollha ta' xarbiet mill-ħalib, tal-marka, friski, aromatizzati u mhux tas-saħħa fl-Olanda;

(f)

is-swieq kollha ta' xarbiet ġejjin mill-ħalib u ta' ħajja twila fl-Olanda u fil-Belġju jew alternattivament f'reġjun aktar wiesa' inkluz il-Belġju, il-Ġermanja u l-Olanda;

(g)

is-swieq kollha ta' custard frisk u poriġ fl-Olanda.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta x'aktarx mhux ser tirriżulta f'impediment importanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali minnu fis-swieq li ġejjin:

(a)

ksib ta' ħalib organiku u mhux ipproċessat fl-Olanda;

(b)

prodotti bażiċi ta' ħalib li jżommu fit-tul;

(c)

prodotti bażiċi mill-ħalib, friski u organiċi;

(d)

ġobon mingħajr qoxra;

(e)

is-swieq kollha ta' butir fi kwantita' kbira u butir ippakkjat;

(f)

is-swieq kollha ta' krema likwida;

(g)

is-swieq kollha ta' krema tal-ispray;

(h)

is-swieq kollha ta' ħalib tal-kafe u krema tal-kafe;

(i)

is-swieq kollha ta' emulsjonijiet ta' spray imnixxef;

(j)

is-swieq kollha ta' lattosi grad tal-ikel;

(k)

is-swieq kollha ta' lattosi ta' grad farmaċewtiku (inkluż DPI).

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji huma biżżejjed sabiex ineħħu l-impedimenti importanti għall-kompetizzjoni fis-swieq li ġejjin:

(a)

ksib ta' ħalib konvenzjonali u mhux ipproċessat fl-Olanda;

(b)

is-swieq kollha ta' prodotti bażiċi u friski tal-ħalib fl-Olanda;

(c)

is-swieq kollha tal-ġobon tat-tip tal-Olanda fl-Olanda;

(d)

jogurts b'valur miżjud u ġobon bi ftit xaħam magħmul minn ħalib xkumat mibjugħ lis-segment OOH fl-Olanda;

(e)

is-swieq kollha ta' xarbiet mill-ħalib, tal-marka, friski, u mhux tas-saħħa fl-Olanda;

(f)

is-swieq kollha ta' xarbiet ġejjin mill-ħalib u ta' ħajja twila fl-Olanda u fil-Belġju jew alternattivament f'reġjun aktar wiesa' inkluz il-Belġju, il-Ġermanja u l-Olanda;

(g)

is-swieq kollha ta' custard frisk u poriġ fl-Olanda.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li jekk l-impenji offruti mill-partijiet ikunu segwiti, u jiġi kkunsidrat l-impenji kollha f'daqqa, il-konċentrazzjoni proposta mhux se toħloq impedimenti importanti għall-kompetizzjoni fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali tiegħu.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni notifikata għandha tiġi ddikjarata kompatibbli mas-Suq Komuni u mal-Ftehim taż-ŻEE skont l-Artikoli 2(2) u 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.