26.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 47/7 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu ta' l-14 ta' Settembru 2007 dwar abbozz ta' deċiżjoni relatat mal-Każ COMP/39.168 — PO/Prodotti tal-ħjata ibsin: Żippijiet (2)
Relatur: L-Iżvezja
(2009/C 47/07)
1. |
Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi fir-rigward ta' l-erba' infrazzjonijiet distinti imma kontinwi fil-Komunità Ewropea. |
2. |
Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni dwar iż-żjieda fl-ammont bażiku sabiex jiġi żgurat effett suffiċjenti ta' deterrent. |
3. |
Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni dwar l-ammonti tat-tnaqqis tal-multi fuq il-bażi ta' l-Avviż tal-Kummissjoni ta' l-1996 dwar li ma jiġux imposti, jew li jitnaqqsu, l-multi f'każijiet ta' kartell. |
4. |
Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni dwar l-ammonti ta' tnaqqis tal-multi fuq il-bażi ta' l-Avviż tal-Kummissjoni ta' l-2002 dwar l-immunità minn multi u t-tnaqqis tal-multi f'każijiet ta' kartell. |
5. |
Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis ta' l-ammont bażiku għal Coats Holdings Ltd u s-sussidjarja Ġermaniża tagħha Coats Deutschland GmbH kif ukoll YKK Corporation Japan u s-sussidjarja Ewropea tagħha YKK Holding Europe B.V. minħabba ċirkostanza ta' attenwanti fir-rigward tal-ksur tripartitiku fis-settur tal-qfil biż-żippijiet (zip fasteners). |
6. |
Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi fir-rigward ta' l-erba' infrazzjonijiet distinti imma kontinwi fis-settur tal-qfil (fasteners) fil-Komunità Ewropea. |
7. |
Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jirrakkomandaw il-pubblikazzjoni ta' l-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |