20.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/6


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-amalgamazzjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-20 ta' Ġunju 2008 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar il-Każ COMP/M.4942 — Nokia/Navteq

Relatur: Franza

(2009/C 13/04)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament KE dwar l-Amalgamazzjonijiet u li tista' titqies li għandha dimensjoni Komunitarja skond l-Artikolu 4(5) ta' dak ir-Regolament.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li din hija amalgamazzjoni vertikali li tinkludi s-swieq tal-prodotti li ġejjin:

Databases ta' Mapep Diġitali Navigabbli — Suq upstream,

Softwer tan-Navigazzjoni — Suq intermedjarju,

Applikazzjonijiet ta' Navigazzjoni għal Settijiet tat-Telefown Ċellulari — Suq downstream I,

Settijiet tat-Telefown Ċellulari — Suq downstream II.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li s-suq ġeografiku relevanti għal Databases ta' Mapep Diġitali Navigabbli huwa globali fl-ambitu tiegħu.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li s-suq ġeografiku relevanti għal Softwer ta' Navigazzjoni huwa globali fl-ambitu tiegħu.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li s-suq ġeografiku relevanti għall-Applikazzjonijiet ta' Navigazzjoni għal Settijiet tat-Telefown Ċellulari jinfirex fuq medda almenu daqs iż-ŻEE.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li s-suq ġeografiku relevanti għal Settijiet tat-Telefown Ċellulari jinfirex fuq medda almenu daqs iż-ŻEE.

7.

Il-Kumitat Konsultttiv jaqbel mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li l-entità amalgamata ma jkollha ebda inċentiv li tgħolli l-prezz jew twaqqa' l-kwalità/iddewwem l-aċċess għal Databases ta' Mapep Diġitali Navigabbli lil uħud mill-kompetituri tagħha fis-swieq ta' Applikazzjonijiet ta' Navigazzjoni għal Settijiet tat-Telefown Ċellulari u Settijiet tat-Telefown Ċellulari.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrzzjoni proposta x'aktarx mhux se tirriżulta f'impatt antikompetittiv għad-detriment tal-konsumatur.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta mhix se tirriżulta f'ostaklu sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali minnu.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni notifikata għandha titqies bħala waħda li hija kompatibbli mas-suq komuni skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament KE dwar l-Amalgamazzjonijiet.

11.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni ta' din l-opinjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.