23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/9


Avviż għall-attenzjoni ta' dawk il-persuni, l-entitajiet u l-korpi li ġew inklużi mill-Kunsill fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 (Anness V)

2009/C 315/05

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness V għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 (1).

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fil-lista msemmija hawn fuq jissodisfaw il-kriterji mniżżlin fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, u għalhekk huma kienu konsegwentement inklużi fl-Anness V ta' dak ir-Regolament. Ir-Regolament jipprevedi l-iffriżar tal-fondi kollha, assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi oħrajn li jappartjenu għall-persuni, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati u li l-ebda fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħrajn ma għandhom isiru disponibbli għalihom jew għall-benefiċċju ta' tali persuni, entitajiet jew korpi, kemm direttament jew indirettament.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-Korpi kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi elenkati fl-Anness II għar-Regolament, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw fondi ffriżati għall-ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament).

Il-persuni, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ, li d-deċiżjoni biex jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi rikonsidrata.

Kwalunkwe tali talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

Rue de la Loi 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1.