|
24.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320/6 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
2009/C 320/04
Għajnuna Nru: XA 215/09
Stati Membri: Franza
Reġjun: Département de la Seine-Maritime
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aides aux diagnostics d’installation des exploitations ne bénéficiant pas d’une Dotation Jeune Agriculteur (Seine-Maritime)
Bażi legali: Articles L1511-2, L3231-2 et 3232-1 du Code Général des Collectivités Territoriales; délibération du Conseil général du 31 mars 2009 relative à la politique agricole départementale de la période 2009-2012.
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 20 000 kull sena
Intensità massima tal-għajnuna: 50 %
Data tal-implimentazzjoni: Minn meta l-Kummissjoni tikkonferma l-irċevuta.
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: 2009-2012
Għan tal-għajnuna: L-għan ta' din id-dispożizzjoni huwa li dawk li jixtiequ jaħdmu fis-settur tal-biedja imma li ma jissodisfawx il-kriterji tal-eliġibbiltà għall-iskema ta' Għotja għall-Bdiewa Żgħar jitħallew iwettqu studju preparatorju tal-pjan tagħhom sabiex jaħdmu fis-settur tal-biedja. Dan l-istudju preparatorju għandu jeżamina l-vijabbiltà ekonomika tal-proġett u jiffaċilita lil dawk li fi ħsiebhom isiru bdiewa jkollhom aċċess għall-kreditu hekk kif ikollhom studju affidabbli sabiex jibagħtu lill-banek jekk ikunu jixtiequ jinnegozjaw ftehim ta' self. Din id-dispożizzjoni għandha tgħin sabiex tiżgura li inqas farms huma stabbiliti fuq bażi ekonomika li mhijiex soda u għalhekk tnaqqas l-għadd ta' farms li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet finanzjarji.
L-għajnuna se tingħata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur agrikolu kollu
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Monsieur le Président du Département de Seine-Maritime |
|
Quai Jean Moulin |
|
76101 Rouen Cedex 1 |
|
FRANCE |
Indirizz tal- Internet: http://www.seinemaritime.net/guidedesaides/medias/File/aide-aux-diagnostics-d-installation-des-exploitants-ne-beneficiant-pas-de-la-dotation-jeune-agriculteur-t2.pdf
Informazzjoni oħra: —
Għajnuna Nru: XA 216/09
Stati Membri: Franza
Reġjun: Département de la Seine-Maritime
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aides aux études technico-économiques et juridiques préalables à une diversification (Seine-Maritime)
Bażi legali: Articles L1511-2, L3231-2 et 3232-1 du Code Général des Collectivités Territoriales; délibération du Conseil général du 31 mars 2009 relative à la politique agricole départementale de la période 2009-2012.
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 75 000 kull sena
Intensità massima ta' l-għajnuna: 50 %
Data tal-implimentazzjoni: Minn meta l-Kummissjoni tikkonferma l-irċevuta.
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: 2009-2012
Għan tal-għajnuna: L-għan ta' din l-iskema ta' għajnuna huwa li l-bdiewa li qegħdin jippjanaw li jiddiversifikaw l-attivitajiet tagħhom jitħallew jivvalutaw l-eliġibbiltà tal-proġetti tagħhom.
L-istudji se jkunu limitati għall-proġetti ta' diversifikazzjoni li jibqgħu fi ħdan is-settur tal-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli jew meta jsir l-ewwel bejgħ fil-farm stess ta' dawn il-prodotti tal-annimali jew tal-ħxejjex.
Dan l-istudju għandu jiffaċilita wkoll lill-bdiewa biex dawn ikollhom aċċess għall-kreditu billi jsirilhom studju preċiż u affidabbli bħala bażi sabiex jinnegozjaw xi ftehim ta' self mal-banek.
L-għajnuna se tingħata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur agrikolu kollu
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Monsieur le Président du Département de Seine-Maritime |
|
Quai Jean Moulin |
|
76101 Rouen Cedex 1 |
|
FRANCE |
Indirizz tal- Internet: http://www.seinemaritime.net/guidedesaides/medias/File/etude-technico-economique-et-juridique-de-diversification-t2.pdf
Informazzjoni oħra: —
Għajnuna Nru: XA 219/09
Stat Membru: Franza
Reġjun: Département de la Seine-Maritime
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aides à la certification annuelle «Agriculture Biologique» (Seine-Maritime)
Bażi legali: Articles L1511-2, L3231-2 et 3232-1 du Code Général des Collectivités Territoriales; délibération du Conseil général du 31 mars 2009 relative à la politique agricole départementale de la période 2009-2012.
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 10 000 kull sena
Intensità massima tal-għajnuna: 50 % tal-ispiża għall-għoti tas-servizz, b'limitu ta' EUR 200 għal kull servizz li jingħata
Data tal-implimentazzjoni: Minn meta l-Kummissjoni tikkonferma l-irċevuta.
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Il-perjodu bejn l-2009 u l-2012
Għan tal-għajnuna: L-għadd ta' farms iċċertifikati fil-biedja organika fis-Seine-Maritime huwa relattivament baxx. L-għan ta' din l-għajnuna huwa li tkun imħeġġa din it-tip ta' produzzjoni billi l-ispiża li jkollhom jagħmlu tajjeb għaliha l-bdiewa li jiddeċiedu li jiċċertifikaw il-farms tagħhom fil-biedja organika tkun issussidjata.
Barra milli tingħata, fejn hu xieraq, għajnuna oħra mill-Istat, jew għajnuna mill-korpi jew kollettivitajiet pubbliċi, u li tirrispetta strettament il-limitu ta' għajnuna stipulat fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fil-każ li l-għajnuna takkumula, din l-iskema għandha tħeġġeġ l-iżvilupp tal-biedja organika fid-dipartiment.
L-għajnuna se tingħata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur agrikolu kollu.
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Monsieur le Président du Département de Seine-Maritime |
|
Quai Jean Moulin |
|
76101 Rouen Cedex 1 |
|
FRANCE |
Indirizz tal- Internet: http://www.seinemaritime.net/guidedesaides/medias/File/aide-a-la-certification-annuelle-agriculture-biologique-+-formulaire-t2.pdf
Informazzjoni oħra: —
Għajnuna Nru: XA 224/09
Stati Membri: L-Italja
Reġjun: Toscana
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Attività di divulgazione in merito alla assicurabilità delle produzioni agricole e zootecniche da eventi atmosferici, epizoozie e danni da animali predatori
Bażi legali: L.R. 24 gennaio 2006, n. 1 «Disciplina degli interventi regionali in materia di agricoltura e di sviluppo rurale»
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 0,100 miljun għas-sena 2009
Intensità massima tal-għajnuna: 80 %
Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 Diċembru 2009
Għan tal-għajnuna: Għajnuna teknika (l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006), u b'mod partikolari:
Settur jew setturi benefiċjarji: Kodiċi NACE
A10601 – Attivitajiet ta’ sostenn għall-produzzjoni veġetali;
A10602 – Attivitajiet ta’ appoġġ għal produzzjoni ta’ bhejjem
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Regione Toscana |
|
Palazzo Strozzi Sacrati |
|
Piazza del Duomo 10 |
|
50122 Firenze FI |
|
ITALIA |
Indirizz tal-internet: http://www.regione.toscana.it/regione/export/RT/sito-RT/Contenuti/sezioni/agricoltura/aziende_agricole/rubriche/opportunita_scadenze/visualizza_asset.html_1224200525.html
Informazzjoni oħra: —
Għajnuna Nru: XA 229/09
Stati Membri: Il-Polonja
Reġjun: Obszar całego kraju
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Program pomocy dla rodzin rolniczych, w których gospodarstw rolnych i działach specjalnych produkcji rolnej powstały szkody spowodowane przez powódź w 2009 r.
Bażi legali: Uchwała nr 137/2009 Rady Ministrów z dnia 11 sierpnia 2009 r. w sprawie ustanowienia programu pomocy dla rodzin rolniczych, w których gospodarstw rolnych i działach specjalnych produkcji rolnej powstały szkody spowodowane przez powódź w 2009 r.
u
l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3).
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Il-volum tar-riżorsi nazzjonali tal-baġit ippjanat għall-forom kollha ta’ għajnuna għall-azjendi agrikoli skont din l-iskema jista’ jkun ta’ PLN 190 miljun.
Intensità massima tal-għajnuna:
|
(1) |
għall-uċuħ tar-raba’, jiġifieri uċuħ imkabbrin f’art agrikola maħsubin biex jintużaw wara:
|
|
(2) |
għall-bini fejn jinżammu l-bhejjem, għall-imħażen, għas-serer, u għall-bini u strutturi agrikoli oħrajn, għat-trakters, għall-magni u għat-tagħmir agrikolu u għall-bhejjem:
|
Data tal-implimentazzjoni: L-għajnuna tista’ tibda tingħata minn meta l-Kummissjoni Ewropea tippubblika n-numru tal-identifikazzjoni tal-iskema tal-għajnuna fuq is-sit tal-internet tagħha.
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta’ Awwissu 2010.
Għan tal-għajnuna: L-għajnuna għandha tgħin lill-familji tal-bdiewa jegħlbu d-diffikultajiet finanzjarji temporanji kkawżati minn ħsara lill-uċuħ tar-raba’ jew lill-bini fejn jinżammu l-bhejjem, lill-imħażen, lis-serer u lill-bini u strutturi agrikoli oħrajn, lit-trakters, lill-magni u lit-tagħmir agrikolu u lill-bhejjem, skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
Settur jew setturi benefiċjarji: L-agrikoltura
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
(1) |
Forma tal-għajnuna: Għajnuna għall-ħlas tal-imgħax fuq self għad-diżastri Awtorità: Agencja Restrukturyzacji i Modernizacji Rolnictwa Indirizz:
|
|
(2) |
Forma tal-għajnuna: Tnaqqis u eżenzjonijiet mill-ħlas tal-kontributi tas-sigurtà soċjali u l-irranġar tal-kontijiet tal-arretrati marbutin magħhom fil-forma ta’ differiment tad-dati ta’ skadenza għall-ħlas tal-kontributi jew ta’ tqassim tal-ħlasijiet fi ħlasijiet bin-nifs faċli; it-tħassir sħiħ jew b’mod parzjali tal-kontributi. Awtorità: Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego Indirizz:
|
|
(3) |
Forma tal-għajnuna: Id-differiment u t-tqassim tal-ħlasijiet fi ħlasijiet bin-nifs skont ftehimiet tal-bejgħ u tal-kera taz-ZWRSP (l-istokk tal-proprjetà agrikola tat-Teżor tal-Istat) mingħajr ma jiġu applikati ħlasijiet u imgħax għal kemm idum id-differiment u t-tnaqqis, u t-tħassir tal-ħlasijiet bin-nifs tal-ħlas tal-kera skont il-ftehimiet tal-kera. Awtorità: Agencja Nieruchomości Rolnych Indirizz:
|
|
(4) |
Forma tal-għajnuna: Eżenzjoni mit-taxxa agrikola. Awtorità: Is-sindku tal-muniċipalità jew tal-belt Indirizz: Dan ivarja skont fejn tinsab l-art. |
|
(5) |
Forma tal-għajnuna: Għajnuna soċjali fil-forma ta’ ħlas immirat ta’ darba biss. Awtorità: Iċ-ċentri tal-għajnuna soċjali. Indirizz: Dan ivarja skont fejn joqgħod il-bidwi. |
Indirizz tal- Internet: http://www.minrol.gov.pl/, fit-taqsima “Pomoc dla rodzin rolniczych, w których gospodarstwach rolnych i działach specjalnych produkcji rolnej powstały szkody spowodowane przez powódź w 2009 r.”
Informazzjoni oħra: —