|
23.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 315/26 |
Pubblikazzjoni ta' talba għall-kanċellazzjoni skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2009/C 315/10
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni għat-talba għall-kanċellazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
TALBA GĦALL-KANĊELLAZZJONI
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
Talba għall-kanċellazzjoni skont l-Artikolu 12(2)
“GÖGGINGER BIER”
Nru tal-KE: DE-PGI-117-1237-27.05.2008
IĠP ( X ) DPO ( )
1. L-isem irreġistrat li qed jintalab li jiġi kkanċellat:
“Gögginger Bier”
2. L-Istat Membru jew il-Pajjiż terz:
Il-Ġermanja
3. It-tip ta’ prodott:
|
Klassi 2.1 |
Birra |
4. Il-persuna jew l-Entità li qed tapplika:
|
L-isem |
: |
Brauerei Ott GmbH & Co. KG |
|||
|
L-indirizz |
: |
|
In-natura tal-interess leġittimu biex wieħed jagħmel it-talba:
L-entità li għamlet it-talba hija s-suċċessur legali tal-applikant preċedenti, imsemmi hawn taħt, li kien l-utent tal-indikazzjoni ġeografika “Gögginger Bier”, u għalhekk, għandha interess leġittimu f'din it-talba għall-kanċellazzjoni.
5. Ir-raġunijiet għall-kanċellazzjoni:
Il-kumpanija Schussenrieder Bierbrauerei Ott xtrat il-birrerija Brauerei Adler, li qabel kienet tinsab fiż-żona ġeografika ta' Krauchenwies-Göggingen, u ttrasferiet il-produzzjoni għal Bad Schussenried. Mhux previst li l-produzzjoni terġa’ tibda ssir fi Krauchenwies-Göggingen. Għalhekk, il-prodotti tal-kumpanija Schussenrieder Bierbrauerei Ott ma għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni tal-IĠP għall-“Gögginger Bier”. Permezz ta’ ittra tas-26 ta' Settembru 2007, l-uffiċċju tal-gvern reġjonali ta' Karlsruhe (ir-Regierungspräsidium Karlsruhe), bħala l-awtorità kompetenti ta’ kontroll, ikkonferma li l-birrerija Brauerei Adler kienet l-unika birrerija tal-post fiż-żona ġeografika ta' Krauchenwies-Göggingen u li għaldaqstant jista' jitqies li ma hemm l-ebda produttur potenzjali ieħor li jista' jkollu interess li juża din l-indikazzjoni ġeografika protetta.
Għalhekk, f'dawn iċ-ċirkustanzi, jidher li ma hemmx interessi leġittimi minn partijiet terzi biex joġġezzjonaw għall-kanċellazzjoni ta’ din l-indikazzjoni ġeografika protetta.