16.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 305/27 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti
2009/C 305/10
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed joġġezzjona għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦAL REĠISTRAZZJONI TA’ SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GGARANTITA (STG)
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 509/2006
“OVČÍ SALAŠNÍCKY ÚDENÝ SYR”
Nru tal-KE: SK-TSG-0007-0045-20.10.2006
1. Isem u indirizz tal-grupp applikant:
Isem: |
Družstvo – „Cech výrobcov ovčieho syra v Turci“ |
||||
Indirizz: |
|
||||
Nru tat-telefown |
+421 4343085213 |
||||
Nru tal-feks |
+421 434308523 |
||||
Indirizz tal-posta elettronika: |
tas_sro@stonline.sk |
2. Stat Membru jew pajjiż terz:
Ir-Repubblika Slovakka
3. Speċifikazzjoni tal-prodott:
3.1. L-isem jew l-ismijiet li għandhom jiġu rreġistrati:
“Ovčí salašnícky údený syr”
3.2. Indika jekk l-isem:
|
hux speċifiku fih innifsu |
|
jesprimix in-natura speċifika tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel |
In-natura speċifika tal-prodott ġejja min-natura tal-materja prima użata, jiġifieri mill-ħalib tan-nagħaġ mhux ipproċessat li jintuża, mill-metodu tradizzjonali tal-ipproċessar fl-għarajjex tar-rgħajja, u mill-affumikar. Il-kelma “salašnícky”, użata f’isem il-ġobon, tesprimi n-natura speċifika tal-prodott u ġejja mill-kelma “salaš”, li tirreferi għall-għarix tar-ragħaj fejn isir il-ġobon, u b’hekk hija marbuta wkoll mal-post tal-produzzjoni.
3.3. Indika jekk l-isem hux qed jiġi rriżervat skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006:
|
Reġistrazzjoni flimkien mar-riżerva tal-isem |
|
Reġistrazzjoni mingħajr ir-riżerva tal-isem |
3.4. Tip ta’ prodott:
1.3 |
Ġobon |
3.5. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 3.1:
Il-ġobon “Ovčí salašnícky údený syr” isir mill-ħalib frisk tan-nagħaġ, li jiġi pproċessat fl-għarajjex tar-rgħajja, jiġi affumikat u ħafna drabi jingħata sura speċifika (per eż. sura ta’ qalb, ta’ srejdek jew ta’ annimal ieħor, jew ta’ nofs globu).
|
Il-karatteristiċi fiżiċi:
|
|
Il-karatteristiċi kimiċi:
|
|
Il-kriterji mikrobijoloġiċi: Il-ġobon fih għadd ta’ mikro-organiżmi, fosthom b’mod partikulari: Mikro-organiżmi aċidoġeniċi – il-batterji Streptococcus lactis, Leuconostoc mesenteroides, Lactobacillus casei, u Lactobacillus plantarum, ħmejjer u moffa – Torulopsis candida, Geotrichum candidum, Geotrichum casei. |
|
Il-karatteristiċi organolettiċi:
|
3.6. Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 3.1:
|
Il-ġbir tal-ħalib tan-nagħaġ:
|
|
L-ipproċessar tal-ħalib biex isir ġobon – il-produzzjoni tal-ġobon “ovčí salašnícky údený syr”:
|
3.7. In-natura speċifika tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
1. |
Dan il-prodott ilu jsir għal għexieren ta’ snin, u saħansitra għal sekli sħaħ, u l-ġobon kien jiġi affumikat sabiex jibqa’ tajjeb sax-xitwa, meta ma kien isir l-ebda ġobon. |
2. |
In-natura speċifika tal-prodott ġejja mill-kwalità tal-ħalib li jintuża, li hu prodott fiż-żoni tal-muntanji u f’dawk ta’ madwarhom (ir-rigħi tan-nagħaġ fil-mergħat li jinsabu fil-muntanji u fiż-żoni ta’ madwarhom, u l-għalf miksub mill-mergħat fiż-żoni tal-muntanji u f’dawk ta’ madwarhom). |
3. |
Il-prodott għandu riħa u togħma partikulari (riħa ta’ duħħan u togħma li mhix qawwija żżejjed u li hi kważi tikka qarsa). |
4. |
Il-prodott isir bl-idejn, bl-użu ta’ metodi tradizzjonali (l-ipproċessar tal-baqta bl-idejn). |
5. |
Matul il-proċess tal-produzzjoni jintużaw diversi forom (xi wħud tal-injam) sabiex il-ġobon jingħata sura partikulari (sura ta’ qalb, ta’ srejdek jew ta’ annimal ieħor, jew ta’ nofs globu). B’hekk, il-prodott aħħari jkollu sura partikulari. |
6. |
Il-prodott ma jsirx b’mod industrijali, iżda jsir fl-għarajjex tar-rgħajja (imsejħin “salaš”), u wieħed jista’ juża wkoll apparat, strumenti u tagħmir tal-injam (per eż. reċipjent tal-injam (imsejjaħ “putera”), “mixers” tal-injam u forom tal-injam). |
7. |
Il-prodott jgħaddi minn proċess t’affumikar li fih jintuża d-duħħan mill-ħruq tal-injam iebes tas-siġar li fix-xitwa jwaqqgħu l-weraq. |
3.8. In-natura tradizzjonali tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
Il-kelma “salašnícky”, li hi parti mill-isem tal-ġobon, ġejja mill-kelma għas-sit tradizzjonali tal-produzzjoni tiegħu, li hija l-għarix tar-ragħaj (imsejjaħ “salaš”). In-natura tradizzjonali tiegħu ġejja mill-kompożizzjoni, mill-metodu tal-produzzjoni u mill-ipproċessar tradizzjonali tiegħu.
Kif qal P. Huba fil-ktieb tiegħu “Zázrivá”, it-trobbija tan-nagħaġ fuq skala żgħira fil-muntanji f’Zázrivá kienet iffukata fuq il-produzzjoni tal-ħalib tan-nagħaġ, li minn dejjem kien ikun ipproċessat f’dar ir-ragħaj (imsejħa “salaš”), li fiha l-ġobon f’forma ta’ boċċa magħmul mill-ħalib tan-nagħaġ kien jingħata bħala speċjalità lin-nies li jkunu qed iżuru lir-ragħaj (Martin: Osveta 1998).
Il-ġobon tradizzjonali tat-tip “ovčí hrudkový syr salašnícky” kien isir mill-ħalib frisk tan-nagħaġ billi jitbaqqat f’reċipjent (imsejjaħ “putera”) permezz tal-użu ta’ tames naturali (imsejjaħ “kľag”) f’temperatura medja ta’ 32 °Ċ għal bejn għaxar minuti u nofs siegħa. Il-ħalib imbaqqat l-ewwel kien jitħawwad, imbagħad jitħalla joqgħod, u fl-aħħar il-baqta kienet titpoġġa f’biċċa tal-ġobon u tingħafas sa ma tieħu s-sura ta’ boċċa kumpatta. Il-biċċa tal-ġobon mimlija baqta kienet tiddendel ma’ bitta, u titħalla hemm sabiex joqtor minnha x-xorrox.
Wara li jkun qotor, il-ġobon f’forma ta’ boċċa kien jitneħħa mill-biċċa u jitqiegħed rasu ’l isfel fuq xkaffa tal-injam (imsejħa “podišiar”), fejn kien jitħalla għal diversi jiem sabiex jinxef u jimmatura. Ladarba kien ikun immatura, il-ġobon f’forma ta’ boċċa kien jittieħed mill-għarix tar-ragħaj għal ġod-djar tan-nies li kellhom in-nagħaġ (Podolák Ján: Slovenský národopis 25, 1977).
Fis-seklu għoxrin, il-produzzjoni tal-ġobon tat-tip “ovčí hrudkový syr salašnícky” u tat-tip “ovčí salašnícky údený syr” infirxet madwar iż-żoni muntanjużi tas-Slovakkja fejn kienu jitkabbru n-nagħaġ.
Il-ġobon f’forma ta’ boċċa magħmul mill-ħalib tan-nagħaġ kien wieħed mill-prodotti tal-ħalib tat-trobbija tradizzjonali tan-nagħaġ fil-Prinċipalità preċedenti tal-Wallachia, u l-produzzjoni tiegħu kienet ir-raġuni prinċipali għala kienu jitrabbew in-nagħaġ fir-reġjuni muntanjużi tas-Slovakkja. Bħala speċjalità tal-ikel, dan il-prodott kien jintuża frisk (immerraq – ħelu) jew iffermentat jew imnixxef, jew inkella ppriżervat permezz tal-proċess tal-affumikar, jiġifieri affumikat (Podolák Ján: Slovenský národopis 25, 1977).
F’artiklu msejjaħ “Z histórie Ovčieho mliekárstva na Slovensku”, il-kittieb Prokop kiteb dan li ġej: “Il-kultura tal-Prinċipalità preċedenti tal-Wallachia għadha tinżamm ħajja f’dawn ir-reġjuni permezz tas-sengħa tat-tinqix li għandhom ir-rgħajja tagħna; l-influwenzi tagħha għadna nistgħu narawhom fil-bwieqi minquxin b’mod skwiżit (imsejħa “črpáky”) li jużaw ir-rgħajja u fil-forom (ta’ qlub, papri, eċċ.) li jintużaw għall-ġobon tat-tip “oštiepok” u fi prodotti simili.” (Čítanie o správnej výžive 1970, Slovenská spoločnosť pre racionálnu výživu, Bratislava, 1969). Għall-ġobon tat-tip “ovčí salašnícky údený syr” jintużaw il-forom ta’ qalb jew ta’ papra.
Dr Ján Balko, il-kittieb tal-ktieb “Bryndziarsky priemysel na Slovensku”, li nħareġ minn Osveta fl-1968, kiteb dan li ġej: “M’hemm l-ebda provi eżatti li juru min għamel l-ewwel ġobon f’forma ta’ boċċa magħmul mill-ħalib tan-nagħaġ hawnhekk, jew li juru meta sar dan. Madanakollu, hemm biżżejjed raġunijiet biex inkunu nistgħu nassumu li dan ilu li seħħ ħafna sekli, minħabba li sal-1914, it-trobbija tan-nagħaġ għall-ħalib ma kinetx tvarja wisq mill-prattiki tal-biedja li kienu jeżistu fiż-żmien meta l-popli ċċaqalqu minn post għall-ieħor.”
F’parti mill-ktieb “Druhy najznámejších slovenských syrov” insibu dan li ġej: “L-ispeċjalitajiet tagħna tal-ġobon magħmul mill-ħalib tan-nagħaġ huma magħrufin sew hawnhekk u f’artijiet barranin, u fost dawn l-ispeċjalitajiet hemm il-ġobon tat-tip ‘ovčí salašnícky údený syr’” (1992).
L-isem u l-metodu tradizzjonali tal-produzzjoni tal-ġobon tat-tip “ovčí hrudkový syr salašnícky” u tat-tip “ovčí salašnícky údený syr” intużaw ukoll minn rgħajja mill-muniċipalità ta’ Priechod li fis-snin Sittin u Sebgħin kienu jaħdmu fl-għarajjex tar-rgħajja fir-reġjun tat-Turiec (Lamper u Ivanič, rgħajja minn Priechod).
Is-Sur Jasenský, ragħaj minn Dolné Jaseno, jgħid li l-ġobon tat-tip “Ovčí hrudkový syr – salašnícky” u tat-tip “ovčí salašnícky údený syr” ilu jsir minn żmien żemżem, imma dejjem f’ammonti żgħar biss, u jgħid li kien jintuża għall-konsum dirett fl-għarajjex tar-rgħajja u li kien, u għadu, jinbiegħ lin-nies li jżuru l-għarajjex tar-rgħajja. Jasenský igħid li dawn huma speċjalitajiet tradizzjonali li jgawduhom in-nies Slovakki li joqogħdu fir-reġjuni tal-muntanji u fiż-żoni ta’ madwarhom (Prehlásenie pána Jasenského, 1999).
3.9. Ir-rekwiżiti minimi u l-proċeduri sabiex tkun ivverifikata n-natura speċifika:
Il-verifiki jsiru għall-karatteristiċi li ġejjin:
— |
il-materja prima użata – ħalib frisk mhux ipproċessat maħlub minn nagħaġ li jkunu fil-mergħat u minn nagħaġ li jingħalfu b’għalf miksub mill-mergħat li jinsabu fiż-żoni tal-muntanji u f’dawk ta’ madwarhom. Il-verifiki jsiru b’mod viżwali waqt li jkunu qed jinħalbu n-nagħaġ u abbażi tar-reġistri dwar dan il-proċess; |
— |
il-produzzjoni fl-għarajjex tar-rgħajja u l-produzzjoni skont l-istaġun (minn April sa Settembru); |
— |
it-temperatura tal-ħalib qabel ma jitbaqqat matul il-proċess teknoloġiku, u l-ipproċessar tal-baqta bl-idejn. Is-sura tal-ġobon għandha tiġi vverifikata b’mod viżwali wara li tkun ġiet iffurmata l-boċċa. It-temperatura tal-kamra fiż-żona tal-ħżin għandha tkun immonitorjata matul il-proċess tal-fermentazzjoni. Il-verifiki jitwettqu abbażi tar-reġistri tat-temperatura ta’ matul il-proċess tal-fermentazzjoni; |
— |
l-użu tal-injam iebes tas-siġar li fix-xitwa jwaqqgħu l-weraq għall-proċess tal-affumikar (tal-fagu, tal-ballut, eċċ.). Il-verifiki jitwettqu abbażi tar-reġistri tal-proċess tal-affumikar; |
— |
l-elementi fiżiċi tal-prodott aħħari: is-sura u l-piż tiegħu. Il-verifiki jitwettqu b’mod viżwali u billi jintiżen il-prodott; |
— |
l-elementi kimiċi tal-prodott aħħari: il-kontenut tal-materja niexfa, il-kontenut tax-xaħam fil-materja niexfa u l-kontenut tal-klorur tas-sodju (NaCl). Il-valuri tagħhom għandhom jaqblu ma’ dawk mogħtija fil-punt 3.5 tal-ispeċifikazzjoni. Il-verifiki jitwettqu permezz t’analiżi fil-laboratorju; |
— |
il-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott aħħari: id-dehra minn barra u meta jinqasam b’mod trasversali, lewn il-ġobon minn barra u meta jinqasam b’mod trasversali, ir-riħa u t-togħma, u l-konsistenza tiegħu. Il-karatteristiċi organolettiċi jiġu vverifikati wara li jitlesta l-proċess teknoloġiku biex isir il-ġobon. Il-verifiki jitwettqu permezz ta’ analiżi sensorja tal-prodott aħħari; |
— |
l-użu tal-għodod, li huwa suġġett għall-approvazzjoni tal-amministrazzjoni tal-għarix tar-ragħaj (l-apparat u t-tagħmir tal-injam). |
Il-verifiki mill-awtorità jew mill-korp li jivverifika l-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jitwettqu darba f’sena.
3.10. L-awtoritajiet jew l-entitajiet li jivverifikaw il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott:
—
3.11. Isem u indirizz:
Isem: |
Štátna veterinárna a potravinová správa SR |
|||
Indirizz: |
|
|||
Nru tat-telefown: |
+421 260257427 |
|||
Indirizz tal-posta elettronika: |
buchlerova@svssr.sk |
Awtorità pubblika Awtorità privata
3.12. Il-ħidmiet speċifiċi tal-awtorità jew tal-entità:
L-entità ta’ spezzjoni msemmija hawn fuq hija responsabbli għall-monitoraġġ tal-ispeċifikazzjoni kollha.
4. Annessi:
—