|
8.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298/15 |
Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5; ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11; ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14; ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14; ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12; ĠU C 331, 21.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15; ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2)
2009/C 298/06
Il-pubblikazzjoni tal-lista tal-permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għal oħra tal-fruntiera (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.
Flimkien mal-pubblikazzjoni f'il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit tal-internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà.
L-IŻVIZZERA
Emenda għal-lista ppubblikata fil-ĠU C 331, 31.12.2008
Għandhom jiżdiedu t-tipi ta' permessi ta' residenza li ġejjin:
|
— |
Titre de séjour L pour les ressortissants de pays tiers Aufenthaltstitel L für ruler Drittstaatsangehörige Permesso di soggiorno L per i cittadini di paesi terzi (awtorizzazzjoni għal soġġorn qasir; permess L, f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002) |
|
— |
Titre de séjour B pour les ressortissants de pays tiers Aufenthaltstitel B für Dritttaatsangehörige Permesso di soggiorno B per i cittadini di paesi terzi (awtorizzazzjoni tar-residenza; permess B, f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002) |
|
— |
Titre de séjour C pour les ressortissants de pays tiers Aufenthaltstitel C für Drittstaatsangehörige Permesso di soggiorno C per i cittadini di paesi terzi (awtorizzazzjoni għal soġġorn mingħajr limitu; permess C, f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002) |
|
— |
Liste des participants aux voyages scolaires au sein de l'Union européenne (UE) et de l'Association européenne de libre-échange (AELE) Liste der Teilnehmer von Schulreisen innerhalb der Europäischen Union (EU) und Europäische Freihandelsassoziation (EFTA) Lista di partecipanti a viaggi scolastici entro l'Unione europea (UE) e l'Associazione europea di libero scambio (AELS) Lista tal-persuni li qed jipparteċipaw fi vjaġġ skolastiku fi ħdan l-Unjoni Ewropea (UE) u l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) |