26.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 201/10


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat ill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2009/C 201/08

Għajnuna Nru: XA 128/09

Stat Membru: Franza

Reġjun: Département des Yvelines

Titlu tal-iskema tal-għajnuna: Programme d’aides en assistance technique dans les exploitations agricoles

Bażi legali:

L-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006,

L-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006,

Article L 1511-2 à L 1511-5 du Code général des collectivités territoriales,

Délibération du Conseil général,

Convention entre la Chambre Interdépartementale de l’Agriculture d’Ile-de-France, l’Etat et le Conseil Général des Yvelines du 25 avril 2002 et son avenant du 20 juillet 2006.

Infiq annwali ppjanat skont l-iskema ta' għajnuniet: EUR 20 000 fis-sena

Intensità massima tal-għajnuna: 40 % tal-ammont tal-istudju, sussidju b’limitu ta’ EUR 3 700.

Data ta' l-implimentazzjoni: Mill-pubblikazzjoni tal-eżenzjoni fuq is-sit tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-iskema ta' għajnuna: Sal-31 ta' Diċembru 2013

L-għan tal-għajnuna: Din l-iskema ta' għajnuna, li taqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2006, hija maħsuba biex tipprovdi għajnuna teknika għall-bdiew tal-Yvelines..

L-isudji jew l-għajnuna teknika fl-oqsma li ġejjin huma kkonċernati:

preżervazzjoni jew it-titjib tal-kwalità tal-ambjent (ilma, arja, art),

modernizzar tal-agrikoltura speċjalizzata,

diversifikazzjoni u valorizzazzjoni tal-prodotti reġjonali.

Dawn l-istudji u servizzi ta’ konsulenza provduti minn partijiet terzi mhumiex ta’ natura kontinwa jew perjodika u mhumiex konnessi ma' l-infiq normali tal-ħidma ta' l-impriża. Jistgħu jkunu ta’ natura differenti:

studji dwar is-suq, ta' natura ġuridika jew ta' fattibbiltà;

studji dwar l-istandards ((ISO, HACCP, referenzajli, …);

studji ta’ fattibbiltà (analiżi strateġika dwar proġett partikolari, studju minn qabel dwar proġett …).

Huma esklużi t-tariffi marbuta mal-istruzzjonijiet tal-permess tal-bini.

F’konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006, tal-15 ta’ Diċembru 2006, l-għajnuniet mhumiex se jiġu ttrasferiti direttament lill-bdiew benefiċjarji tas-servizzi ta’ għajnuna teknika.

Settur(i) konċernat(i): L-istabbilimenti agrikoli kollha li l-attività tagħhom issir fuq it-territorju tad-département des Yvelines.

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli:

Monsieur le président du Conseil général des Yvelines

Hôtel du département

2 place André Mignot

78012 Versailles Cedex

FRANCE

L-indirizz tas-sit tal-internet: http://www.yvelines.fr/yvelines_eco/documents/aide_assist_tech_exploit_agri.pdf

Tagħrif ieħor: —