15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/15


Silta mid-deċiżjoni dwar il-miżuri ta' riorganizzazzjoni applikati għall-Banco Privado Português, S.A. skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (Direttiva 2001/24/KE)

2009/C 192/04

Pubblikazzjoni provduta fl-Artikolu 6 ta' dik id-Direttiva u fl-Artikolu 18 tad-Digriet-Liġi Nru 199/2006 tal-25 ta' Ottubru 2006

Il-Bank tal-Portugall, l-awtorità amministrattiva kompetenti għal finijiet ta' riorganizzazzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, fit-tifsira tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/24/KE, filwaqt li jikkunsidra li l-Banco Privado Português, S.A. kien ordnat biex janalizza u jfassal mill-ġdid il-pjan ta' riorganizzazzjoni li kien tressaq qabel, u li l-bank għandu jingħata iktar żmien biex jagħmel dan, iddeċieda fis-26 ta' Mejju 2009, skont l-Artikolu 3 ta' dik id-Direttiva u l-Artikolu 145(1)(b) u (3) tar-Regime Geral das Instituições de Crédito e Sociedades Financeiras (Regoli Ġenerali tal-Istituzzjonjiet ta' Kreditu u Kumpaniji Finanzjarji), approvat mid-Digriet-Liġi Nru 298/92 tal-31 ta' Diċembru 1992 (u emendat b'atti sussegwenti), li l-eżenzjoni sabiex jiġu onorati immedjatament l-obbligi miftiehma minn qabel mill-Banco Privado Português, S.A. tiġi estiża sal-1 ta' Settembru 2009. Din l-eżenzjoni għandha tintuża safejn ikun meħtieġ biex il-bank jigi ristrutturat u riorganizzat, bla ħsara għall-infiq meħtieġ għall-amministrazzjoni ta' kuljum.

Jista' jitressaq appell kontra d-deċiżjoni ta' hawn fuq billi tinbeda proċedura amministrattiva kontriha fi żmien 90 jum min-notifika jew mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż quddiem il-Qorti Amministrattiva ta' Liżbona, Rua Filipe Folque, n.o 12-A, 1.o, Liżbona.

Is-Segretarju tal-Bordijiet

Paulo Ernesto CARVALHO AMORIM