8.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/28


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-ikel

2009/C 186/12

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

SOMMARJU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“ALUBIA DE LA BAÑEZA-LEÓN”

Nru tal-KE: ES-PGI-0005-0492-06.09.2005

DPO ( ) IĠP ( X )

Dan is-sommarju jippreżenta l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal finijiet ta’ informazzjoni biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Subdirecc. general de calidad diferenciada y agric. ecológica, dirección general de industria y mercados alimentarios, secretaría general de medio rural, ministerio de medio ambiente y medio rural y marino

Indirizz:

Paseo Infanta Isabel, 1

28071 Madrid

ESPAÑA

Tel.

+34 913475394

Feks

+34 913475410

Posta elettronika:

sgcaproagro@mapya.es

2.   Grupp:

Isem:

Promotora Pro-IGP Alubia de León

Indirizz:

Plaza San Marcos, 6

1o (Cámara Agraria)

24002 León

ESPAÑA

Tel.

+34 987226140

Feks

+34 987272840

Posta elettronika:

agraria@camaraleon.e.telefonica.net

Komposta minn:

Produtturi/proċessuri ( X ) Oħrajn ( )

3.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.6:

Legumi

4.   Speċifikazzjonijiet:

(sinteżi tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem il-prodott:

“Alubia de La Bañeza-León”

4.2.   Deskrizzjoni:

Il-prodott kopert jikkonsisti f'żerriegħa niexfa u separata f'miżwed tal-ful (Phaseolus vulgaris L., subspeċi Papilionaceae, legumi, biż-żrieragħ għall-konsum uman) tal-varjetajiet lokali Canela, Plancheta, Riñón menudo u Pinta.

Il-karatteristiċi taż-żrieragħ ta' dawn il-varjetajiet, differenti sew bejniethom, huma:

 

Morfoloġiċi, tal-prodott niexef:

Il-Canela jkollha forma ta' kilwa żgħira tawwalija, kulur il-kannella uniformi, u l-piż ta' 100 żerriegħa jkun bejn 50 u 62 gramm,

Il-Plancheta jkollha forma ovali, kulur abjad uniformi, u l-piż ta' 100 żerriegħa jkun bejn 44 u 52 gramm,

Il-Pinta jkollha forma ttondjata, kulur abjad bi dbabar ħomor skuri, u l-piż ta' 100 żerriegħa jkun bejn 51 u 67 gramm,

Il-Riñón Menudo jkollha forma ta' kilwa ovali, kulur abjad bil-vina, u l-piż ta' 100 żerriegħa jkun bejn 41 u 57 gramm.

 

Fiżiċi-kimiċi, tal-prodott niexef:

L-assorbiment tal-ilma distillat b'temperatura bejn 10 u 15 °C matul 10 sigħat, ikun iktar minn 100 %.

 

Organolettiċi:

Canela: Mas-sajran tibqa' sħiħa fil-biċċa l-kbira tagħha, b'ġilda lixxa u kemm kemm iebsa, albumina ratba ħafna kemm kemm kremuża, kemxejn imrammla u tixbah sa ċertu punt il-konsistenza tad-dqiq,

Plancheta: Mas-sajran tibqa' sħiħa fil-biċċa l-kbira, ġilda lixxa ratba ħafna, albumina ratba ħafna, kremuża ħafna, kemxejn imrammla u għandha ftit mid-dqiq,

Pinta: Mas-sajran tibqa' sħiħa, ġilda lixxa ratba, albumina ratba ħafna, kremuża, ftit li xejn imrammla u tixbah sa ċertu punt il-konsistenza tad-dqiq,

Riñón menudo: Iż-żerriegħa misjura ġeneralment tibqa' sħiħa, ġilda lixxa ħafna u pjuttost iebsa, albumina ratba pjuttost kremuża, kemxejn imrammla u tixbah sa ċertu punt il-konsistenza tad-dqiq.

Il-fażola niexfa tappartjeni għall-kategorija kummerċjali Extra, kif deskritta fl-Orden tas-16 ta' Novembru 1983 li tapprova l-istandards ta' kwalità għal ċerti legumi niexfa (BOE no 275, tas-17 ta' Novembru 1983) jew id-dispożizzjonijiet li jissostitiwuh, titpoġġa f'vażetti bil-polietilene, drapp jew karta u tkun ippreservata f'kundizzjonijiet ambjentali normali.

4.3.   Żona ġeografika:

Iż-żona ta' produzzjoni agrikola, ta' 5 456 kilometru kwadru, jinsabu f'98 muniċipalità tal-provinċja ta' León u jagħmlu mar-reġjuni agrarji ta' Astorga, El Páramo, Esla-Campos, La Bañeza, La Cabrera u Tierras de León, kif ukoll 20 muniċipalità tar-reġjun ta' Benavente-Los Valles, fil-provinċja ta' Zamora, li tmiss ma' dik imsemmija qabel.

Tinkludi l-muniċipalitajiet li ġejjin, miġbura fi gruppi ta' provinċji u reġjuni agrarji:

 

Provincia de León:

 

Comarca de Astorga: Astorga, Benavides, Brazuelo, Carrizo, Hospital de Órbigo, Las Omañas, Llamas de la Ribera, Magaz de Cepeda, Mancomunidad de Quintana del Castillo u Villagatón, Quintana del Castillo, San Justo de la Vega, Santa Colomba de Somoza, Santiago Millas, Turcia, Val de San Lorenzo, Valderrey, Villagatón, Villamejil, Villaobispo, Villarejo de Órbigo u Villares de Órbigo.

 

Comarca El Páramo: Ardón, Bercianos del Páramo, Bustillo del Páramo, Chozas de Abajo, La Antigua, Laguna Dalga, Laguna de Negrillos, Pobladura de Pelayo García, Pozuelo del Páramo, Roperuelos del Páramo, San Adrián del Valle, San Pedro Bercianos, Santa María del Páramo, Santa Marina del Rey, Urdiales del Páramo, Valdefuentes del Páramo, Valdevimbre, Villadangos del Páramo, Villazala u Zotes del Páramo.

 

Comarca Esla-Campos: Algadefe, Cabreros del Río, Campo de Villavidel, Cimanes de la Vega, Corbillos de los Oteros, Cubillas de los Oteros, Fresno de la Vega, Mansilla de las Mulas, Mansilla Mayor, Onzonilla, San Millán de los Caballeros, Santas Martas, Toral de los Guzmanes, Valencia de Don Juan, Vega de Infanzones, Villademor de la Vega, Villamañán, Villamandos, Villanueva de las Manzanas, Villaornate y Castro, Villaquejida, Villasabariego u Villaturiel.

 

Comarca de La Bañeza: Alija del Infantado, Castrillo de la Valduerna, Castrocalbón, Cebrones del Río, Comunidad de Riego de la Vega y Villamontán de la Valduerna, Comunidad de Soto de la Vega y Villazala, Destriana, La Bañeza, Palacios de la Valduerna, Quintana del Marco, Quintana u Congosto, Regueras de Arriba, Riego de la Vega, San Cristobal de la Polantera, San Esteban de Nogales, Santa Elena de Jamuz, Santa María de la Isla, Soto de la Vega u Villamontán de la Valduerna.

 

Comarca de La Cabrera: Castrocontrigo u Luyego:

Provincia Tierras de León Cimanes del Tejar, Gradefes, León, San Andrés del Rabanedo, Santa Colomba de Curueño, Santa María de Ordás, Santovenia de la Valdoncina, Sariegos, Valdefresno, Valdepolo, Valverde de la Virgen, Vegas del Condado, u Villaquilambre.

 

Provincia de Zamora:

Comarca de Benavente u los Valles: Alcubilla de Nogales, Arcos de la Polvorosa, Arrabalde, Benavente, Castrogonzalo (sólo al Oeste del río Esla), Coomonte, Fresno de la Polvorosa, La Torre del Valle, Maire de Castroponce, Manganeses de la Polvorosa, Matilla de Arzón, Morales de Rey, Pobladura del Valle, San Cristóbal de Entreviñas, Santa Colomba de las Monjas, Santa Cristina de la Polvorosa, Santa María de la Vega, Villabrázaro, Villaferrueña u Villanueva de Azoague (in-naħa tal-punent tax-xmara Esla biss).

4.4.   Prova tal-oriġini:

Il-Consejo Regulador (l-organu ta’ spezzjoni) iwettaq il-funzjonijiet ta' sorveljanza u kontroll tal-produzzjoni, il-ħżin, l-ippreservar f'kontenituri u l-kwalità tal-fażola, biex jiżgura li hija skont l-ispeċifikazzjonijiet. Il-fażola tiġi minn biċċiet tar-raba' li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni agrikola, imniżżlin fir-reġistru tal-artijiet tal-Consejo Regulador. Il-fażola tiġi pproċessata biss fl-imħażen u l-azjendi tal-imballaġġ li jkunu mniżżlin minn qabel fir-reġistri tal-Consejo Regulador. Il-biċċiet tar-raba', l-imħażen u l-industriji għandhom ikunu soġġetti għal spezzjoni inizjali qabel ma jiġu rreġistrati, kif ukoll għal evalwazzjonijiet regolari sabiex jibqgħu mniżżla fir-reġistru. Waqt it-trasport mingħand l-agrikultur, għall-imħażen u l-azjendi rreġistrati, il-prodott irid ikollu miegħu d-dokumenti ta' ċirkolazzjoni mibgħuta minn qabel mill-Consejo Regulador. Il-fażola li tgħaddi mill-kontrolli kollha biss toħroġ fis-suq bil-garanzija ta' origini ċertifikata bit-tikketta tal-Consejo Regulador. In-numru ta' tikketti oħra maħruġa mill-Consejo Regulador għall-azjendi tal-imballaġġ u tal-ipproċessar se jkun skont il-kwantitajiet tal-fażola u l-kapaċitajiet tal-kontenituri.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni:

Fil-biċċiet tar-raba': Ir-raba' jrid ikun tas-saqwi jew tal-bagħli frisk ħafna. Il-kultivazzjoni tal-fażola għandu jkollha newba kull sentejn bħala massimu. Iż-żrieragħ iridu jkunu ħielsa minn kull “xaħam” u jingħataw trattament kontra l-parassiti, kollox taħt il-kontroll tal-Consejo Regulador. Iż-żrigħ isir fir-Rebbiegħa b'densità sa 190 000 pjanta kull ettaru. Il-ġbir tal-fażola jsir fix-xhur ta' Awwissu, Settembru u Ottubru, meta ż-żerriegħa tilħaq id-daqs matur tal-fiżjoloġija tagħha.

Fl-imħażen: Il-ħżin jista' jsir kemm mill-agrikulturi kif ukoll mill-bqija tal-operaturi filwaqt li jiġi evitat it-taħlit ta' fażola differenti li jkunu miġburin f'lottijiet għalihom u fiżikament separati minn xulxin.

L-imħażen iridu jikkonformaw mar-regolamentazzjoni teknika u sanitarja fis-seħħ.

Fl-azjendi tal-imballaġġ:

Il-fażola tgħaddi minn proċedura ta' kontroll ta' kwalità tal-materja prima, titqassam indaqs f'lottijiet differenti, isir it-tindif tal-bidu, it-trattament kontra l-parassiti, tiġi mgħarbula u kklassifikata, titneħħa l-fażola diffettuża u titqiegħed f'kontenituri permezz ta' dożaturi. Imbaghad isir il-kontroll ta' kwalità tal-aħħar u l-ittikkettar li jinkludi it-tqegħid ta' tikketta oħra li tidentifikahom u li tkun maħruġa mill-Consejo Regulador.

4.6.   Rabta:

Reputazzjoni

Sa mis-sena 1570, fis-swieq famużi ta' Medina del Campo, kien hemm kummerċ tal-fażola Alubias de La Bañeza, miġjuba esklussivament mill-ħaddiema tar-reġjun.

Fi stħarriġ li kien sar fl-1752 imsejjaħ Catastro de Ensenada, hemm referenza li f'La Bañeza kien ikun hemm suq kull nhar ta' Sibt matul is-sena u jikkwota l-fażola bħala waħda mill-prodotti li kienu jinbigħu.

Id-“Diccionario geográfico, estadístico e histórico de España y sus posesiones de ultramar (1846-1850)”, (Dizzjunarju ġeografiku, statistiku u storiku ta' Spanja u l-proprjetà tagħha 'l barra minn xtutha (1846-1850)) ta' Pascual Madoz jagħti dan it-tagħrif dwar il-kultivazzjoni tal-ful fil-provinċja ta' León skont iċ-ċensiment tal-1799: “ir-reġjun għandu produzzjoni ta' 2 102 fanegas (kontenitur li jesa' 126 120 kg) ta' fażola, li jiswew 63 060 reales”. Jagħti wkoll ċifri tal-konsum fil-belt ta' León għal perjodu ta' ħames snin bejn 1835-1839. Il-fażola hija l-legum tal-ogħla konsum (0,21 fanegas/12,6 kg għal kull abitant fis-sena), warajha hemm iċ-ċiċri (0,09 fanegas/5,4 kg) u ċ-ċiċri tat-tip Lathyrus cicera (0,03 fanegas/1,8 kg).

L-Anuario General de España tal-1912, ta' Bailly-Baillière, apparti milli jsemmi l-fażola bħala wieħed mill-prodotti ewlenin f'diversi muniċipalitajiet taż-żona rurali ta' La Bañeza, jinkludi riklam bil-kliem li ġej: “Ceferino Martín – La Bañeza – Ċereali, Legumi, Suf, Stoppa, Patata u Ful klassifikati, ippremjati b'medalja tad-deheb”.

Ir-Reġjun ta' León (Gwida ġenerali), xogħol ta’ José Mourille López tal-1928: dwar iż-żona ta' La Bañeza jindika li “il-fażola, li tiġi esportata fi kwantitajiet kbar, jagħtu fama lil dan ir-reġjun”.

Illum il-ġurnata din ir-reputazzjoni hija pprovata, fost l-oħrajn bl-inklużjoni ta' dan il-prodott f'diversi katalgi uffiċjali tal-kwalità tal-ikel, pereżempju l-Inventario Español de Productos Tradicionales (Inventarju Spanjol tal-Prodotti Tradizzjonali) tal-Ministeru tal-Agrikultura, Sajd u Ikel tas-sena 1996, iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea.

Bl-istess mod, l-Inventario de Productos Agroalimentarios de Calidad, de la Junta de Castilla y León (L-Inventarju tal-Prodotti Agroalimentri ta' Kwalità tal-Gvern lokali ta' Castilla y León, tas-sena 2001), jiddedika żewġ paġni lil dan il-prodott.

Iktar ricenti, il-Gwida għall-ikel ta' kwalità tar-reġjun ta' León, li ġġib l-isem ta' “León al Gusto”, iffinanzjata mill-FAEG-Gwida, iddedikat erba' paġni lil din il-fażola.

U fuq livell ta' pubbliċità barra l-pajjiż, il-Gwida għall-Aqwa Frott u Ħxejjex, tal-Ministeru tal-Agrikultura, iddedikatilha wkoll żewġ paġni.

Fuq l-internet, meta wieħed ifittex bil-Google jitilgħu mill-inqas 300 referenza, l-iktar f'paġni tal-gastronomija, tat-turiżmu, Wikipedia, eċċ. L-importanza ta' dan il-prodott fl-ambitu soċjali hija pprovata wkoll mill-eżistenza tal-Museo de la Alubia en la Bañeza (Mużew tal-fażola f'La Bañeza) u l-eżistenza ta' Għaqda Gastronomica tal-Alubia de La Bañeza León, li l-President tagħha bħalissa huwa wkoll il-President tal-Qorti tal-Awdituri.

Fis-swieq, ir-reputazzjoni u l-valur tagħha għall-konsumaturi huma pprovati permezz tad-differenza importanti li hemm fil-prezz meta mqabbel mal-prezz ta' fażola oħra li mhix koperta minn indikazzjoni ġeografika protetta.

Fatturi naturali

Il-karatteristiċi tal-fażola f'La Bañeza-León huma marbutin mal-karatteristiċi klimatiċi u edafoloġiċi taż-żona u tal-materjal veġetali adattat għall-ambjent.

Klima: Din tippreżenta differenzi ċari bejn il-livelli tat-temperatura u l-umdità taż-żona tal-Lvant, u fil-livell tal-umdità maż-żoni tat-Tramuntana u tal-Punent. L-indiċi medju tal-inżul tax-xita waqt iż-żmien tal-kultivazzjoni tal-fażola huwa biżżejjed għall-iżvilupp tajjeb tal-pjanta tal-fażola minħabba li din tikber f'raba' saqwi jew bagħli frisk ħafna. Il-livell moderat tal-umdità, ġeneralment, jippreżenta diffikultà għall-iżvilupp ta' mard mikotiku, dejjem jekk il-kultivazzjoni in ġenerali u l-irrigazzjoni b'mod partikolari, jiġu mmaniġġjati sew.

Art: Fiż-żona hemm ħafna għamliet ta' ħamrija mhux kompatta u mhux kompatta bir-ramel b'kontenut moderat ta' tafal, newtri tal-pH jew aċidi, rikki fil-materja organika u b'livelli ta' karbonat baxxi ħafna. Ġeneralment dawn l-artijiet jagħtu lill-fażola assorbiment tal-ilma elevat, livelli baxxi ta' rmied u kwalitajiet organolettiċi aħjar wara t-tisjir, l-iktar ġilda iktar lixxa u albumina inqas imrammla u li tixbah iktar lid-dqiq.

Il-materjal veġetali: Il-fatt li l-kultivazzjoni ta' din il-varjetà ta' fażola hija drawwa li ilha sejra għal ħafna snin, ifisser li għaddiet minn proċess selettiv li sar mill-ambjent agroklimatiku fejn l-agrikulturi dejjem għażlu l-aqwa biċċiet tar-raba' biex ikabbru fażola tal-ifjen kwalità u iktar uniformi għaż-żrigħ li jkun imiss.

Fatturi umani

L-agrikulturi, permezz tal-esperjenza li ġabru matul diversi ġenerazzjonijiet, huma kapaċi jagħrfu l-aqwa biċċiet tar-raba' għall-kultivazzjoni tal-fażola u jafu jadattaw il-prattiki tat-tkabbir tagħhom biex jiksbu fażola tal-aqwa kwalità.

4.7.   Organu ta’ spezzjoni:

Isem:

Consejo Regulador de la Indicación Geográfica Protegida “Alubia de La Bañeza-León”

Indirizz:

Avenida Portugal s/n

24750 La Bañeza (León)

ESPAÑA

Tel.

+34 987641686

Feks

+34 987641686

Posta elettronika:

alubiadelabanezaleon@telefonica.net

Il-Consejo Regulador tal-Protezzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi “Alubia de La Bañeza-León” huwa konformi mal-istandard EN-45011, il-verżjoni tal-1998.

4.8.   Tikkettar:

It-tikketti kummerċjali jew dawk maħruġa minn kull azjenda tal-imballaġġ jew tal-ipproċessar għandhom ikunu approvati mill-Consejo Regulador. Fuq it-tikketti jeħtieġ li jkun jidher dan li ġej: Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Alubia de La Bañeza-León” flimkien mal-logo tal-Consejo Regulador. It-tikketta sekondarja li tingħaraf minn kodiċi alfanumeriku tinħareġ mill-Consejo Regulador.

Il-logo tal-Consejo Regulador huwa:

Image

Dawk il-prodotti li fihom l-Alubia de La Bañeza-León tintuża bħala materja prima, anke wara li jkunu ġew prodotti u pproċessati, jistgħu jitqiegħdu għall-bejgħ f'kontenituri li jirreferu għad-denominazzjoni msemmija bil-kliem “Elaborado con Indicación Geográfica Protegida Alubia de La Bañeza-León” mingħajr ma jkun jidher il-logo tal-Komunità, sakemm:

(a)

L-Alubia de La Bañeza-León, iċċertifikata bħala tali, tkun l-uniku ingredjent tal-kategorija ta' prodotti korrispondenti;

(b)

L-azjendi tal-ipproċċessar involuti jkunu awtorizzati mill-Consejo Regulador, li għandu jiżgura li qiegħed isir użu korrett tad-denominazzjoni protetta. Għal din ir-raġuni il-Consejo Regulador għandu jistabbilixxi mudell ta' applikazzjoni fejn jingħataw dettalji dwar il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni. L-awtorizzazzjoni għandha tirrikjedi li l-applikant jaċċetta kontrolli li l-Consejo Regulador ikun meħtieġ li jagħmel biex jiċċekkja t-traċċabbiltà tal-Alubia de La Bañeza-León.

Meta l-prodott ma jkunx qed juża l-Alubia de La Bañeza-León biss, l-użu tad-denominazzjoni protetta jista' jiġi indikat biss fil-lista ta' ingredjenti tal-prodott li tkun tagħmel parti minnu jew li tkun ir-riżultat ta' produzzjoni jew ta' pproċessar.