22.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 170/14


Estratt mis-sentenza rigward Kaupthing Bank Luxembourg S.A. b’applikazzjoni tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

2009/C 170/06

ESTENSJONI TAL-MANDAT TAL-AMMINISTRATURI TA' KAUPTHING BANK LUXEMBOURG S.A.

B’sentenza mogħtija fit-22 ta' Ġunju 2009, it-Tribunal d'Arrondissement de et à Luxembourg, it-tieni awla, fil-kompetenza kummerċjali tiegħu, f’seduta pubblika, wara li sema' in camera s-sottomissjonijiet tal-amministraturi u tar-rappreżentant tal-kumpanija Kaupthing Bank Luxembourg S.A., tar-rappreżentanti tal-Commission de Surveillance du Secteur Financier u tar-rappreżentant tal-Prosekutur Pubbliku, iżid mas-sentenzi mogħtija mit-Tribunal d'Arrondissement de et à Luxembourg fid-9 u l-31 ta' Ottubru 2008, mas-sentenza mogħtija mill-Cour d’Appel de Luxembourg fit-28 ta' Jannar 2009, kif ukoll mas-sentenza mogħtija fit-2 ta' April 2009, kif ġej:

“—

l-amministraturi għandhom is-setgħa li jivverifikaw l-ilħiq tal-kundizzjonijiet li għalih huwa soġġett il-pjan ta' ristrutturar,

l-amministraturi għandhom id-dritt li japprovaw tibdiliet ta' natura teknika fil-kuntratti li jiffurmaw parti mir-ristrutturar u fit-Terms and Conditions tal-obbligi, jew li jikkoreġu żbalji evidenti purament materjali li jaffettwawhom,

l-amministraturi għandhom id-dritt li jiffinalizzaw in-negozjati dwar l-istruttura legali ta' SPV KI Securities li għadhom ma ġewx stabbiliti definittivament fil-pjan li tressaq, b'mod partikolari rigward l-assenjazzjoni, lil waħda miż-żewġ kumpaniji li għandhom joriġinaw mill-qsim tal-Bank, ta' drittijiet u obbligi relatati ma' SPV KI Securities, sa ma jkun approvat il-pjan tal-qsim tal-Bank,

il-qligħ mill-pjan ta' ristrutturar approvat huwa riżervat għall-Bank u d-depożiti ta’ rahan, il-garanti u l-persuni l-oħra li kienu ppreżentaw garanziji ta' kwalunkwe tip għall-vantaġġ ta' kreditur ristrutturat relatat mar-ristrutturar kollu kemm hu jew parti minnu, ma jistgħux jieħdu vantaġġ minnu. qed jinnomina bħala sekwestratarju lill-kumpanija b'responsabbiltà limitata PricewaterhouseCoopers, irrappreżentata mis-Sinjura Emmanuelle CARUEL-HENNIAUX, u l-Avukat Franz FAYOT, u fil-kapaċità tagħha bħala fiduċjarju, biex tiftaħ kont ma' stabbiliment bankarju Lussemburgiż, li fuqu jistgħu jiġu ttrasferiti l-fondi mill-Istat u mill-AGDL u biex tistabbilixxi mal-Istat u l-AGDL l-modalitajiet tal-funzjonament tal-kont imsemmi. jinnota li s-sistema tas-sospensjoni tal-pagamenti tal-Bank għandha tieqaf fl-istess waqt tal-approvazzjoni tal-pjan ta' qsim tal-Bank mill-azzjonarji tiegħu, li twassal għall-istralċ mingħajr likwidazzjoni u l-għeluq tal-Bank.”

Din is-sentenza ma tista' tiġi kkontestata mill-ebda parti jew minn xi parti terza.

L-Amministraturi

PricewaterhouseCoopers S.à.r.l, irrappreżentata mis-Sinjura Emmanuelle Caruel-Henniaux u l-Avukat Franz Fayot