25.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/36


Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (1)

Avviż dwar it-talba għal permess ta’ prospettar għall-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta’ gass, imsejjaħ “Permis d’Obernai”

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 96/11

Permezz ta' applikazzjoni bid-data tat-18 ta’ Diċembru 2008, il-kumpanija Thermopyles SAS, li għandha s-sede tagħha f'50 rue du Midi, 94300 Vincennes Franza, talbet għal permess esklussiv ta’ ħames snin għall-prospettar għall-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis d’Obernai”, fuq medda ta' madwar 133 kilometru kwadru, li tagħmel parti mid-dipartiment tal-Bas-Rhin.

Il-perimetru ta' dan il-permess huwa kkostitwit mill-arki tal-meridjani u l-paralleli li jgħaqqdu suċċessivament il-punti definiti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom fi gradi, bil-meridjan oriġinali dak ta' Pariġi.

Punti

Lonġitudni

Latitudni

A

5,90 gr Lvant

53,90 gr Tramuntana

B

5,70 gr Lvant

53,90 gr Tramuntana

C

5,70 gr Lvant

53,80 gr Tramuntana

D

5,90 gr Lvant

53,80 gr Tramuntana

It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tad-drittijiet

Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet definiti fl-Artikoli 4 u 5 tal-liġi 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

Il-kumpaniji interessati jistgħu jippreżentaw applikazzjoni kompetittiva fi żmien disgħin jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, f'konformità mal-proċedura miġbura fl-“Avis relatif à l'obtention des titres miniers d'hydrocarbures en France” (Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza), ippubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti bil-liġi 2006-648 dwar id-drittijiet minerarji u l-ħżin taħt l-art. L-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom ikunu indirizzati lill-ministru inkarigat mill-minjieri, fl-indirizz li jingħata hawn taħt.

Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi isiru bl-applikazzjoni tal-kriterji għall-għoti ta' dritt minerarju definiti fl-Artikolu 6 tal-liġi msemmija, u jsiru sa mhux aktar tard mid-19 ta' Diċembru 2010.

Kundizzjonijiet u rekwiżiti dwar l-eżerċizzju tal-attività u l-waqfien mill-attività.

L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-kodiċi minerarju u għal-Liġi Nru 2006-649 tat-2 ta’Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art, (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

Aktar tagħrif jista' jinkiseb mill-ministère de l'écologie, de l'énergie, du développement durable et de l'aménagement du territoire (Direction générale de l'énergie et du climat, Direction de l'énergie, Sous-direction de la sécurité d'approvisionnement et des nouveaux produits énergétiques, bureau exploration production des hydrocarbures) (il-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Enerġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Użu tal-Artijiet (Id-Direttorat Ġenerali tal-Enerġija u l-Klima, id-Direttorat tal-Enerġija, is-Sottodirettorat tas-Sigurtà tal-Provvista u tal-Prodotti l-Ġodda tal-Enerġija, l-Uffiċċju tal-Esplorazzjoni u l-Produzzjoni tal-Idrokarburi), 41, boulevard Vincent Auriol, Paris 75703 Cedex 13, FRANCE [numru tat-telefown: (33) 1 44 97 23 02, feks: (33) 153 94 14 40].

Id-dispożizzjonijiet regolatorji u leġiżlattivi msemmija hawn fuq jistgħu jinkisbu mil-Légifrance fis-sit: http://www.legifrance.gouv.fr


(1)  ĠUKE L 164, 30.06.1994. p. 3.