|
26.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/62 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel
(2009/C 72/10)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
SOMMARJU
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“MOUTARDE DE BOURGOGNE”
Nru tal-KE: FR-PGI-005-0503-25.10.2005
DPO ( ) IĠP ( X )
Dan is-sommarju jippreżenta l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'finijiet ta' informazzjoni.
1. Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:
|
Isem: |
Institut National des Appellations d'Origine (I.N.A.O.) |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel. |
+33 153898000 |
|||
|
Feks |
+33 142255797 |
|||
|
Posta elettronika: |
info@inao.gouv.fr |
2. Grupp:
|
Isem: |
Association Moutarde de Bourgogne (AMB) |
||||
|
Indirizz: |
|
||||
|
Tel. |
+33 380288140 |
||||
|
Feks |
+33 380288169 |
||||
|
Posta elettronika: |
laure.ohleyer@cote-dor.chambagri.fr |
||||
|
Kompożizzjoni: |
produtturi/proċessuri ( X ) oħrajn ( X ) |
3. Tip ta' prodott:
Klassi 2.6: “Pejst tal-mustarda”
4. Speċifikazzjoni:
(Sinteżi tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
4.1. Isem
“Moutarde de Bourgogne”
4.2. Deskrizzjoni
Il-mustarda ta' Bourgogne hija mustarda b'togħma qawwija jew qawwija ħafna bl-inbid abjad, ta' lewn isfar ċar u b'konsistenza ħoxna, omoġenea u kremuża. Hija kkaratterizzata minn riħa qawwija u tipika tal-inbid abjad tal-Bourgogne, punġenti u intensa kif ukoll togħma b'saħħitha ta' nbid abjad tal-Bourgogne.
4.2.1 Ingredjenti u addittivi awtorizzati:
|
— |
Żrieragħ tal-mustarda prodotti u maħżuna fil-Bourgogne |
|
— |
Likwidu għad-dilwizzjoni: Magħmul mill-ilma u mill-inbid abjad tad-denominazzjoni tal-oriġini kontrollata prodott fid-dwieli tal-Bourgogne fi proporzjoni minimali ta' 25 % fil-produzzjoni. Dawn huma inbejjed bojod mhux ħelwin minn dwieli tradizzjonali tal-Bourgogne l'Aligoté u ta' Chardonnay. Il-karatteristiċi tagħhom huma t-togħma aromatika qawwija u d-dewmien tagħhom fuq il-palat. |
|
— |
Melħ, zokkor, ħwawar, addittivi (dawk permessi mid-Direttiva Ewropea tal-1995 fuq l-addittivi barra l-koloranti artifiċjali, id-dqiq miċ-ċereali jew kwalunkwe stabilizzatur jew sustanzi li jħaxxnu, essenzi naturali jew artifiċjali tal-mustarda, estratt jew żejt essenzjali tal-mustarda). |
4.2.2 Il-karatteristiċi fiżiko-kimiċi tal-Mustarda ta' Bourgogne:
|
— |
Estratt xott miż-żrieragħ > jew = 24 % f'piż tal-prodott finali. |
|
— |
Lipidi miż-żerriegħa tal-mustarda > jew = sa 9 % f'piż tal-prodott finali. |
|
— |
Il-kwantità tat-tegument residwu fil-pejst hija inqas minn 2 % tal-piż totali. |
4.3. Żona ġeografika
Huwa obbligatorju li l-produzzjoni u l-ħżin taż-żrieragħ kif ukoll il-produzzjoni (it-trasformazzjoni) tal-pejst tal-mustarda jitwettqu fiż-żona tal-produzzjoni. Din tinkludi d-dipartimenti li jiffurmaw ir-Reġjun tal-Bourgogne, li huma Côte d'Or, Nièvre, Saône et Loire u Yonne.
Iż-żona ġeografika ġiet stabbilita abbażi tal-għarfien kompetenti lokali partikulari fil-produzzjoni taż-żrieragħ tal-mustarda u tal-inbid prodotti fil-Bourgogne, imbagħad ittrasformati f'pejst tal-mustarda, li jagħti prodott bil-karatteristiċi oriġinali (cf. il-paragrafu 4.6).
Iż-żrieragħ tal-mustarda prodotti fil-Bourgogne għandhom kwalitajiet partikulari. Dawn il-kwalitajiet ġew magħrufa matul is-sekli. It-tabib ta' François I, Charles Estienne, jisħaq li l-mustarda prodotta fil-Bourgogne hija ta' kwalità aħjar minħabba s-sénevé (l-isem komuni tal-pjanta taż-żrieragħ tal-mustarda). Sat-tieni gwerra dinjija, is-sénevé ġiet imkabbra fil-foresti u fl-ispazji vojta għall-faħam. Wara s-sajran tal-faħam tal-kannol f'dawn l-ispazji vojta, il-ħamrija kellha abbundanza ta' potassju u kienet tajba għat-tkabbir tal-mustarda (u għar-rikkezza taż-żrieragħ bl-essenza tal-mustarda) li min jieħu ħsieb il-faħam ikun ħawwel f'Marzu u ħasad f'Awwissu. Barra minn hekk, il-klima tal-Bourgogne hija semi-kontinentali u pjuttost omoġenea u għalhekk adattata għat-tkabbir tal-mustarda. Fil-fatt, it-tkabbir tal-mustarda ma jeħtieġx kwantità kbira ta' ilma. Hija tadatta ruħha tajjeb għan-nuqqas ta' ilma u għat-temperaturi għoljin. It-tmiem tal-ħarifa li jkun umdu wisq mhux tajjeb għaliha. Wara bosta deċennji fejn it-tkabbir tal-mustarda mar lura, dan reġa' ħa r-ruħ fil-Bourgogne b'inizjattiva tal- produtturi industrijali tal-pejst tal-mustarda bil-ħsieb li jikkontrollaw il-kwalità tal-produzzjoni tal-materja prima u jtejbu l-kwalità tal-prodott aħħari. Dan il-programm ta' qawmien mill-ġdid tat-tkabbir tal-mustarda jgħaqqad flimkien entitajiet ta' riċerka, il-Kamra tal-Agrikoltura tal-Côte d'Or, l-entitajiet reġjonali tal-ħżin, il-bdiewa u l-proċessuri. Ġew magħżula xi varjetajiet b'karatteristiċi speċifiċi sabiex iwieġbu kemm għall-ispeċifikazzjonijiet pedoklimatiċi tal-Bourgogne kif ukoll għall-esiġenzi kwalitattivi tal-proċessuri.
Madankollu, ġo dan l-ispazju ġiet delimitata żona fejn jista' jsir it-tkabbir taż-żerriegħa tal-mustarda. Dan l-ispazju huwa definit fir-rigward tal-kriterji ġeoloġiċi u pedoloġiċi maħsubin għall-aħjar ambjenti fejn tikber il-mustarda, jiġifieri esklużi l-ħamrija kannella u aċiduża kif ukoll il-ħamrija podolizzata mill-altitudni. It-testijiet tat-tkabbir urew li hemm limitu potenzjali f'din il-ħamrija marbut ma' mili mill-ġdid ħażin taż-żerriegħa u ż-żamma insuffiċjenti tal-Iżotjoċjanat volatili li ma jwasslux għall-pejst karatteristiku tal-mustarda.
4.4. Prova tal-oriġini
It-traċċabbiltà hija assigurata matul il-proċess tal-produzzjoni tal-mustarda tal-Bourgogne, mill-qasam sal-pejst ikkundizzjonat, permezz ta' dokumenti kkodifikati. Iż-żrieragħ tal-mustarda jinġabru biss mill-oqsma li huma parti miż-żona tat-tkabbir permessi għall-IĠP. Dawn l-oqsma għandhom jirrispettaw il-kriterji tal-għażla stabbiliti mill-pjan tal-produzzjoni. Il-bdiewa iwasslu l-produzzjoni tagħhom lil entitajiet tal-ħżin li jinsabu fil-Bourgogne. Il-ħaddiema kollha involuti fil-produzzjoni taż-żrieragħ tal-mustarda, il-ħżin u l-proċess huma marbuta b'dokumenti kkodifikati. Rigward iż-żrieragħ tal-mustarda u l-pejst ikkundizzjonat, jiġu mwettqa eżaminazzjonijiet analitiċi matul il-fabbrikazzjoni.
4.5. Metodu ta' produzzjoni
Il-varjetajiet taż-żrieragħ magħżula mill-Assoċjazzjoni tal-Mustarda ta' Bourgogne (AMB) u li ġejjin mill-ispeċi Brassica juncea b'“tegument kannella”, Brassica juncea b'“tegument bjond” u Brassica nigra biss huma awtorizzati għat-tkabbir taż-żerriegħa tal-mustarda. Ġie stabbilit pjan ta' produzzjoni li jerġa' jara l-uċuħ għat-tkabbir, l-għażla tal-oqsma u t-taħwil fiż-żona tal-IĠP. Waqt il-ħsad, iż-żrieragħ jaslu għand entità tal-ħżin li tinsab fil-Bourgogne u li tiżgura t-traċċabbiltà, it-tindif u l-ħżin taż-żrieragħ.
F'dan l-istadju l-lottijiet taż-żrieragħ ikunu suġġetti għall-approvazzjoni li tara li l-kriterji li ġejjin ikunu rispettati:
|
— |
Oriġini mill-Bourgogne taż-żrieragħ u tal-varjetajiet magħżula mill-AMB |
|
— |
Preżenza ta' żrieragħ ħodor jew li għadhom mhux misjura limitata għal massimu ta' 1,5 % (gradi I u II) |
|
— |
Preżenza ta' żrieragħ barranin: Massimu ta' 0,3 % jekk huwa grad I, massimu ta' 0,5 % jekk huwa grad II |
|
— |
Nuqqas ta' insetti, ta' moffa, nuqqas ta' sħana |
|
— |
Tkabbir taż-żrieragħ: Piż ta' elf żerriegħa (PMG) > 2,35 g (PMG > 2 g jekk f'kundizzjonijiet klimatiċi speċjali) |
|
— |
Ilma u materjal volatili: 4,2 sa 9 % f'massa |
|
— |
Xaħam: 28 sa 42 % f'massa fin-niexef |
|
— |
Iżotjoċjanat volatili: 0,7 sa 0,94 % f'massa fin-niexef |
|
— |
Proteini: 24,2 sa 30,8 % f'massa fin-niexef |
Wara din l-approvazzjoni, iż-żrieragħ jiġu mħejjija u mibgħuta lill-produtturi industrijali li jinsabu fiż-żona ġeografika. Iż-żrieragħ jiġu mitħuna u jitpoġġew flimkien ma' likwidu għad-dilwizzjoni (ilma+inbid). L-inbid użat huwa inbid abjad ta' denominazzjoni tal-oriġini kkontrollata prodott fid-dwieli tal-Bourgogne. Dan l-istadju jippermetti l-estrazzjoni tal-għadma taż-żerriegħa u jikkostitwixxi l-ewwel pejst tal-mustarda. Dan il-pejst jiġi mgħarbel sabiex jiġu eliminati t-tegumenti taż-żerriegħa. B'hekk jinkiseb il-pejst ta' lewn isfar ċar b'konsistenza ħoxna, omoġenea u kremuża u li tiġi ''diżarjata''. Wara dan l-istadju jkun hemm waqfa li tagħti lok għall-iżvilupp tat-togħma punġenti li jkollha l-mustarda. Imbagħad, il-pejst jiġi maħżun u kkundizzjonat.
4.6. Rabta
Ir-rabta mal-oriġini ġeografika qiegħda fl-għarfien kompetenti reġjonali antik, it-tkabbir storiku taż-żerriegħa tal-mustarda fil-Bourgogne, rabta storika b'saħħitha bejn il-mustarda u l-vinja tal-Bourgogne, kif ukoll reputazzjoni antika.
4.6.1 Kwalità determinata
Il-“Moutarde de Bourgogne”, ikkaratterizzata minn togħma punġenti u intensa, tinkiseb bit-taħlit taż-żrieragħ tal-mustarda prodotti u maħżuna fil-Bourgogne, u likwidu għad-dilwizzjoni magħmul mill-ilma, mill-melħ, zokkor, ħwawar u mill-inqas 25 % ta' nbejjed bojod mhux ħelwin li ġejjin mid-dwieli tradizzjonali tal-Bourgogne. Dawn l-inbejjed bojod huma kkaratterizzati mit-togħma aromatika u qawwija tagħhom u mid-dewmien tagħhom fuq il-palat, u lill-mustarda tal-Bourgogne jagħtuha r-riħa qawwija u tipika tagħha kif ukoll it-togħma b'saħħitha tal-inbid abjad tal-Bourgogne li tiddistingwiha minn mustardi oħra. L-estratt li ma jkunx ħelu u l-lipidi li ġejjin miż-żrieragħ iridu jkunu superjuri għal 24 % u 9 % rispettivament.
4.6.2 Reputazzjoni
Ir-rabtiet storiċi bejn il-Bourgogne u l-mustarda huma stretti. Jingħad li fl-1336, waqt festa organizzata f'Rouvres mid-Duka Eudes IV tal-Bourgogne, għall-unur ta' Filippu VI, ġiet ikkunsmata “poinçon” mustarda (206,75 l). Sa mis-seklu XVI, l-istatuti jiddefinixxu l-korporazzjoni ta' min jagħmel il-mustarda (dawk tal-belt ta' Dijon fl-1634 jew dawk tal-Belt ta' Beaune fl-1647). Sas-seklu XIX, il-fabbrikazzjoni baqgħet attiva fil-ħwienet żgħar tax-xogħol. Wara dan, ir-rivoluzzjoni industrijali laqtet l-industrija tal-mustarda. Il-fabbrikanti tal-Bourgogne kienu jgħaddu lil kulħadd fl-inġenjożità, u wieħed jista' jsemmi lil M. Grey, fabbrikant minn Dijon li fl-1850 għarraf lill-Akkademja tal-Arti, tax-Xjenza u tal-Letteratura b'makkinarju li jżid il-produttività b'mod sinifikanti. Bejn l-1750 u l-1984 kien hemm 263 fabbrikant tal-mustarda. Din id-densità ma tinsab fl-ebda reġjun Franċiż ieħor.
It-tkabbir taż-żerriegħa tal-mustarda fil-Bourgogne għandu wkoll storja b'għeruq f'saħħithom ladarba Charles Estienne, it-tabib ta' Francois I, kien iqis li l-kwalità tal-mustarda tal-Bourgogne hija ferm aqwa minħabba li fiha s-sénevé“li jaħseb li huwa l-aqwa fil-pajjiżi kollha”.
L-inbid u l-mustarda għandhom rabta b'saħħitha bejniethom. Fl-1911, A. Berthiot jattribwixxi l-fama tal-mustarda għall-kwalità tal-fabbrikazzjoni tagħha li, skont hu, tinkludi t-tħin tal-aqwa żrieragħ u l-emulsjoni ġo likwidu speċjali tal-Bourgogne: il-verjus, xorta ta' nbid aħdar ħafna, li jinkiseb bl-ippressar tal-għeneb abjad mhux totalment misjur. Wara li l-pjanti li jipproduċu dan l-għeneb inqerdu bil-Phylloxera, il-fabbrikanti daru għall-inbejjed bojod żgħar u aċidużi. Dawn għebu wkoll, u ġew mibdula ma' dwieli nobbli u mlaqqma. L-użu tal-inbid abjad, minflok il-ħall, jagħti l-karatteristiċi organolettiċi tipiċi tal-mustarda.
Dawk li jagħmlu l-mustarda bdew jużaw l-isem “Moutarde de Bourgogne” minn kmieni. Għaldaqstant wieħed jista' jsib ir-reġistrazzjoni fl-1891 fil-Qorti ta' Sens (89) tat-tikketta “Moutarde de Bourgogne, extra-blanche supérieure” (Mustarda ta' Bourgogne, bajda ħafna u superjuri) u fl-1903, fil-Qorti Kummerċjali ta' Dijon instabet it-tikketta “Moutarde Jacquemart au pur verjus de Bourgogne” (Il-Mustarda Jacquemart bil-verjus pur tal-Bourgogne). Barra mid-denominazzjoni, il-ħsieb wara r-referenza għall-Bourgogne u l-istorja tagħha fl-għażla tat-tikketti juri l-importanza li dejjem kellha l-mustarda tal-Bourgogne. Wieħed jista' jikkwota t-tikketti “Jean sans Peur”, “Téméraire”, “Moutarde à la cuillère de la Belle Bourguignonne”, “La Bourguignonne” .
4.6.3 Xi fatturi umani, għarfien espert partikulari
Sat-tieni gwerra dinjija, it-tkabbir taż-żerriegħa tal-mustarda fil-Bourgogne jibqa' importanti. Wara l-1945, il-produtturi industrijali jippruvaw iżommu din il-produzzjoni fir-reġjun. F'dan ir-rigward is-sindikat tal-fabbrikanti tal-mustarda ppubblika fuljett fuq it-tkabbir tal-mustarda. Il-kompetizzjoni tal-pjanti taż-żejt l-oħra u s-suq dinji xprunaw dawn l-inizjattivi.
Wieħed għandu jistenna l-bidu tas-snin 90 sabiex it-tkabbir taż-żerriegħa jerġa' jieħu r-ruħ b'mod sinifikanti. Bħalissa, fit-tħassib tas-settur jingħaqdu:
|
— |
L-industrijalisti li jfittxu diversifikazzjoni tas-sorsi ta' provvista tagħhom u ċertu kontroll tal-kwalità tal-produzzjoni tal-materja prima. Għaldaqstant, huma jixtiequ jorjentaw l-evoluzzjoni taż-żerriegħa sabiex titjieb il-kwalità tal-prodott aħħari; |
|
— |
Il-bdiewa li jfittxu l-possibbiltà li jiddiversifikaw il-produzzjonijiet tagħhom u jivvalorizzawhom fuq livell reġjonali. |
Għalhekk ġie mwaqqaf kumitat ta' direzzjoni sabiex imexxi u jara li jirnexxa r-rilanċ tat-tkabbir:
|
— |
L-Istabbiliment Nazzjonali għat-Tagħlim Superjuri Agronomu ta' Dijon u l-Istitut Nazzjonali ta' Riċerka Agronoma għar-Riċerka Ġenetika: it-titjib tal-produttività, il-kwalità speċifika taż-żerriegħa skont il-kriterji definiti mill-AMB; |
|
— |
Il-Kamra tal-Agrikoltura tal-Côte d'Or għar-Riċerka applikata u għall-esperimentazzjoni; |
|
— |
L-entitajiet reġjonali għall-ħżin għal-loġistika tal-ħsad u l-kundizzjonament taż-żerriegħa; |
|
— |
Il-bdiewa, li jittestjaw, f'kundizzjonijiet naturali, ir-referenzi żviluppati fuq il-pjattaformi sperimentali u jikkultivaw il-kwantitajiet suffiċjenti taż-żrieragħ biex il-bdiewa jwettqu t-testijiet tal-fabbrikazzjoni; |
|
— |
Il-Federazzjoni Franċiża tal-produtturi industrijali tal-laħam, tal-kejterers u l-proċessuri tal-laħam u l-produtturi industrijali li jwettqu diversi testijiet ta' fabbrikazzjoni: testijiet pilota, semi-industrijali u industrijali. |
Din il-kooperazzjoni tat lok għar-referenza ta' żewġ varjetajiet għas-sistema tal-IĠP.
Parallela ma' din ir-riċerka, il-produzzjoni żviluppat billi bejn wieħed u ieħor fl-1993 għaddiet minn 350 ettaru għal 1 230 ettaru fl-2003.
4.7. Organu ta' spezzjoni
|
Isem: |
CERTIPAQ |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel. |
+33 145309292 |
|||
|
Feks |
+33 145309300 |
|||
|
Posta elettronika: |
certipaq@certipaq.com |
4.8. Tikkettar
It-tikkettar għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
— |
Denominazzjoni tal-bejgħ: “Moutarde de Bourgogne” |
|
— |
Il-logo IĠP |
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.