20.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/26


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2009/C 66/10)

In-numru tal-XA: XA 406/08

L-Istat Membru: L-Awstrija

Ir-reġjun: Bundesland Wien

It-titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: Richtlinie für die Gewährung eines Zuschusses zu den Versicherungsprämien für versicherbare Risiken in der Landwirtschaft

Il-bażi legali: Gesetz über die Förderung der Landwirtschaft in Wien (Wiener Landwirtschaftsgesetz), LGBl. für Wien Nr. 15/2000, in der geltenden Fassung

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont globali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: EUR 0,13 miljun

L-intensità massima tal-għajnuna: Issir għotja ta' mhux iktar minn 50 % tal-ispejjeż tal-primjum

Id-data tal-implimentazzjoni: Mill-1 ta' Jannar 2009

It-tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għoti tal-għajnuna individwali: Mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2013

L-għan tal-għajnuna: Hemm madwar 700 azjenda agrikola fil-Provinċja ta' Vjenna, bl-ortikoltura u l-kultivazzjoni tal-ħxejjex ikunu fost is-setturi prinċipali tal-produzzjoni. L-azjendi huma lkoll SMEs. Barra milli jissuplixxu lill-belt bi prodotti agrikoli friski u ta' kwalità għolja, dawn in-negozji tal-familja jagħtu kontribuzzjoni sinifikanti lill-immaġni u ż-żamma tal-pajsaġġ tar-raba' maħduma tar-reġjun ta' Vjenna permezz tal-kultivazzjoni u l-ġestjoni tal-art agrikola. Għalhekk, is-sigurtà għal żmien twil ta' dawn in-negozji hija skop importanti tal-politiki tal-Provinċja ta' Vjenna.

Għodda importanti għall-vijabilità ekonomika ta' dawn in-negozji hija l-ħruġ ta' poloz ta' assikurazzjoni kontra l-ħsara lill-produzzjoni agrikola magħmula minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jitqabblu ma' diżastri naturali. Minħabba li ċ-ċaqliq fil-klima kiber fis-snin riċenti, il-ġestjoni tajba tar-riskju qed issir dejjem iżjed importanti għall-azjendi agrikoli.

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 l-għajnuna sabiex tassikura kontra r-riskji fil-forma ta' sussidji għall-poloz ta' assikurazzjoni hija kompatibbli mas-suq komuni.

Il-Provinċja ta' Vjenna ilha mill-2001 tissussidja n-negozji tal-ortikultura sa mhux iktar minn 50 % tan-nefqa għall-ħruġ ta' assikurazzjoni kontra ħsara lis-serer kkawżat mill-maltempati.

L-iskema tal-għajnuna approvata mill-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat N 854/00/Awstrija/Vjenna) tat prova ta' kemm hija tajba bir-riżultat li iktar minn 90 % tas-serer fir-reġjun ta' Vjenna issa huma assikurati kontra il-ħsara kkawżat mill-maltemp. Sabiex ikun hemm garanzija li din l-iskema ta' għajnuna tkompli, l-istess skema għandha tiġi offruta lin-negozji skont dawn il-linji gwida ġodda.

Minħabba n-natura ta' effikaċja għolja tal-iskema u taż-żieda fir-riskju ta' avvenimenti klimatiċi avversi kkawżati bit-tibdil fil-klima jistgħu jikkawżaw ħsara estensiva lill-produzzjoni agrikola, partikolarment fis-settur tal-uċuh tar-raba', din l-iskema ta' għajnuna se tkun estiża sabiex tkopri s-settur tal-uċuh tar-raba' ta' Vjenna mill-2009. Polza ta' assikurazzjoni għal iktar minn riskju wieħed għall-uċuh tar-raba' se tgħin lill-irziezet sabiex jassikuraw mhux biss kontra ħsara kkawżata milll-maltemp u x-xita tas-silġ imma ukoll minn avvenimenti klimatiċi avversi bħan-nixfa, l-għargħar, it-tifrix tal-bexx, il-ħama tat-tajn, il-maltempati, eċċ. Sabiex il-bdiewa Vjenniżi tal-kultivazzjoni tal-ħxejjex ikollhom inċentiv sabiex jagħmlu assikurazzjoni bħal din, se jingħataw sussidju annwali ta' mhux iktar minn 50 % tan-nefqa tal-primjum. Din l-iskema hija maħsuba tħaffef l-usa kopertura possibbli tal-uċuh tar-raba' ta' Vjenna kontra r-riskji t'hawn fuq u b'hekk tagħti kontribut fil-ġestjoni tar-riskju u l-istabbiltà finanzjarja tal-azjendi agrikoli fil-Provinċja ta'Vjenna

Is-Settur(i) kkonċernat(i): In-negozji tal-produzzjoni agrikola (l-ortikultura u l-kultivazzjoni tal-uċuħ tar-raba') fi Vjenna

L-isem u l-indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Amt der Wiener Landesregierung

Magistratsabteilung 58

Volksgartenstraße 3

1082 Wien

ÖSTERREICH

Sit elettroniku: http://www.wien.gv.at/umwelt/wasserrecht/foerderrichtlinie.html

Tagħrif ieħor: Id-dħul fis-seħħ ta' dawn il-linji gwida iħassar l-approvazzjoni tar-“Richtlinie für die Gewährung eines Zuschusses zu den Versicherungsprämien zum Schutz vor Sturmschäden an Gewächshäusern in der Landwirtschaft” (Għajnuna mill-Istat N 845/00/Awstrija/Vjenna).

Din l-iskema taqa' taħt l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u tissodisfa r-rekwiżiti bis-sħiħ. Partikolarment, din l-iskema ma theddidx l-operat tas-suq waħdieni fis-servizzi tal-assikurazzjoni. L-awtorità li tagħti l-għajnuna tiggarantixxi li l-għajnuna mhijiex limitata għall-assikurazzjoni pprovduta minn kumpanija waħda tal-assikurazzjoni jew grupp ta' kumpaniji, jew tkun suġġett għall-kundizzjoni li l-kuntratt tal-assikurazzjoni irid isir ma' kumpanija stabbilita fl-Awstrija

Numru XA: XA 409/08

Stat Membru: Franza

Reġjun: Champagne-Ardenne

Titlu tal-iskema ta' għajnuna: Aide à la reconstitution du cheptel ovin de la région Champagne-Ardenne à la suite de la crise de la fièvre catarrhale ovine (F.C.O.)

Bażi legali:

Article L 1511-2 du Code Général des Collectivités Territoriales.

L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Règlement «Aide à la reconstitution des troupes ovines» adopté par la Commission permanente du Conseil Régional de Champagne-Ardenne du 7 juillet 2008

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema ta' għajnuna: EUR 800 000 għall-programm li jtemm f'Jannar 2010

Intensità massima tal-għajnuna: Ir-reġjun se jikkontribwixxi sussidju massimu ta' 80 % għat-telf mhux ikkumpensat (sal-limitu ta' EUR 200 għal kull nagħġa sostitwita, EUR 20 għal kull ħaruf jew EUR 320 għal kull muntun sostitwit).

L-għajnuna għandha tkun limitata għall-għadd ta' mwiet iddikjarati lill-groupement de défense sanitaire (GDS, grupp għall-protezzjoni tas-saħħa) bejn id-data tad-dikjarazzjoni tat-tifqigħa tal-marda bluetongue u d-data tat-talba għall-għajnuna

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fis-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni

Tul ta' żmien tal-iskema ta' għajnuna: Sal-31 ta' Jannar 2010.

Għan tal-għajnuna: L-għajnuna għandha tagħmel tajjeb għat-telf ekonomiku imġarrab minn dawk li jrabbu l-bhejjem minħabba l-mewt ta' annimali mill-marda bluetongue.

Għar-reġjun ta' Champagne-Ardenne, huwa stmat li 6 639 nagħġa (1 660 minnhom adulti) minn 237 azjenda ġew iddikjarati mejta minħabba l-bluetongue, f'talbiet għal kumpens mill-awtoritajiet tal-Istat. Barra minn hekk, fl-2008, l-azjendi tat-trobbija tal-bhejjem iddikjaraw 2 882 primjum inqas għan-nagħaġ u l-imtaten (Primes Brebis Chèvres = l-għadd ta' nagħaġ li jkunu welldu talanqas darba, jew li jkunu akbar minn 12-il xahar, iddikjarati preżenti fl-azjendi ovini mill-1 ta' Frar sal-10 ta' Mejju tas-sena) milli fis-sena 2007. Din il-kriżi waslet f'mument li fih il-popolazzjoni ovina fir-reġjun kienet ilha tirkupra mill-2003 (+ 10 000 nagħġa matul l-aħħar erba' snin). Għaldaqstant, id-dinamika reġjonali ta' dan is-settur tqiegħed fil-periklu.

Għal din ir-raġuni, ir-reġjun Champagne-Ardenne se jagħti għajnuna finanzjarja lil min irabbi n-nagħaġ, intlaqat mill-kriżi tal-bluetongue u qed iħabbat wiċċu ma' xkiel ekonomiku u sanitarju serju minn Settembru 2006 'l hawn.

L-għajnuna reġjonali għandha l-għan li tappoġġja l-azjendi professjonali tat-trobbija tal-bhejjem li jkollhom merħla tan-nagħaġ ta' tal-anqas 100 PBC.

Il-benefiċjarju tal-għajnuna reġjonali għandu jintrabat li jżomm il-livell ta' produzzjoni tiegħu matul ħames snin; Għandha ssir verifika tad-dikjarazzjoni annwali tal-għadd ta' PBC

Settur(i) konċernat(i): Kull min irabbi n-nagħaġ, li 80 % mill-erja agrikola utli tiegħu tinsab fir-reġjun ta' Champagne-Ardenne, bl-agrikoltura bħala l-attività ewlenija tiegħu, u li ma jkollux aktar minn 60 sena (jew azjendi agrikoli li 50 % l-ishma tagħhom jinżammu minn persuni naturali ta' mhux aktar minn 60 sena u membri tal-AMEXA (l-iskema ta' assigurazzjoni agrikola għall-mard), bl-agrikoltura bħala l-attività ewlenija tagħhom).

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Région Champagne-Ardenne

Hôtel de Région

5, rue de Jéricho

51037 Chalons en Champagne cedex

FRANCE

Indirizz tal-internet: http://www.cr-champagne-ardenne.fr/?SID=731

http://www.cr-champagne-ardenne.fr/getFile.aspx?FILEID=2808

In-numru tal-XA: XA 414/08

L-Istat Membru: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Ir-reġjun: Land Baden-Württemberg

It-titlu tal-iskema tal-għajnuna: Landwirtschaft — Wachstum

Il-bażi ġuridika: Rechtsgrundlage ist das Gesetz über die Landeskreditbank Baden-Württemberg — Förderbank vom 11.11.1998 (Gesetzblatt für Baden-Württemberg (GBl.) vom 18.11.1998, S. 581), zuletzt geändert durch Gesetz vom 11.12.2007 (GBl. vom 14.12.2007, S. 581) in Verbindung mit dem Programmmerkblatt Landwirtschaft — Wachstum

In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Għandu jingħata self b'imgħax baxx. L-ammont ippjanat tal-għajnuna huwa ta' EUR 500 000 sa EUR 600 000. Dan l-ammont se jitqiegħed għad-dispożizzjoni mil-“Landwirtschaftliche Rentenbank”; li mhux se jagħti kontribut huwa stess

L-intensità massima tal-għajnuna: Massimu ta' 20 % tal-ispejjeż eliġibbli. L-ammont massimu tal-għajnuna mogħti lil impriża waħda ma jistax jaqbeż EUR 400 000 fi kwalunkwe perjodu ta' tliet snin finanzjarji. Fil-każ ta' akkumulazzjoni ma' finanzjament pubbliku ieħor b'rabta mal-istess spejjeż eliġibbli, se jiġu osservati l-limiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Għax-xiri tal-art, ħlief għax-xiri tal-art biex tinbena, tista' tingħata għajnuna sa 10 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-investiment

Id-data tal-implimentazzjoni: Skont l-iskadenza mogħtija fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, iżda mhux qabel it-2 ta' Jannar 2009

It-tul ta' żmien tal-iskema: Sat-30 ta' Ġunju 2014

L-għan tal-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli skont l-Anness I għat-Trattat tal-KE (ħlief għas-sajd u l-akkwakultura) permezz ta' għajnuna għall-investiment fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli (l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006). L-ispejjeż eliġibbli huma (a) il-bini, ix-xiri jew l-immodernizzar tal-proprjetà immobbli, (b) ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta' makkinarju u tagħmir, inkluż ta' softwer tal-kompjuter sal-valur tal-assi fis-suq, jew (c) l-ispejjeż ġenerali marbutin man-nefqa msemmija fil-punti (a) u (b), bħall-ħlasijiet lill-periti u lill-inġiniera, il-ħlasijiet għall-konsulenza, u għall-istudji dwar il-fattibbiltà. B'hekk ikun żgurat li l-għajnuna ma tingħatax bi ksur tal-projbizzjonijiet jew tar-restrizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Kunsill li jistabbilixxu l-organizzazzjonijiet komuni tas-suq, anke f'każijiet fejn dawn il-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet għandhom x'jaqsmu biss mal-għajnuna Komunitarja

Is-setturi ekonomiċi kkonċernati: L-agrikoltura, it-tkabbir tad-dwieli, l-ortikoltura

L-isem u l-indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Landeskreditbank Baden-Württemberg — Förderbank

Postfach 10 29 43

70025 Stuttgart

DEUTSCHLAND

L-indirizz tas-sit tal-internet: www.l-bank.de/landwirtschaft-wachstum

Tagħrif ieħor: —

Numru tal-XA: XA 417/08

Stat Membru: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Reġjun: Freistaat Bayern

Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li qed tibbenefika mill-għajnuna individwali: Bezuschussung der aufgrund gesetzlicher Testpflicht durchgeführten BSE/TSE-Schnelltests bei Schlachtrindern über 30 Monaten entstandenen Kosten, durch Verrechnung der Finanzhilfe der Gemeinschaft für diese BSE-Pflichttests

Bażi ġuridika:

Art. 6 Abs. 1 in Verbindung mit Anhang III Kapitel A II Nr. 2 der Verordnung (EG) Nr. 999/2001

Gesetz zum Vollzug des Tierseuchenrechts und der Verordnung über die Benutzungsgebühren der Gesundheitsverwaltung

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Għtoja ta' madwar EUR 2,3 miljun għal testijiet rapidi għall-BSE fil-qtil ta' annimali bovini ta' aktar minn 30 xahar; il-livell tal-għotja jiddependi mill-appoġġ Komuitarju deċiż kull sena kif ukoll mill-għadd tat-testijiet meħtieġa

Intensità massima tal-għajnuna: Sa limitu ta' 100 %

Data tal-implimentazzjoni: Awtorizzazzjonijiet annwali

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali:

Għan tal-għajnuna: Għotja statali biex tkopri l-ispejjeż ikkawżati mill-obbligu legali li jitwettqu testijiet għat-TSE jew BSE fil-ġlieda kontra dawn il-mardiet.

Bażi ġuridika tal-għajnuna: L-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Huwa kkonfermat li l-għajnuna skont l-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 ma tinkludi l-ebda ħlasijiet diretti lill-produtturi

Setturi ekonomiċi kkonċernati: Biċċeriji u impjanti tar-rendering fil-Bavarja, kif ukoll azjendi agrikoli żgħar u ta' daqs medju. Fir-rigward tal-biċċeriji u l-impjanti tar-rendering fil-Bavarja, huma sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Bayerisches Staatsministerium für Umwelt und Gesundheit

Rosenkavalierplatz 2

Postfach 810140

81901 München

DEUTSCHLAND

Għal aktar tagħrif ikkuntattja lil:

Bayerisches Staatsministerium für

Landwirtschaft und Forsten

Referat C/6

Ludwigstr. 2

80539 München

DEUTSCHLAND

Tel. +49 892182-2222

Sit tal-internet: http://www.stmugv.bayern.de/tiergesundheit/krankheiten/bsediagnostik.htm

Tagħrif ieħor: —

In-numru XA: XA 429/08

L-Istat Membru: L-Irlanda

Ir-reġjun: L-Istat Membru

It-titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li qed tirċievi għajnuna individwali: Cattle Breeding Infrastructure Program

Il-bażi ġuridika: National Development Plan 2007-2013

In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Massimu ta' EUR 1,5 miljun fis-sena

L-intensità massima tal-għajnuna: Sa 70 % tal-ispejjeż eliġibbli

Id-data tal-implimentazzjoni: l-1 ta' Jannar 2009

It-tul ta' żmien tal-iskema jew l-għoti tal-għajnuna individwali: mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2013

L-għan tal-għajnuna: L-Irish Cattle Breeding Federation (il-Federazzjoni Irlandiża tat-Trobbija tal-Bovini, ICBF) se tamministra l-Programm għall-Infrastruttura tat-Trobbija tal-Bovini. Dan il-programm jimmira li jħeġġeġ l-użu ta' valuri xjentifiċi moderni għat-trobbija minn bdiewa li jipproduċu ċ-ċanga u l-ħalib, u b'hekk jikkontribwixxi għall-vijabbiltà fit-tul tagħhom. Dan il-programm jinkludi għadd ta' elementi relatati mal-ittestjar, l-evalwazzjoni ġenetika u l-ġbir tad-dejta u t-tqassim tal-informazzjoni xjentifika.

Il-proġett tal-evalwazzjoni ġenetika jinkludi r-riċerka, ir-reviżjoni u l-iżvilupp tas-sistemi tal-evalwazzjoni ġenetika taċ-ċanga u tal-ħalib li jintużaw fl-Irlanda, l-inkorporazzjoni tad-dejta ġenomika fejn huwa xieraq, it-tnedija tal-evalwazzjonijiet ġodda taċ-ċanga, inkluż ir-reklamar, il-pubblikazzjoni ta' materjal edukattiv, il-korrispondenza bil-posta diretta mal-bdiewa, u l-laqgħat mal-bdiewa u mal-partijiet interessati fl-industrija, bl-għan li l-bdiewa jifhmu aħjar l-indiċi l-ġodda.

L-element tal-Ġbir tad-Dejta u tad-Distribuzzjoni tal-Informazzjoni ta' dan il-program għandu l-għan li jiżviluppa s-sistemi tal-kompjuter, jipprovdi t-taħriġ u jappoġġa l-istabbiliment tal-indiċi taċ-ċanga u tal-ħalib.

Din l-għajnuna hija pprovduta skont l-Artikolu 15(2)(d), 15(2)(e) u 16(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 — għotja ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu u appoġġ għas-settur tat-trobbija tal-bhejjem

Is-settur(i) ikkonċernat(i): Bovini

L-isem u l-indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Department of Agriculture, Fisheries and Food

Agriculture House

Kildare Street

Dublin 2

IRELAND

L-indirizz elettroniku: http://www.agriculture.gov.ie/schemes/NDP_State_Aid/CattleBreedingInfrastructure2009_13.doc