7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/10


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2009/C 31/08)

In-numru tal-XA: XA 350/08

L-Istat Membru: Il-Finlandja

Ir-reġjun: Il-Finlandja

It-titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li qed tirċievi l-għajnuna individwali: Maataloustuotteiden markkinoinnin ja tuotannon avustaminen

Il-bażi ġuridika: Valtionavustuslaki (2001/688) 6-8 §

Valtioneuvoston asetus maataloustuotteiden markkinoinnin ja tuotannon kehittämisen avustamisesta (606/2008)

In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Baġit totali annwali ta' EUR 3 miljun. L-għajnuna għandha tapplika fis-snin ta' bejn l-2009 u l-2013

L-intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Id-data tal-implimentazzjoni:

It-tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali:

L-għan tal-għajnuna: L-għajnuna tingħata lill-assoċjazzjonijiet pubbliċi rreġistrati jew lil entitajiet oħra fis-settur pubbliku. Il-benefiċjarju aħħari huwa l-bidwi li huwa meqjus bħala SME involut fil-produzzjoni primarja.

L-għajnuna hija bbażata fuq l-Artikolu 15

Is-settur/i kkonċernat/i: Il-kodiċi tan-NACE

A1- Il-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba u tal-bhejjem, il-kaċċa u l-attivitajiet relatati ta' servizz

Prodotti tal-Anness I

L-isem u l-indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Maa- ja metsätalousministeriö

PL 30

FI-00023 Valtioneuvosto

Is-sit tal-internet: http://www.mmm.fi/fi/index/etusivu/maatalous/tuet/markkinoinnin_kehittaminen.html

Tagħrif ieħor: L-għajnuna tingħata u tiġi amministrata mill-Ministeru tal-Agrikoltura u tal-Forestrija. L-għajnuna tammonta għal EUR 3 miljun kull sena, jiġifieri għal total ta' EUR 15-il miljun fis-snin 2009 sal-2013, inklużi. L-għajnuna tista' tingħata għall-proġetti nazzjonali l-kbar ta' żvilupp tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, fejn jiġi enfasizzat l-għarfien tal-kwalità tal-prodotti agrikoli, il-kultura tal-ikel, jew drawwiet tajba tal-ikel u l-bdil tal-informazzjoni assoċjata.

Proġett jista' jinvolvi attivitajiet biex jiġu żviluppati l-kummerċjalizzazzjoni u l-produzzjoni, bħall-provvista tal-informazzjoni, l-istudji, it-taħriġ u s-servizzi ta' pariri għall-bdiewa, il-bdil tal-informazzjoni bejn l-operaturi kummerċjali tal-ikel, il-fieri u l-wirjiet. Il-gruppi fil-mira tal-proġett jistgħu jkunu l-bdiewa, il-konsumaturi jew dawk involuti fil-kummerċ tal-ikel bħall-kċejjen professjonali, l-istituzzjonijiet edukattivi, l-esperti fil-midja jew l-esperti tan-nutrizzjoni.

L-għajnuna taħdem b'tali mod li entitajiet li ma jagħmlux profitt jużaw l-għajnuna li jirċievu biex jattivaw gruppi oħra fil-mira bħall-konsumaturi jew proġetti li minnhom jibbenefikaw il-bdiewa. Per eżempju, proġett li jipprovdi informazzjoni fuq il-benefiċċji nutrizzjonali tal-prodott jista' jkollu fil-mira lill-konsumaturi iżda l-bdiewa li jipproduċu l-prodotti inkwistjoni jistgħu wkoll jibbenefikaw b'mod indirett minnu peress li din it-tip ta' informazzjoni tista' żżid il-valur tal-prodott u għalhekk indirettament iżżid ukoll il-konsum tiegħu.

Il-proġetti ma għandhomx isemmu l-oriġini tal-prodott, prodotti jew ditti individwali u għandhom ikunu konformi mal-Att dwar it-Trasferimenti Diskrezzjonali tal-Gvern. Dawn il-miżuri huma maħluqa b'mod li jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda tfixkil tal-kompetizzjoni.

L-intensità tal-għajnuna: L-intensità ta' għajnuna ta' 100 % pprovduta taħt ir-regoli tal-Komunità hija limitata b'Sezzjoni 6 tal-Att Finlandiż dwar it-Trasferimenti Diskrezzjonali tal-Gvern, skont liema l-ħlas ta' kumpens totali huwa possibbli biss fejn ikun iġġustifikat u neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-għajnuna.

Il-pubbliċità

Il-pubbliċità tista' tinvolvi, per eżempju, staġuni u temi tal-ikel li jżidu l-interess tal-konsumaturi fl-ikel li jippromwovi s-saħħa u l-benesseri. Minbarra dan, jistgħu jiġu ppublikati wkoll riċetti fi ktieb elettroniku tat-tisjir jew permezz tal-midja, per eżempju.

Attivitajiet oħra jistgħu ikunu aġġornamenti, laqgħat, żjajjar u wirjiet fuq suġġetti attwali li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni tal-ikel agrikolu għall-ġurnalisti tal-ikel, tal-konsumaturi jew tal-finanzi u għall-iskejjel.

Siti tal-internet u materjali ta' studju fuq l-internet (li jistgħu jkunu wkoll stampati) jistgħu wkoll jiġu żviluppati, u jfornu informazzjoni, per eżempju, fuq il-produzzjoni, l-ipproċessar, il-karatteristiċi u l-użu tal-għasel.

Il-“kampanja tal-infermiera” għandha l-għan li ttejjeb it-tagħrif dwar nutrizzjoni bnina min-naħa tal-infermiera tas-saħħa pubblika u tal-ġenituri u li trawwem aġir nutrizzjonali għall-familji bit-tfal billi jiġu pprovduti l-informazzjoni u l-għodda li jappoġġaw għażliet tal-ikel li jippromwovu s-saħħa u l-benesseri.

Il-kantins tal-iskejjel u oħrajn simili jistgħu jipprovdu informazzjoni fuq kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-użu tal-prodotti organiċi. Il-pubbliċità tistà tkun teħtieġ ukoll diversi studji ta' riċerka bħal xogħol ta' strateġija, riċerka tas-suq jew ħarġiet ta' studju.

It-taħriġ

It-taħriġ tal-bdiewa jinkludi taħriġ dwar il-ġbir tal-faqqiegħ u tal-frott iż-żgħir, li jinvolvi per eżempju l-eżami dwar żewġ sa erba' pjantiet jew faqqigħat kull darba, u dawk li jgħaddu mill-eżami b'suċċess titniżżlilhom nota fuq il-'kard tagħhom għall-ġbir tal-faqqiegħ u tal-frott iż-żgħir'. Il-korsijiet ta' taħriġ dwar il-ġbir tal-faqqiegħ u tal-frott iż-żgħir jistgħu jiġu organizzati biss f'dawk iż-żminijiet tas-sena meta l-prodotti li jkun qed isir l-istudju dwarhom ikunu jinstabu fis-selvaġġ.

Il-bdiewa jeħtieġu informazzjoni, per eżempju, fuq il-karatteristiċi tal-prodotti organiċi sabiex ikunu jistgħu jiżviluppaw il-produzzjoni. Sabiex jiġi promoss dan il-għan, it-taħriġ se jiġi organizzat f'kollaborazzjoni mal-entitajiet industrijali.

Il-bdil tal-informazzjoni

Il-bdil tal-informazzjoni jista' jinvolvi l-organizzazzjoni ta' fieri, preżentazzjonijiet, kompetizzjonijiet jew attivitajiet oħra li jippromwovu l-bdil tal-informazzjoni bejn l-operaturi tal-industrija tal-ikel, u l-parteċipazzjoni fihom.

Il-pariri

L-għajnuna tista' tingħata wkoll lis-servizzi ta' pariri għall-bdiewa.

Numru XA: XA 353/08

Stat Membru: Il-Finlandja

Reġjun: Il-pajjiż kollu

It-titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li titċievi l-għajnuna individwali: Elintarviketalouden laatujärjestelmien kehittäminen

Bażi ġuridika: Valtionavustuslaki (688/2001), Valtioneuvoston asetus elintarviketalouden laatujärjestelmien kehittämisen avustamisesta (638/2008)

Nefqa annwali prevista skont l-iskema: EUR 1,2 miljuni/sena. L-għajnuna għandha tapplika fis-snin ta' bejn l-2009 u l-2013

L-intensità massima tal-għajnuna: L-intensità ta' għajnuna ta' 100 % pprovduta taħt ir-regoli tal-Komunità hija limitata b'Sezzjoni 6 tal-Att Finlandiż dwar it-Trasferimenti Diskrezzjonali tal-Gvern, skont liema l-ħlas ta' kumpens totali huwa possibbli biss fejn ikun iġġustifikat u neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-għajnuna

Id-data tal-implimentazzjoni:

Tul ta' żmien ta' l-iskema ta' għajnuna:

L-għan tal-għajnuna: L-għajnuna tingħata lill-assoċjazzjonijiet pubbliċi rreġistrati u lill-organizzazzjonijiet, awtoritajiet governattivi jew lil entitajiet oħra fis-settur pubbliku. Il-benefiċjarju aħħari huwa l-bidwi li huwa meqjus bħala SME involut fil-produzzjoni primarja.

L-iskema hija skont l-Artikolu 15(2)(a), (c), (d) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Is-settur(i) konċernat(i): Il-kodiċi NACE

A1- Il-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba' u tal-bhejjem, il-kaċċa u l-attivitajiet relatati ta' servizz

Prodotti tal-Anness I

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Maa- ja metsätalousministeriö

PL 30

FI-00023 Valtioneuvosto

Websajt: http://www.laatuketju.fi/laatuketju/www/fi/hankkeet/index.php

www.finlex.fi

Tagħrif ieħor: L-għajnuna tingħata u tiġi amministrata mill-Ministeru tal-Agrikoltura u tal-Forestrija. L-għajnuna tammonta għal EUR 1,2 miljun kull sena, iġifieri għal total ta' EUR 6 miljun fis-snin 2009 sal-2013, inklużi. L-għajnuna tista' tingħata għall-proġetti ta' żviluppi nazzjonali li timplimenta l-istrateġija tal-kwalità tal-ikel ikkoordinata mill-Ministeru għall-Agrikoltura u l-Forestrija. Il-proġetti għandhom itejbu l-kompettività tal-industrija tal-ikel, issaħħu l-kontabbilità soċjali tagħha (li tinkludi l-iżvilupp ta' sistemi ta' traċċabilità u tal-konformità ma' politiki etiċi) u jżidu l-għarfien tal-konsumatur tal-attivitajiet tal-industrija tal-ikel.

Jista' jiġi implimentat proġett fil-forma ta' miżuri sew biex titjib il-kwalità tal-prodotti tal-ikel primarju jew tat-tħaddim jew biex titjib il-kwalità tal-ikel jew tal-attivitajiet, eżempji huma l-provvista tal-informazzjoni, studji, taħriġ u parriri lill-produtturi jew l-organizzazzjoni tal-bdil tal-informazzjoni bejn dawk li jaħdmu fl-industrija tal-ikel primarju. Il-gruppi fil-mira tal-proġett jistgħu jinkludu produtturi agrikoli, il-konsumaturi jew dawk involuti fil-kummerċ tal-ikel bħall-kċejjen professjonali, l-istituzzjonijiet edukattivi, l-esperti fil-midja jew l-esperti tan-nutrizzjoni. Il-benefiċjarju aħħari huwa l-bidwi li huwa meqjus bħala SME involut fil-produzzjoni primarja.

Is-sistema ta' għajnuna taħdem b'tali mod li l-benefiċjarji (assoċjazzjonijiet reġistrati u organizzazzjonijiet, istituti ta' riċerka, awtoritajiet governattivi u entitajiet pubbliċi oħra) jużaw l-appoġġ provdut biex jiġu implimentati proġetti nazzjonali l-aktar għal benefiċċju tal-katina tal-ikel kollha. Per eżempju, proġetti li jippublikaw ix-xogħol imwettaq biex titjieb il-kwalità tal-prodott f'tali settur ta' produzzjoni jistgħu jolqtu il-konsumaturi. Madankollu, barra il-konsumaturi, il-proġett jista' indirettament jibbenefikaw l-bdiewa li jipproduċu l-prodotti inkwistjoni. Din it-tip ta' informazzjoni tista' żżid il-kunfidenza sew fil-produzzjoni u sew fil-prodott u fl-istess waqt iżżid il-valur tal-prodott, biex b'hekk jiżdied il-kunsum tiegħu.

Il-proġetti ma għandhomx isemmu l-oriġini tal-prodott, prodotti jew ditti individwali u għandhom ikunu konformi mal-Att dwar it-Trasferimenti Diskrezzjonali tal-Gvern. Dawn il-miżuri huma maħluqa b'mod li jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda tfixkil tal-kompetizzjoni.

L-intensità ta' għajnuna ta' 100 % pprovduta taħt ir-regoli tal-Komunità hija limitata b'Sezzjoni 6 tal-Att Finlandiż dwar it-Trasferimenti Diskrezzjonali tal-Gvern, skont liema l-ħlas ta' kumpens totali huwa possibbli biss fejn ikun iġġustifikat u neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-għajnuna.

Il-pubbliċità

Il-pubbliċità tista' ma tinkludix ir-reklamar.

L-attivitajiet li ġejjien jikkostitwixxu publiċità awtorizzata:

artikoli tal-midja u stqarrijiet (eż fuq meżżi ġodda biex jiżguraw il-benessri tal-bhejjem domestiċi jew fuq sistemi ta' bdil elettronika ta' dejta għall-monitoraġġ tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli);

aġġornamenti, laqgħat, żjajjar u wirjiet fuq suġġetti attwali li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni tal-ikel agrikolu għall-ġurnalisti tal-ikel, tal-konsumaturi jew tal-finanzi u għall-iskejjel;

l-iżvilupp ta' websajts u ta' materjali ta' studju virtwalment, fejn jistgħu ikunu ukoll f'forma stampata (eż. rekwiżiti ta' iġene għal ġbir tal-frott żgħir, jiġi żgurat li l-qmuħ huma ħielsa mill-mard, dispożizzjonijiet ta' benessi tal-bhejjem, prattiċitajiet ta' biedja konsistenti ma żvilupp sostenibbli jew drittijiet tal-konsumatur u stennijiet) u

pubbliċità għall-kċejjen professjonali (canteens fl-iskejjel jew stabbilimenti simili oħra), eż materja dwar ix-xiri ta' prodotti lokali.

Il-pubbliċità tistà teħtieġ ukoll diversi studji ta' bażi bħal xogħol ta' strateġija, riċerka tas-suq jew ħarġiet ta' studju.

It-taħriġ

It-taħriġ għall-prodotturi ta' prodotti agrikoli jista' jinvolvi, per eżempju, taħriġ ta' iġene għal minn jiġbor il-frott żgħir fejn huma jiġu aktar familjarji mal-prattika ta' iġene tajba għall-ġbir u għat-trasport. Jista' ukoll ikopri, per eżempju, spezzjoni għas-saħħa tal-bhejjem u ta' żamma ta' informazzjoni elettronika.

Il-bdil tal-informazzjoni

Il-bdil tal-informazzjoni jista' jinvolvi l-organizzazzjoni ta' preżentazzjonijiet, kompetizzjonijiet jew attivitajiet oħra li jippromwovu l-bdil tal-informazzjoni bejn l-operaturi tal-industrija tal-ikel, u l-parteċipazzjoni fihom.

Il-pariri

L-għajnuna tista' tingħata wkoll lis-servizzi ta' pariri għall-produtturi ta' prodotti agrikoli

Numru: XA 398/08

Stat Membru: Ir-Renju Unit

Reġjun: North-East England

Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li titċievi l-għajnuna individwali: Living North Pennines

Bażi ġuridika: National Heritage Act (1980)

In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: GBP 76 508

L-intensità massima tal-għajnuna: L-intensità ta' għajnuna hija sa 100 %, li għandha tintuża għall-ispejjeż attwali mġarrba għall-investiment jew xogħoljiet kapitali maħsuba għall-konservazzjoni ta' karatteristiċi ta' wirt mhux produttiv tal-impriżi agrikoli. L-għajnuna għandha titħallas f'konformità mal-Art 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Id-data tal-implimentazzjoni: L-iskema se tibda fit-28 ta' Novembru 2008 jew mill-publikazzjoni tal-iskema mill-Kummissjoni Ewropea, skont liema waħda tiġi l-aħħar

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għoti tal-għajnuna individwali: L-iskema se tibda fit-28 ta' Novembru 2008 jew mill-publikazzjoni tal-iskema mill-Kummissjoni Ewropea, skont liema waħda tiġi l-aħħar. Għandha tagħlaq fil-31 ta' Diċembru 2010. L-aħħar ħlas għandu jsir fil-31 ta' Diċembru 2010

L-għan tal-għajnuna: L-għajnuna f'xogħoljiet kapitali hija maħsuba għall-konservazzjoni ta' karatteristiċi ta' wirt mhux produttiv tal-azjendi agrikoli. Ix-xogħol li għandu jsir jinkludi r-restawr tal-ħitan tal-istruttura permezz ta' tiswijiet u tikħil tal-fili tal-istruttura sabiex ma titħalliex taqgħa. Dan huwa f'konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Is-settur(i) konċernat(i): Agrikoltura — In-negozju tal-farm għandu jiġi kklassifikat bħala impriża żgħira jew ta' daqs medju (SME) skont l-Artikolu 2.5 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

L-isem u l-indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Heritage Lottery Fund

St Nicholas Building

St Nicholas Street

NE1 1RF Newcastle Upon Tyne

United Kingdom

Il-korp statutorju responsabbli għall-iskema huwa:

Durham County Council

County Hall

DH1 5UL Durham

United Kingdom

L-organizzazzjoni li qed tħaddem l-iskema hija:

The North Pennines AONB Partnership

Weardale Business Centre

The Old Co-op Building

1 Martin Street

Stanhope

DL13 2UY County Durham

United Kingdom

Websajt: http://www.northpennines.org.uk/getmedia.cfm?mediaid=11391

Tagħrif ieħor: Aktar tagħrif iddettaljat dwar l-eliġibbiltà u r-regoli għall-iskema jinsabu fuq il-ħoloq virtwali li jidhru hawn fuq.