23.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 17/9


Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Olanda abbażi tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi [idrokarbonji]

(2009/C 17/08)

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi b'dan qed javża li rċieva applikazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni għall-estrazzjoni tal-idrokarbonji f'żona fil-provinċja ta' Flevoland u Overijssel iddemarkata mill-punti li ġejjin u mil-linji dritti ta' bejniethom:

Il-punt

X

Y

1

181190,45

528989,35

2

197032,78

528449,33

3

196904,99

521474,81

4

196831,75

518858,62

5

180900,75

519566,48

Il-limitu tal-Lvant bejn il-punti 2 u 3 jikkoinċidi mal-parti tal-Punent tal-awtorizzazzjoni tal-estrazzjoni ta' Schoonebeek.

Il-koordinati huma espressi skont is-sistema ta' triangulazzjoni nazzjonali (“RD”).

Abbażi ta' din id-deskrizzjoni tal-limiti, l-erja tal-wiċċ hija ta' 151,3 km2.

B'referenza għad-Direttiva msemmija fid-daħla u għall-Artikolu 15 tal-Att dwar il-Minjieri (“Mijnbouwwet”) (il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti [“Staatsblad”] 2002, Nru 542), il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi b'dan jistieden lill-partijiet interessati sabiex iressqu applikazzjoni ta' kompetizzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-estrazzjoni tal-idrokarbonji fiż-żona ddemarkata mill-punti u l-koordinati msemmija hawn fuq.

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma mniżżlin fl-Att dwar il-Minjieri (il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti 2002, Nru 542).

L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu fi żmien 13-il ġimgħa mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jintbagħtu lil:

De Minister van Economische Zaken

ter attentie van J.C. De Groot, directeur Energiemarkt

ALP/562

Postbus 20101

2500 EC Den Haag

Nederland

Applikazzjonijiet li jaslu wara tmiem dan il-perjodu mhux se jiġu kkunsidrati.

Deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn tnax-il xahar minn tmiem dan il-perjodu.

Għal aktar informazzjoni ċempel lis-Sur E.J. Hoppel fuq in-numru tat-telefon li ġej: (31-70) 379 77 62.