15.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/89 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finananzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija
2009/C 304/17
WERREJ
|
Paragrafu |
Paġna |
INTRODUZZJONI… |
1-2 |
90 |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI… |
3-12 |
90 |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA… |
13 |
91 |
KWISTJONIJIET OĦRAJN… |
14-17 |
91 |
Tabella… |
92 |
|
Ir-risposti tal-Aġenzija… |
94 |
INTRODUZZJONI
1. |
L-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab f’Lille-Valenciennes, kienet imwaqqfa mir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 (1). L-għan tal-Aġenzija huwa li ttejjeb il-livell ta’ interoperabilità tas-sistemi tal-ferroviji u li tiżviluppa approċċ komuni dwar is-sigurtà sabiex tikkontribwixxi lejn il-ħolqien ta’ settur Ewropew tal-ferroviji aktar kompetittiv b’livell għoli ta’ sigurtà (2). |
2. |
Il-baġit tal-Aġenzija għall-2008 ammonta għal 18-il miljun euro meta mqabbel ma’ 16,6 miljun euro s-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 113 meta mqabbel mas-56 is-sena ta’ qabel. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali tal-Aġenzija (3), li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6). |
Ir-responsabbiltà tad-direttur
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) ta’ struttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-qorti
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u l-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-verifika inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali (11) tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
12. |
Il-kummenti li ġejjin ma jpoġġux f’diskussjoni l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA
13. |
Aktar minn 4,1 miljun euro approprijazzjonijiet ġew trasferiti ’l quddiem għall-2009 (12). Il-verifika ta’ kampjun tal-akbar impenji li l-approprijazzjonijiet korrispondenti tagħhom ġew miġjuba ’l quddiem għall-2009 wriet li dawn kellhom x’jaqsmu ma’ servizzi u xogħolijiet (13) li kienu ordnati tard ħafna fl-2008 u kienu mistennija li jsiru fl-2009. Dan il-livell għoli ta’ approprijazzjonijiet miġjuba ’l quddiem jindika diffikultajiet fl-ipprogrammar u fl-ibbaġitjar tal-attivitajiet tal-Aġenzija. |
KWISTJONIJIET OĦRAJN
14. |
Ir-reviżjoni tal-programm Annwali ta’ Ħidma tal-Aġenzija wriet diversi nuqqasijiet. L-objettivi mhux dejjem huma fformulati b’mod “SMART” (Speċifiċi, li jistgħu jitkejlu, li jistgħu jintlaħqu, rilevanti, f’waqthom) imma pjuttost b’mod fejn mhux possibli li wieħed jidentifika n-nuqqasijiet meta mqabbla mal-objettivi u li wieħed jevalwa l-kisbiet. L-inkonsistenzi fil-preżentazzjoni tal-figuri li għandhom x’jaqsmu mar-riżorsi tal-persunal u tal-baġit allokati għall-attivitajiet ukoll ġew innutati. Din is-sitwazzjoni, flimkien man-nuqqas ta’ indikaturi tal-prestazzjoni, tfixkel l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni annwali tal-Aġenzija. |
15. |
Verifika ta’ kampjun tal-proċeduri tal-akkwist li twettqet matul is-sena wriet dgħufijiet. Ir-rekwiżiti formali stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti ma kinux osservati u evalwati b’mod konsistenti mill-kumitati tal-evalwazzjoni; fil-livell tal-kriterji tal-għażla (żewġ każijiet) (14) u fil-livell tal-kriterji tal-għotja (każ wieħed) (15). Dan fixkel it-trasparenza tal-proċeduri. |
16. |
L-Aġenzija għadha twettaq l-operazzjonijiet tagħha f’żewġ postijiet: Lille u Valenciennes. Kif qalet il-Qorti fir-rapport tagħha għas-sena finanzjarja 2006 (16), din is-sitwazzjoni tesponi lill-Aġenzija għal spejjeż żejda sinifikanti (17) li jistgħu jiġu evitati jekk l-operat kollu jkun ikkonċentrat f’post wieħed. Minn dak in-nhar ’l hawn l-Aġenzija ħadet passi biex tifformalizza ftehim dwar is-sede fejn l-ispejjeż żejda minħabba ż-żewġ postijiet jkunu kumpensati mill-Awtoritajiet Franċiżi. Dawn l-isforzi s’issa għad ma kellhomx suċċess. |
17. |
Fl-2009, l-Aġenzija se tiċċaqlaq għal ġo bini li huwa l-proprjetà tal-muniċipalità ta’ Valenciennes. It-tul tal-kuntratt huwa ta’ 25 sena, sakemm ma jiġix iffirmat ftehim dwar is-sede mal-Ġvern Franċiż. Minħabba li s’issa għadu ma ġie fformalizzat l-ebda ftehim dwar is-sede, l-awtorità tal-baġit (18) illimitat it-tul tal-kuntratt il-ġdid tal-kera għal sena, li jiġġedded awtomatikament għall-massimu ta’ sena oħra. In-nuqqas ta’ ċertezza dwar it-tul tal-kuntratt tfixkel l-ippjanar tal-installazzjoni fil-bini l-ġdid u l-proċeduri ta’ akkwist relatati u, konsegwentement l-ipprogrammar tal-baġit. |
Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
Tabella
L-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (Lille/Valenciennes)
Oqsma ta’ kompetenza Komunitarja stipulati fit-Trattat |
Kompetenzi tal-Aġenzija kif ġie definit fir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
Tmexxija |
Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2008 (Data għall-2007) |
Attivitajiet u servizzi mogħtija fl-2008 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Politika Komuni tat-Trasport Bl-iskop li jwettaq l-Artikolu 70, u filwaqt illi jqis il-fatturi partikolari tat-trasport, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 u wara li jikkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, u l-Kumitat tar-Reġjuni għandu jistabbilixxi:
(L-Artikolu 71 tat-Trattat) |
Objettivi Tikkontribwixxi, fi kwistjonijiet tekniċi, lejn l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja mmirata lejn:
Tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ żona Ewropea tal-ferroviji mingħajr fruntieri u tiggarantixxi livell għoli ta’ sigurtà. |
Kompiti: 1 - Tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar
2 - Tagħti opinjonijiet dwar
3 - Il-Koordinazzjoni tal-korpi nazzjonali
4 - Il-pubblikazzjonijiet u d-databases
|
1 - Il-Bord tat-Tmexxija Jikkonsisti f’rappreżentant minn kull Stat Membru, erba’ rappreżentanti mill-Kummissjoni, u sitt rappreżentanti, mingħajr id-dritt tal-vot, mis-setturi professjonali kkonċernati. 2 - Id-Direttur Maħtur mill-Bord tat-Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni. 3 - Il-Verifika esterna Il-Qorti tal-Awdituri. 4 - L-Awtorità ta’ Kwittanza Il-Parlament, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
Baġit 18-il miljun euro (16,6 miljun euro) Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2008 Karigi elenkati fil-pjan ta’ stabbiliment: 116 (116) Karigi okkupati fil-31.12.2008: 106 (95) Persunal ieħor: 7 (4) Total tal-Persunal: 113 (99) assenjati:
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija. |
IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA
13. |
Mill-4,1 miljun Euro f’approprjazzjonijiet li ġew trasferiti mill-2008 għall-2009, aktar minn 1,5 miljuni jirrigwardaw kuntratti ffirmati fl-aħħar xahrejn tal-2008. L-iffirmar tard huwa konsegwenza ta’ dewmien fil-proċeduri tal-akkwisti u tat-trasferimenti li saru fl-aħħar ta’ Ottubru 2008 wara analiżi tal-eżekuzzjoni tal-baġit. It-2,6 miljuni l-oħra jirrigwardaw kuntratti li jkunu għaddejjin li l-fatturi tagħhom kienu għadhom ma waslux u impenni provviżorji li jkopru l-ispejjeż relatati mal-missjonijiet tal-persunal u ma’ esperti. L-Aġenzija sejra tkompli tagħmel sforzi sabiex ittejjeb l-ippjanar tal-proċeduri ta’ akkwist u l-monitoraġġ tal-eżekuzzjoni tal-baġit matul is-sena. |
14. |
Mill-proċedura tal-baġit tal-2010, l-AFE introduċiet proċess li permezz tiegħu, kemm it-tħejjija tal-baġit annwali kif ukoll il-programm ta’ ħidma huma integrati b’mod sħiħ sabiex tkun assigurata konsistenza massima. Barra minn hekk l-AFE sejra tistinka sabiex tkun dejjem aktar eżatta fid-definizzjoni tal-objettivi, l-attivitajiet u l-iskeda ta’ żmien tagħhom. Mill-2009 ’il quddiem, kwalunkwe bidla sinjifikanti fil-prijoritajiet tiġi rrappurtata lill-Bord Amministrattiv u tiġi riflessa fi proposta biex il-programm ta’ ħidma jiġi emendat skont dan. Barra minn hekk, mill-2009, DĠ TREN talab lill- AFE u lill-aġenziji l-oħra li jaqgħu fil-kamp tiegħu sabiex jiddefinixxu indikaturi ta’ prestazzjoni u jirrappurtaw dwarhom b’mod regolari. |
15. |
Fuq il-bażi tal-analiżi ta’ diffikultajiet li nqalgħu fil-passat fil-qasam tal-akkwisti, ġie stabbilit pjan ta’ azzjoni. L-azzjonijiet jinkludu inter alia taħriġ u għajnuna lill-membri tal-kumitati għall-valutazzjoni u armonizzazzjoni tal-mod kif l-offerti jiġu vvalutati bl-użu ta’ listi ta’ kontroll. |
16. |
L-Aġenzija tagħmel l-isforzi kollha possibbli sabiex tikkonkludi Ftehim dwar is-Sede mal-Istat Ospitu. Madankollu, s’issa ma waslet l-ebda reazzjoni formali għall-proposta tal-AFE għal ftehim. |
17. |
Ara t-tweġiba għal paragrafu 16. Sakemm il-ftehim dwar is-sede ma jiġix iffirmat, l-Aġenzija taqbel li sejra tiffaċċja problemi kbar rigward il-proċeduri ta’ akkwist tagħha, b’mod partikolari rigward dawk relatati mal-bini f’Valenciennes. |
(1) ĠU L 220, 21.6.2004, p. 3.
(2) It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Tiġi ppreżentata għal-skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti ta’ approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludu d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(8) L-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
(9) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.
(10) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifiki (ISSAI).
(11) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fis-26 ta’ Ġunju 2009 u rċevuti mill-Qorti fit-2 ta’ Lulju 2009. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew www.era.europa.eu
(12) Madwar 3,9 miljun euro approprijazzjonijiet trasferiti ’l quddiem għall-2009 għandhom x’jaqsmu ma’ nefqa amministrattiva u operazzjonali. Dan jirrappreżenta 57 % tal-baġit annwali ta’ 6,9 miljun euro għall-Approprijazzjonijiet tat-Titolu II u t-Titolu III.
(13) Dawn għandhom x’jaqsmu fost oħrajn ma’ studji fuq kuntratt, nefqa relatata mal-IT u mal-għammar tal-bini.
(14) Valur totali : 334 000 euro.
(15) Valur: 800 000 euro fuq 4 snin.
(16) Il-paragrafu 8 (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 68).
(17) Fl-2006, dawn l-ispejjeż żejda kienu meqjusa għal aktar minn 400 000 euro.
(18) Ittra mill-President tal-Kumitat tal-Parlament dwar il-Baġits lill-President tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija ddatata is-26 ta’ Novembru 2008, ref D(2008) 67307.