52009PC0707




[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 17.12.2009

KUMM(2009)707 finali

2009/0191 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Islanda u n-Norveġja dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/JHA dwar żieda fil-kooperazzjoni transkonfinali, partikolarment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/JHA dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/JHA dwar żieda fil-kooperazzjoni transkonfinali, partikolarment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali, u l-anness tagħha

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

- Il-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Intern tal-21 ta' Settembru 2009 awtorizza lill-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea biex jiffirma ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Islanda u n-Norveġja dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/JHA dwar żieda fil-kooperazzjoni transkonfinali, partikolarment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/JHA dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/JHA dwar żieda fil-kooperazzjoni transkonfinali, partikolarment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha. Il-Ftehim kien iffirmat mill-Partijiet u l-Islanda kienet l-aħħar firmatarju fit-30 ta' Novembru 2009 u xi dispożizzjonijiet huma applikati proviżorjament minn dik id-data.

- L-iskop tal-Ftehim huwa biex l-Islanda u n-Norveġja jkunu jistgħu jingħaqdu mal-Istati Membri tal-UE fl-iskambju tad-DNA, marki tas-swaba' u dejta tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, l-iskambju tal-informazzjoni f'rabta ma' avvenimenti ewlenin b'dimensjoni transkonfinali u l-għoti ta' informazzjoni bil-għan tal-prevenzjoni ta' offiżi terroristiċi. Skambji simili jsiru fuq il-bażi ta' dik l-hekk imsejħa Deċiżjoni Prüm (Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/JHA) u d-Deċiżjoni li timplimentaha (Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/JHA). Dawn id-deċiżjonijiet għandhom l-għan li jtejbu l-iskambju ta' ċertu tip ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli mill-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità.

****

- L-Unjoni Ewropea tagħti l-appoġġ tagħha lill-Islanda u n-Norveġja fl-isforzi tagħhom biex jipprevjenu u jikkumbattu t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali filwaqt li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, u notevolment il-ħarsien tad-dejta personali. Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Islanda u n-Norveġja dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/JHA dwar żieda fil-kooperazzjoni transkonfinali, partikolarment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/JHA dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/JHA dwar żieda fil-kooperazzjoni transkonfinali, partikolarment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha għandu l-għan li jiżgura r-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali imnaqqxa fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tal-prinċipji tal-proporzjonalità u n-neċessità rigward id-dritt tar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja u l-ħarsien tad-dejta personali kif stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

- L-Artikolu 218(6)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li fil-każ ta' ftehimiet li jkopru l-oqsma li għalihom tapplika l-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim, wara li jkun kiseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew

****

- Il-Kummissjoni għalhekk tirrakkomanda lill-Kunsill, wara li jikseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew, li jadotta deċiżjoni li tikkonkludi l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Islanda u n-Norveġja dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/JHA dwar żieda fil-kooperazzjoni transkonfinali, partikolarment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/JHA dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/JHA dwar żieda fil-kooperazzjoni transkonfinali, partikolarment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha.

2009/0191 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropew u l-Islanda u n-Norveġja dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/JHA dwar żieda fil-kooperazzjoni transkonfinali, partikolarment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/JHA dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/JHA dwar żieda fil-kooperazzjoni transkonfinali, partikolarment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali, u l-anness tagħha

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 82(1)(d) u 87(2)(a), flimkien mal-Artikolu 218 (6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew[1],

Billi:

1. Fl-24 ta' Ottubru 2008, il-Kunsill awtorizza lill-Presidenza tal-Kunsill, assistita mill-Kummissjoni, biex tiftaħ negozjati għal Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Islanda u n-Norveġja dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/JHA dwar żieda fil-kooperazzjoni transkonfinali, partikolarment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/JHA dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/JHA dwar żieda fil-kooperazzjoni transkonfinali, partikolarment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha.

2. F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/XXX/JHA tal-21 ta' Settembru 2009[2] il-Ftehim kien iffirmat fit-30 ta' Novembru 2009, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

3. F'konformità mal-Artikolu 8 xi dispożizzjonijiet tal-Ftehim jiġu applikati fuq bażi proviżorja, mid-data tal-firma.

4. Il-Ftehim għadu ma ġiex konkluż. Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, il-proċeduri li jridu jiġu segwiti għal dan il-għan mill-Unjoni Ewropea huma rregolati bl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

5. Il-Ftehim għandu jiġi konkluż.

6. [F'konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-qasam tal-Libertà, Sigurtà u Ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.]

7. F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, u mhijiex marbuta b'dan il-Ftehim jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Islanda u n-Norveġja dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/JHA dwar żieda fil-kooperazzjoni transkonfinali, partikolarment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/JHA dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/JHA dwar żieda fil-kooperazzjoni transkonfinali, partikolarment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha huwa hawnhekk konkluż.

It-test tal-Ftehim li għandu jiġi konkluż huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna li jkollha s-setgħa li tipproċedi, f'isem l-Unjoni Ewropea, għad-depożitu tal-istrument ta' approvazzjoni previst fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim, sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni Ewropea li tintrabat bil-Ftehim.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-adozzjoni tagħha. Hija għandha tkun ippubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjail tal-Unjoni Ewropea .

Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tkun pubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Magħmul fi Brussell, 17.12.2009.

Għall-Kunsill

Jacques BARROT Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

.

[1] ĠU C , , p. .

[2] Għadu mhux ippubblikat.