Proposta għal regolament tal-Kunsill li temporanjament jirtira l-arranġament ta’ inċentivi speċjali għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba prevista skont ir-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 fir-rigward għar-Repubblika Soċjalista ta’ Sri Lanka /* KUMM/2009/0671 finali - NLE 2009/0179 */
[pic] | KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 15.12.2009 KUMM(2009)671 finali 2009/0179 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li temporanjament jirtira l-arranġament ta’ inċentivi speċjali għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba prevista skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 fir-rigward għar-Repubblika Soċjalista ta’ Sri Lanka MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. L-arranġament ta’ inċentiva speċjali għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba (“GSP+”), approvat fi ħdan is-sistema ġeneralizzata ta' preferenzi, jipprovdi preferenzi addizzjonali tat-tariffi għal pajjiżi vulnerabbli li qed jiżviluppaw li jirratifikaw u jimplimentaw b’mod effettiv ċerti konvenzjonijiet internazzjonali bażiċi dwar id-drittijiet umani u tax-xogħol, il-protezzjoni ambjentali u l-governanza tajba. 2. Ir-Repubblika Soċjalista Demokratika tas-Sri Lanka ("Sri Lanka") hija pajjiż benefiċjarju tal-GSP+. 3. Il-benefiċċji tal-GSP+ jingħataw u jinżammu sakemm il-pajjiżi benefiċjarji jilħqu l-kundizzjonijiet għal eliġibilità stabbilita skont l-Artikolu 8 tar-Regolament GSP (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008, ir-Regolament applikabbli għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011). Skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament GSP, il-benefiċċji jistgħu jitneħħew temporanjament, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta’ ċerti prodotti li joriġinaw f'pajjiż benefiċjarju "b’mod partikolari jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma għadhiex tinkorpora dawk il-konvenzjonijiet imsemmija fl-Anness III li ġew ratifikati bi twettiq tar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 8(1) u (2) jew jekk dik il-leġiżlazzjoni mhijiex implimentata b’mod effettiv.” Skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 (ir-Regolament GSP għall-perjodu 2005-2008), meta l-Kummissjoni tirċievi informazzjoni li tista’ tiġġustifika tneħħija temporanja u meta l-Kummissjoni tikkunsidra li hemm bażijiet biżżejjed għall-investigazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tiftaħ investigazzjoni. 4. Il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprevedi l-bidu ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 fir-rigward tal-implimentazzjoni effettiva ta’ ċerti konvenzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sri Lanka f’Ottubru 2008. 5. Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni u adottat Rapport bis-sejbiet ta' din fid-19 ta' Ottubru 2009. F’dan ir-Rapport, il-Kummissjoni rrevediet għad ta’ aspetti distintivi ta’ implimentazzjoni effettiva tat-tliet konvenzjonijiet, b’fokus partikolari fuq dawk l-obbligi li kienu fost l-obbligi tad-drittijiet umani l-iktar importanti u fundamentali stabbiliti f’dawk il-konvenzjonijiet, u meta fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, kienu kkonċentrati ħafna mill-problemi fl-implimentazzjoni effettiva. Fuq il-bażi tal-fatti u l-informazzjoni disponibbli, fosthom il-materjali u l-informazzjoni rilevanti provduti mis-Sri Lanka (għalkemm barra l-kuntest formali tal-investigazzjoni), dan ir-Rapport ikkonkluda li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tas-Sri Lanka li tinkorpora konvenzjonijiet internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, b'mod partikolari il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Kastigi Krudili, Inumani jew Degradanti oħrajn u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, mhix qed tiġi implimentata b'mod effettiv. L-irtirar temporanju tal-preferenzi tat-tariffi addizzjonali taħt il-GSP+ fir-rigward tal-prodotti kollha li oriġinaw fis-Sri Lanka għalhekk huwa neċessarju. 6. Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament GSP, fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li huwa meħtieġ l-irtirar temporanju, hi għandha tressaq proposta lill-Kunsill, li għandu jiddeċiedi fi żmien xahrejn b’maġġoranza kkwalifikata dwar proposta mill-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill jiddeċiedi favur l-irtirar temporanju, ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ sitt xhur wara tkun ittieħdet id-deċiżjoni. Jekk il-qagħda tinbidel biżżejjed qabel dan sabiex ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-irtirar temporanju ma jkomplux, il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq il-bażi ta' proposta tal-Kummissjoni, jista’ jiddeċiedi li jirrevedi din id-deċiżjoni. 7. Il-qagħda għandha għalhekk tinżamm taħt reviżjoni, biex tiffaċilità l-istabbiliment mill-ġdid tal-benefiċċji tal-GSP+ għal prodotti li joriġinaw fis-Sri Lanka jekk in-nuqqasijiet ta' implimentazzjoni effettiva identifikata waqt l-investigazzjoni jiġu indirizzati suffiċjentement. Fil-perjodu kopert bir-Regolament kurrenti GSP ( jiġifieri sal-31 ta’ Diċembru 2011), l-istabbiliment mill-ġdid tal-benefiċċji GSP+ jista’ jkun possibbli permezz ta’ deċiżjoni oħra min-naħa tal-Kunsill, ibbażata fuq proposta mill-Kummissjoni. 8. Wara li tkompliet l-investigazzjoni, il-Gvern tas-Sri Lanka pprovda il-Kummissjoni b’għadd ta’ osservazzjonijiet fir-rigward tar-Rapport tal-Kummissjoni. Is-servizzi tal-Kummissjoni rrevedew il-materjali u l-argumenti fattwali ppreżentati u waslu għall-konklużjoni li ma jaffettwawx il-validità tas-sejbiet tal-investigazzjoni li t-tliet Konvenzjonijiet mhumiex implimentati b’mod effettiv bħalissa. Din il-konklużjoni, inkluża l-valutazzjoni tal-punti mqajma mis-Sri Lanka, se jkunu kkomunikati wkoll lis-Sri Lanka qabel mal-Kunsill jiddeċiedi dwar il-proposta preżenti. Barra minn hekk, il-materjal ipprovdut jista’ jitqies li huwa input utli għal iktar djalogu mas-Sri Lanka dwar l-azzjonijiet u l-miżuri meħtieġa biex jiġu indirizzati l-problemi ta’ implimentazzjoni effettiva identifikati fl-investigazzjoni. 2009/0179 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li temporanjament jirtira l-arranġament ta’ inċentiv speċjali għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba previsti għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 fir-rigward tar-Repubblika Soċjalista Demokratika tas-Sri Lanka IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, (KE) Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u Nru 964/2007[1], u b’mod partikolari l-Artikolu 19(4) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008, b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 10(6) tiegħu, ir-Repubblika Demokratika Soċjalista ta’ Sri Lanka (minn hawn il-quddiem “is-Sri Lanka”) huwa l-pajjiż benefiċjarju ta’ arranġament ta’ inċentiva speċjali għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba mogħtija fi ħdan l-iskema tal-Komunità tas-sistema ġeneralizzata ta’ preferenzi. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/938/KE tad-9 ta’ Diċembru 2008[2], li tinkludi s-Sri Lanka fil-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji li jikkwalifikaw għall-arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u governanza tajba, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011, innutat li s-sodifazzjon tas-Sri Lanka tal-kriterji li jikkwalifikaw għall-arranġament dwar it-tliet konvenzjonijiet tad-drittijiet umani kien is-suġġett ta’ investigazzjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005[3]. (3) Rapporti, dikjarazzjonjiet u informazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll materjali u l-informazzjoni rilevanti disponibbli għall-pubbliku minn sorsi oħra rilevanti, inklużi organizzazzjonijiet non-govermentali, disponibbli għall-Kummissjoni ikkonkluda li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tas-Sri Lanka li tinkorpora konvenzjonijiet internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, b'mod partikolari il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Kastigi Krudili, Inumani jew Degradanti oħrajn u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, mhix qed tiġi implimentata b'mod effettiv. It-tliet konvenzjonijiet imsemmija huma mniżżla bħala konvenzjonijiet tad-drittijiet umani rispettivament fil-punti 1,5 u 6 tal-Anness III, Parti A tar-Regolament (KE) Nru 732/2008. (4) (15) L-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 732/2008 jistipula l-irtirar temporanju tal-arranġament speċjali tal-inċentiv għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba mogħtija skont dak ir-Regolament, b’mod partikolari meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali li tinkorpora dawk il-konvenzjonijiet imsemmija fl-Anness III tar-Regolament li ġew ratifikati bi twettiq tar-rekwiżiti tal-Artikolu 8(1) u (2), huwiex implimentat b’mod effettiv. (5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissoni 2008/803/KE[4], għandha tibda investigazzjoni sabiex tistabbilixxi jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali tar-Repubblika Soċjalista Demokratika tas-Sri Lanka, li tinkorpora l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Kastigi Krudili, Inumani jew Degradanti oħrajn, u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, hijiex implimentata b'mod effettiv. (6) Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni pprovdiet s-Sri Lanka b’kull opportunità biex tikkopera fl-investigazzjoni, inkluż li tipprovdi s-Sri Lanka bl-opportunità li tikkummenta dwar is-sejbiet komprensivi ta’ esperti fdati mill-Kummissjoni biex jipprovdu valutazzjoni legali indipendenti tal-kwistjonijiet li qed jiġu investigati. Minkejja l-fatt li s-Sri Lanka ddeċidiet li ma tikkoperax ma’, jew tipparteċipa fl-investigazzjoni, il-Kummissjoni żammet kuntatt regolari mas-Sri Lanka barra l-ambitu tal-investigazzjoni sabiex tiffaċilita li s-Sri Lanka tkun tista’ tgħarraf lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti għall-investigazzjoni. L-informazzjoni li waslet f’dan il-kuntest mis-Sri Lanka tqieset bis-sħiħ min-naħa tal-Kummissjoni u kkontribwiet biex tinforma l-valtuazzjoni tagħha kif inhi fir-Rapport tal-Kummissjoni. (7) Fid-19 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni approvat Rapport bis-sejbiet tagħha. Dan ir-rapport jikkonkludi li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tas-Sri Lanka li tinkorpora konvenzjonijiet internazzjonali tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Kastigi Krudili, Inumani jew Degradanti oħrajn, u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, mhijiex implimentata b'mod effettiv. (8) Is-Sri Lanka ġiet provduta bir-Rapport li kien fih is-sejbiet tal-investigazzjoni u fakkret li dawk is-sejbiet kostitwixxew il-bażi li fuqha l-Kummissjoni kien beħsiebha tiddeċiedi jekk għandhiex tirrakkomanda l-irtirar temporanju tal-arranġament speċjali tal-inċentiv għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba. Is-Sri Lanka ingħatat perjodu fejn tkun tista’ tagħmel rappreżentazzjonijiet fuq din il-kwistjoni jew speċifikament fir-rigward tar-Rapport tal-Kummissjoni. (9) Is-Sri Lanka pprovda lil-Kummissjoni b’għadd ta’ osservazzjonijiet fir-rigward tas-suġġett tar-Rapport u l-kondotta tal-investigazzjoni. Dawn l-osservazzjonijiet koprew ukoll il-fatti u s-sejbiet dwar liema s-Sri Lanka ingħata l-opportunità tikkummenta waqt l-investigazzjoni iżda din ma kkummentatx. Il-Kummissjoni madankollu ikkunsidrat l-osservazzjonijiet tas-Sri Lanka bir-reqqa u b’mod partikolari dawk rilevanti mal-kuntest tad-deċiżjoni fuq irtirar temporanju. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar liema ġiet infurmata s-Sri Lanka, wasslet għall-konklużjoni li l-ebda mill-argumenti tas-Sri Lanka ma setgħu jibdlu s-sejbiet tal-investigazzjoni b’mod sostantiv. (10) Il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport tagħha dwar is-sejbiet tal-investigazzjoni lill-Kumitat ta' Preferenzi Ġenerali fis-17 ta’ Novembru 2009 skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3281/2008. (11) Fid-dawl ta’ dan li ġej, l-arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba għandu jitneħħa temporanjament għall-prodotti kollha li jorġinaw fis-Sri Lanka, sakemm ma jkunx deċiż li r-raġunijiet li jiġġustifikaw it-tneħħija temporanja ma jgħoddux iktar. (12) Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ sitt xhur wara l-adozzjoni tiegħu, sakemm ma jiġix deċiż qabel dan, fuq proposta mill-Kummissjoni, li r-raġunijiet li jiġġustifikawh ma jgħoddux aktar, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba għandu jitneħħa temporanjament għall-prodotti kollha li jorġinaw fis-Sri Lanka previsti fir-Regolament (KE) Nru 732/2008 huwa irtirat temporanjament. Artikolu 2 Fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 732/2008, il-Kunsill filwaqt li aġixxa b’maġġornaza kkwalifikata, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jistabblixxi mill-ġdid l-arranġament ta’ inċentiv speċjali għal prodotti li joriġinaw fis-Sri Lanka, jekk ir-raġunijiet li jiġġustifikaw irtirar temporanju ma jgħoddux aktar. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ sitt xhur wara d-data tal-adozzjoni tiegħu, sakemm il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19(5) tar-Regolament (KE) Nru 732/2008 ma jiddeċidix mod ieħor qabel dan. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI GĦANDHOM IMPATT FUQ IL-BAĠIT ESKLUSSIVAMENT LIMITAT GĦAN-NAĦA TAD-DĦUL 1. ISEM IL-PROPOSTA: Ir-REGOLAMENT TAL-KUNSILL li temporanjament jirtira l-arranġament ta’ inċentiv speċjali għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba previsti għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 fir-rigward tar-Repubblika Soċjalista Demokratika tas-Sri Lanka 2. LINJI TAL-BAĠIT: Il-Kapitolu u l-Artikolu: Il-Kapitolu 12, l-Artikolu 120 Ammont ibbaġitjat għas-sena kkonċernata: EUR 14 079 700 000 3. IMPATT FINANZJARJU ( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjonijiet finanzjarji ( Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul – l-effett huwa kif ġej: (EUR miljun sa punt deċimali wieħed) Linja baġitarja | Dħul[5] | 2010 | Kapitolu 12 | Impatt fuq ir-riżorsi proprji | +24.3 | Sitwazzjoni wara azzjoni | 2011 | Kapitolu 12 | +58.2 | 4. IL-MIŻURI KONTRA L-FRODI … 5. RIMARKI OĦRAJN L-istima tal-impatt baġitarju hija bbażata fuq id-dejta tal-kummerċ għall-2008 u tassumi li l-GSP standard iktar milli l-preferenzi GSP+ għandhom japplikaw għall-importazzjonijiet mis-Sri Lanka minn Awwissu 2010 u li ma jkun hemm l-ebda bidla sinifikanti fil-volum u l-valur tal-importazzjonijiet affettwati. Jekk dan kien il-każ fl-2008, EUR 77.6 miljun ikunu tħallsu f’dazji. [1] ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1. [2] ĠU L 334, 12.12.2008, p. 90. [3] ĠU L 169, 30.6.2005, p. 1. [4] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2008/803/KE) tal-14 ta' Ottubru 2008 providing for the initiation of an investigation pursuant to Article 18(2) of Council Regulation (EC) No 980/2005 fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ ċerti konvenzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sri Lanka (ĠU L 277, 18.10.2008, p. 34 [5] Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji fuq l-agrikoltura, imposti fuq iz-zokkor, dazji doganali), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % tal-ispejjeż tal-ġbir