52009PC0621

Proposta ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea /* KUMM/2009/0621 finali */

[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 11.11.2009

KUMM(2009)621 finali

Propos ta ta’

D EĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

B’mod konformi mal-Artikolu 6(2) tal-Att anness mat-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda tal-UE, l-adeżjoni ta’ dawn mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju għandha tiġi approvata bil-konklużjoni ta’ protokoll għal dan il-Ftehim. L-istess Artikolu jipprevedi proċedura simplifikata, li fil-qafas tagħha l-protokoll għandu jiġi konkluż mill-Kunsill, li jiddeċiedi b’unanimità f’isem l-Istati Membri, u mill-pajjiż terz ikkonċernat. Din il-proċedura hija bla ħsara għall-kompetenzi tal-Komunità nnifisha.

Fit-23 ta’ Ottubru 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja mat-Tuneżija, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, protokoll li jemenda l-Ftehimiet li ġew konklużi bejn il-Komunità Ewropea u l-pajjiżi terzi, b’mod partikolari l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Tuneżija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda mal-UE.

In-negozjati mat-Tuneżija ġew iffinalizzati, għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni. It-Tuneżija tat l-approvazzjoni tagħha bi skambju ta’ ittri li ntemm fil-25 ta’ Ġunju 2009.

Il-proposta mehmuża tikkonċerna Deċiżjoni tal-Kunsill relatata mal-iffirmar tal-protokoll.

It-test tal-protokoll li ġie nnegozjat mat-Tuneżija huwa anness. L-aspetti l-aktar importanti tal-protokoll jikkonċernaw l-adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Tuneżija u ż-żieda tal-lingwi uffiċjali l-ġodda tal-UE, biex jitqies it-tkabbir tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Kunsill biex japprova l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-protokoll.

Proposta ta’

D EĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 310 tiegħu, flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 300(2) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

billi:

1. Fit-23 ta’ Ottubru 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja mat-Tuneżija, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, protokoll li jemenda l-Ftehimiet konklużi bejn il-Komunità Ewropea u l-pajjiżi terzi, b’mod partikolari l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Tuneżija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda mal-Unjoni Ewropea.

2. Dawn in-negozjati ġew iffinalizzati, għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni.

3. It-test tal-protokoll li ġie nnegozjat mat-Tuneżija jipprevedi, fl-Artikolu 8(2), l-applikazzjoni provviżorja tal-protokoll qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu.

4. Huwa xieraq li jiġi ffirmat il-protokoll u li jiġi applikat b’mod provviżorju, sakemm jitwettqu l-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea għandha tiġi approvata f’isem il-Komunità, b’kundizzjoni li jiġi konkluż il-protokoll imsemmi.

It-test tal-protokoll għandu jiġi mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-president tal-Kunsill huwa awtorizzat li jaħtar il-persuna(i) li tkun (ikunu) awtorizzata(i) li tiffirma (jiffirmaw), f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, il-protokoll tal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Il-protokoll għandu jiġi applikat b’mod provviżorju mill-ewwel ta’ Jannar 2007, b’kundizzjoni li jiġi konkluż f’data ulterjuri.

Magħmula fi […], […]

Għall-Kunsill

Benita FERRERO-WALDNER Membru tal-Kummissjoni

ANNE SS

għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea.

Ir-Renju tal-Belġju,

Ir-Repubblika tal-Bulgarija,

Ir-Repubblika Ċeka,

Ir-Renju tad-Danimarka,

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja,

Ir-Repubblika tal-Estonja,

Ir-Repubblika Ellenika,

Ir-Renju ta’ Spanja,

Ir-Repubblika Franċiża,

L-Irlanda,

Ir-Repubblika Taljana,

Ir-Repubblika ta’ Ċipru,

Ir-Repubblika tal-Latvja,

Ir-Repubblika tal-Litwanja,

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu,

Ir-Repubblika tal-Ungerija,

Ir-Repubblika ta’ Malta,

Ir-Renju tal-Olanda,

Ir-Repubblika tal-Awstrija,

Ir-Repubblika tal-Polonja

Ir-Repubblika Portugiża,

Ir-Rumanija,

Ir-Repubblika tas-Slovenja,

Ir-Repubblika Slovakka,

Ir-Repubblika tal-Finlandja,

Ir-Renju tal-Iżvezja,

Ir-Renju-Unit tal-Gran-Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq,

(aktar ’il quddiem imsejħin “l-Istati Membri tal-KE”),

irrappreżentati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

u

il-Komunità Ewropea,

(aktar ’il quddiem imsejħa “il-Komunità”),

irrappreżentata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea,

minn naħa waħda

u

Ir-Repubblika tat-Tuneżija,

(aktar ’il quddiem imsejħa “it-Tuneżija”)

min-naħa l-oħra

billi:

5. Il-Ftehim Ewro-Mediterranju konkluż bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, aktar ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Ewro-Mediterranju”, ġie ffirmat fi Brussell fis-17 ta’ Lulju 1995, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 1998 u b’mod partikolari ġie emendat mill-protokoll tal-31 ta’ Mejju 2005 li ġie stabbilit biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea[1] u mid-Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Tuneżija tat-28 ta’ Lulju 2006 li temenda l-protokoll Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti li joriġinaw” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva[2].

6. It-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (aktar ’il quddiem imsejjaħ “it-Trattat ta’ adeżjoni”) ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ April 2005 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007.

7. B’mod konformi mal-Artikolu 6(2) tal-Att anness mat-Trattat ta’ adeżjoni, l-adeżjoni tal-partijiet kontraenti l-ġodda mal-Ftehim Ewro-Mediterranju hija approvata permezz tal-konklużjoni ta’ protokoll għal dan il-Ftehim.

8. Il-konsultazzjonijiet previsti fl-Artikolu 23(2) tal-Ftehim Ewro-Mediterranju ppermettew li jiġi żgurat li jitqiesu l-interessi reċiproki tal-Komunità u tat-Tuneżija.

9. It-Tuneżija ddeċidiet, bid-Digriet Nru 2007-995 tal-24 ta’ April 2007, li tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Ewro-Mediterranju għar-Repubblika tal-Bulgarija u għar-Rumanija mill-1 ta’ Jannar 2007,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jsiru partijiet kontraenti tal-Ftehim Ewro-Mediterranju konkluż bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, u għandhom jieħdu nota u jadottaw rispettivament, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra tal-Komunità, it-testi tal-Ftehim u tad-dikjarazzjonijiet komuni, dikjarazzjonijiet u skambji ta’ ittri.

KAPITOLU I

EMENDI MAGĦMULA LIT-TEST TAL-FTEHIM EWRO-MEDITERRANJU U B’MOD PARTIKOLARI LILL-ANNESSI U L-PROTOKOLLI TIEGĦU

Artikolu 2 (Regoli ta’oriġini)

Il-protokoll Nru 4 huwa emendat skont kif ġej:

1. Fl-Artikolu 3(1), u fl-Artikolu 4(1), ir-referenza għall-Istati Membri l-ġodda għandha titħassar.

2. L-Anness IVa huwa emendat skont kif ġej:

Verżjoni Bulgara

Износителят на продуктите, обхванати от този документ (митническо разрешение № … (1)) декларира, че освен кьдето ясно е отбелязано друго, тези продукти са с … преференциален произход (2).

Verżjoni Spanjola

El exportador de los productos incluidos en el presente documento (autorización aduanera n° .. …(1).) declara que, salvo indicación en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial . …(2).

Verżjoni Ċeka

Vývozce výrobků uvedených v tomto dokumentu (číslo povolení …(1)) prohlašuje, že kromě zřetelně označených, mají tyto výrobky preferenční původ v …(2).

Verżjoni Daniża

Eksportøren af varer, der er omfattet af nærværende dokument, (toldmyndighedernes tilladelse nr. ...(1)), erklærer, at varerne, medmindre andet tydeligt er angivet, har præferenceoprindelse i ...(2).

Verżjoni Ġermaniża

Der Ausführer (Ermächtigter Ausführer; Bewilligungs-Nr. ...(1)) der Waren, auf die sich dieses Handelspapier bezieht, erklärt, dass diese Waren, soweit nicht anderes angegeben, präferenzbegünstigte ...(2) Ursprungswaren sind.

Verżjoni Estonjana

Käesoleva dokumendiga hõlmatud toodete eksportija (tolliameti kinnitus nr. ...(1)) deklareerib, et need tooted on ...(2) sooduspäritoluga, välja arvatud juhul kui on selgelt näidatud teisiti.

Verżjoni Griega

Ο εξαγωγέας των προϊόντων που καλύπτονται από το παρόν έγγραφο (άδεια τελωνείου υπ΄αριθ. ...(1)) δηλώνει ότι, εκτός εάν δηλώνεται σαφώς άλλως, τα προϊόντα αυτά είναι προτιμησιακής καταγωγής ...(2).

Verżjoni Ingliża

The exporter of the products covered by this document (customs authorization No ...(1)) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of ...(2) preferential origin.

Verżjoni Franċiża

L'exportateur des produits couverts par le présent document (autorisation douanière n° ...(1)) déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l'origine préférentielle ... (2).

Verżjoni Taljana

L'esportatore delle merci contemplate nel presente documento (autorizzazione doganale n… (1)) dichiara che, salvo indicazione contraria, le merci sono di origine preferenziale ...(2).

Verżjoni Latvjana

Eksportētājs produktiem, kuri ietverti šajā dokumentā (muitas pilnvara Nr. …(1)), deklarē, ka, iznemot tur, kur ir citādi skaidri noteikts, šiem produktiem ir priekšrocību izcelsme no …(2).

Verżjoni Litwana

Šiame dokumente išvardintų prekių eksportuotojas (muitinès liudijimo Nr …(1)) deklaruoja, kad, jeigu kitaip nenurodyta, tai yra …(2) preferencinès kilmés prekés.

Verżjoni Ungeriża

A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: …(1)) kijelentem, hogy eltérő jelzés hianyában az áruk kedvezményes …(2) származásúak.

Verżjoni Maltija

L-esportatur tal-prodotti koperti b’dan id-dokument (awtorizzazzjoni tad-dwana nru. …(1)) jiddikjara li, ħlief fejn indikat b’mod ċar li mhux hekk, dawn il-prodotti huma ta’ oriġini preferenzjali …(2).

Verżjoni Olandiża

De exporteur van de goederen waarop dit document van toepassing is (douanevergunning nr. ...(1)), verklaart dat, behoudens uitdrukkelijke andersluidende vermelding, deze goederen van preferentiële ... oorsprong zijn (2).

Verżjoni Pollakka

Eksporter produktów objętych tym dokumentem (upoważnienie władz celnych nr …(1)) deklaruje, że z wyjątkiem gdzie jest to wyraźnie określone, produkty te mają …(2) preferencyjne pochodzenie.

Verżjoni Portugiża

O exportador dos produtos cobertos pelo presente documento (autorização aduaneira n°. ...(1)), declara que, salvo expressamente indicado em contrário, estes produtos são de origem preferencial ...(2).

Verżjoni Rumena

Exportatorul produselor ce fac obiectul acestui document (autorizaţia vamală nr. …(1)) declară că, exceptând cazul în care în mod expres este indicat altfel, aceste produse sunt de origine preferențială …(2).

Verżjoni Slovena

Izvoznik blaga, zajetega s tem dokumentom (pooblastilo carinskih organov št …(1)) izjavlja, da, razen če ni drugače jasno navedeno, ima to blago preferencialno …(2) poreklo.

Verżjoni Slovakka

Vývozca výrobkov uvedených v tomto dokumente (číslo povolenia …(1)) vyhlasuje, že okrem zreteľne označených, majú tieto výrobky preferenčný pôvod v …(2).

Verżjoni Finlandiża

Tässä asiakirjassa mainittujen tuotteiden viejä (tullin lupa n:o ...(1)) ilmoittaa, että nämä tuotteet ovat, ellei toisin ole selvästi merkitty, etuuskohteluun oikeutettuja ... alkuperätuotteita (2).

Verżjoni Żvediża

Exportören av de varor som omfattas av detta dokument (tullmyndighetens tillstånd nr. ...(1)) försäkrar att dessa varor, om inte annat tydligt markerats, har förmånsberättigande ... ursprung (2).

Verżjoni Għarbija

[pic]

3. L-Anness IVb huwa emendat skont kif ġej :

Verżjoni Bulgara

Износителят на продуктите, обхванати от този документ (митническо разрешение № … (1)) декларира, че освен кьдето ясно е отбелязано друго, тези продукти са с … преференциален произход (2).

- kumulazzjoni applikata mat-Tuneżija

- ebda kumulazzjoni applikata(3)

Verżjoni lituanienne

[pic]- kumulazzjoni applikata mat-Tuneżija

- ebda kumulazzjoni applikata(3)

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

Artikolu 3 (Provi tal-oriġini u kooperazzjoni amministrattiva)

10. Il-provi tal-oriġini ppreżentati b’mod konformi mit-Tuneżija jew Stat Membru ġdid fil-qafas ta’ Ftehimiet preferenzjali jew ta’ skemi awtonomi applikati bejniethom huma aċċettati fil-pajjiżi rispettivi, b’kundizzjoni li:

a) l-akkwist ta’ din l-oriġini jagħti trattament tarrifarju preferenzjali fuq il-bażi tal-miżuri tarrifarji preferenzjali previsti fil-Ftehim Ewro-Mediterranju, jew fis-sistema Komunitarja tal-preferenzi ġeneralizzati;

b) il-prova tal-oriġini u d-dokumenti ta’ trasport ikunu inħarġu l-aktar tard fil-jum ta’ qabel id-data tal-adeżjoni;

c) il-prova tal-oriġini tkun sottomessa lill-awtoritajiet doganali fi żmien erba’ xhur mid-data tal-adeżjoni.

Meta l-merkanżija tiġi ddikjarata għall-finijiet ta’ importazzjoni fit-Tuneżija jew fi Stat Membru ġdid, qabel id-data tal-adeżjoni, fil-qafas ta’ Ftehimiet preferenzjali jew skemi awtonomi applikati f’dak il-mument bejn it-Tuneżija u dan l-Istat Membru ġdid, il-prova ta’ oriġini li ġiet maħruġa minn qabel fil-qafas ta’ dawn il-Ftehimiet jew skemi tista’ wkoll tiġi aċċettata b’kundizzjoni li tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali fi żmien erba’ xhur mid-data tal-adeżjoni.

11. It-Tuneżija u l-Istati Membri l-ġodda għandhom id-dritt li jżommu l-awtorizzazzjonijiet li jikkonferixxu l-istatus ta’ “esportatur approvat” fil-qafas ta’ Ftehimiet preferenzjali jew skemi awtonomi applikati bejniethom, b’kundizzjoni li:

a) tali dispożizzjoni tkun ukoll prevista fil-Ftehim konkluż bejn it-Tuneżija u l-Komunità qabel id-data tal-adeżjoni ta’ dawn l-Istati;

b) l-esportatur approvat japplika r-regoli ta’ oriġini fis-seħħ taħt dan il-Ftehim.

Sa mhux aktar tard minn sena wara d-data tal-adeżjoni, l-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu ssostitwiti b’awtorizzazzjonijiet ġodda maħruġa b’mod konformi mal-kundizzjonijiet tal-Ftehim.

12. It-talbiet għal verifika a posteriori tal-provi tal-oriġini maħruġa taħt il-ftehimiet preferenzjali jew l-iskemi awtonomi applikati bejn it-Tuneżija u Stat ġdid jistgħu jiġu ppreżentati mill-awtoritajiet doganali kompetenti tat-Tuneżija jew tal-Istati Membri l-ġodda u għandhom jiġu aċċettati minn dawn l-awtoritajiet għal perijodu ta’ tliet snin wara l-ħruġ tal-prova tal-oriġini kkonċernata.

Artikolu 4 (Merkanzija fi tranżitu)

13. Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Ewro-Mediterranju jistgħu jiġu applikati għall-merkanzija, esportata mit-Tuneżija lejn wieħed mill-Istati Membri l-ġodda jew minn wieħed minn dawn tal-aħħar lejn it-Tuneżija, li tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-protokoll Nru 4 u li, fid-data tal-adeżjoni, tkun tinsab fi tranżitu jew maħżuna proviżorjament f’maħżen doganali, f’żona ħielsa jew f’park ta’ attivitajiet ekonomiċi fit-Tuneżija jew f’dan l-Istat Membru l-ġdid.

14. It-trattament preferenzjali jista’ jingħata f’dawn il-każijiet, b’kundizzjoni li tiġi ppreżentata prova tal-oriġini maħruġa minn qabel mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż esportatur lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż importatur, fi żmien erba’ xhur mid-data tal-adeżjoni.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 5

Permezz ta’ dan il-protokoll, ġie miftiehem li l-ebda pretensjoni, talba jew rikors ma tista’ tiġi ppreżentata kif ukoll l-ebda konċessjoni ma tista’ tiġi mmodifikata jew irtirata skont l-Artikolu XXIV(6), u l-Artikolu XXVIII tal-GATT fir-rigward it-tkabbir tal-Komunità.

Artikolu 6

Dan il-protokoll għandu jifforma parti integrali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju.

Artikolu 7

15. Dan il-protokoll għandu jiġi approvat mill-Komunità, mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’isem l-Istati Membri, u mir-Repubblika tat-Tuneżija, b’mod konformi mal-proċeduri rispettivi tagħhom.

16. L-istrumenti ta’ approvazzjoni jew ta’ ratifika għandhom jiġu ddepożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

17. Dan il-protokoll għandu jidħol fis-seħħ b’mod definittiv fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data li fiha jiġi ddepożitat l-aħħar strument ta’ approvazzjoni jew ta’ ratifika.

18. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-protokoll għandhom japplikaw b’mod provviżorju b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 9

Dan il-protokoll għandu jsir f'żewġ kopji f’kull waħda mil-lingwi uffiċjali tal-partijiet kontraenti, b'kull test ikun ugwalment awtentiku.

Artikolu 10

It-test tal-Ftehim Ewro-Mediterranju, inklużi l-Annessi u l-protokolli li jiffurmaw parti integrali minnu, kif ukoll it-test tal-Att finali u d-dikjarazzjonijiet annessi miegħu għandhom jiġu stabbiliti bil-lingwa Bulgara u dik Rumena u t-tnejn huma awtentiċi bl-istess mod bħat-testi oriġinali.

Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu japprova l-verżjonijiet bil-lingwa Bulgara u dik Rumena ta’ dawn it-testi.

GĦALL-ISTATI MEMBRI

GĦALL-KOMUNITÀ EWROPEA

GĦAR-REPUBBLIKA TAT-TUNEŻIJA

[1] ĠU L 278, 21.10.2005, p.3

[2] ĠU L 260, 21.9.2006, p.1