Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-pożizzjoni li trid tiġi adottata f’isem il-Komunità Ewropea fir-rigward ta’ proposti għal emendi tal-Annessi II u III għall-Protokoll dwar Żoni Protetti b’mod Speċjali, u d-Diversità Bijoloġika fil-Mediterran (il-Protokoll SPA/BD) tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u r-Reġjun tal-Kosta Mediterranja (il-Konvenzjoni ta’ Barċellona) fis-sittax-il laqgħa tal-Partijiet Kontraenti /* KUMM/2009/0585 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 26.10.2009 KUMM(2009) 585 finali Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li trid tiġi adottata f’isem il-Komunità Ewropea fir-rigward ta’ proposti għal emendi tal-Annessi II u III għall-Protokoll dwar Żoni Protetti b’mod Speċjali, u d-Diversità Bijoloġika fil-Mediterran (il-Protokoll SPA/BD) tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u r-Reġjun tal-Kosta Mediterranja (il-Konvenzjoni ta’ Barċellona) fis-sittax-il laqgħa tal-Partijiet Kontraenti MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. L-għan tal-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun tal-Kosta Mediterranja (il-Konvenzjoni ta’ Barċellona) huwa li tipprevjeni, ittaffi, tissielet u sa kemm ikun verament possibbli tnaqqas it-tniġġis taż-Żona tal-Baħar Mediterranju, li tħares u ttejjeb l-ambjent tal-baħar f'dik iż-żona sabiex twassal għall-iżvilupp sostenibbli tagħha. Hija trattat intergovernattiv adottat bħala Programm Reġjonali tal-Ibħra taħt il-patroċinju tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent. Il-Komunità Ewropea, sa mill-1977 kienet Parti fil-Konvenzjoni ta’ Barċellona[1], u fl-1999 approvat il-Protokoll dwar żoni protetti b’mod speċjali u d-diversità bijoloġika fil-Mediterran, flimkien mal-annessi għaliha[2]. 2. Il-laqgħa tal-Partijiet Kontraenti hija l-korp li jieħu d-deċiżjonijiet tal-Konvenzjoni bis-setgħa li jadotta, jirrevedi u jemenda kif meħtieġ l-annessi għall-Konvenzjoni jew għall-protokolli tagħha, abbażi ta’ emendi proposti mill-Partijiet Kontraenti. Saru għadd ta’ proposti għall-emendi tal-Annessi II u III għall-Protokoll imsemmi hawn fuq. Dawn il-proposti kienu ppreżentati għal evalwazzjoni fil-laqgħa tal-Punti Fokali Nazzjonali li saret il-Floriana (Malta) mit-3 sas-6 ta' Ġunju 2009, bil-għan li jiġu adottati fis-sittax-il laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Barċellona, li ser issir fil-Marakexx (il-Marokk) mit-3 sal-5 ta' Novembru 2009. 3. Skont l-Artikolu 23 tal-Konvenzjoni, emenda għall-Annessi se tidħol fis-seħħ għall-Partijiet Kontraenti kollha hekk kif jiskadi perjodu deċiż mill-Partijiet Kontraenti konċernati meta tiġi adottata l-emenda, għajr għal dawk il-Partijiet Kontraenti li jagħmlu riżerva. Għalhekk jeħtieġ li l-Kunsill jieħu deċiżjoni msejsa fuq l-Artikolu 300(2), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat tal-KE, bil-għan li jiġu stabbiliti l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem il-Komunità waqt is-sittax-il laqgħa tal-Partijiet Kontraenti. 4. Il-proposti għal emendi li ġew elenkati f’tabella ma jeħtieġu ebda bidla fil-liġi Komunitarja. Ma jmorrux kontra d-Direttivi tal-Għasafar[3] u l-Ħabitats[4] jew tal-Politika Komuni dwar is-Sajd (PKS)[5]. Il-Komunità għandha tappoġġa dawn il-proposti abbażi tal-kunsiderazzjonijiet li ġejjin: (1) li jkunu xjentifikament validi; (2) għal raġunijiet ta’ konsistenza bejn l-azzjoni interna u esterna tal-Komunità; u (3) li l-KE hija impenjata favur il-kooperazzjoni internazzjonali għall-protezzjoni tal-bijodiversità, skont l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika u kif ukoll lejn il-mira miftiehma fis-Samit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli "sabiex sal-2010 titnaqqas b'mod sinifikanti r-rata attwali tat-telf tal-bijodiversità". Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li trid tiġi adottata f’isem il-Komunità Ewropea fir-rigward ta’ proposti għal emendi tal-Annessi II u III għall-Protokoll dwar Żoni Protetti b’mod Speċjali, u d-Diversità Bijoloġika fil-Mediterran (il-Protokoll SPA/BD) tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u r-Reġjun tal-Kosta Mediterranja (il-Konvenzjoni ta’ Barċellona) fis-sittax-il laqgħa tal-Partijiet Kontraenti IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1), flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 300 (2), tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Il-Komunità hija Parti Kontraenti fil-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun tal-Kosta Mediterranja (il-Konvenzjoni ta’ Barċellona)[6] u approvat il-Protokoll dwar żoni protetti b’mod speċjali u d-diversità bijoloġika fil-Mediterran u l-annessi għalih[7]. (2) Il-laqgħa tal-Partijiet Kontraenti hija l-korp li jieħu d-deċiżjonijiet tal-Konvenzjoni, u fost is-setgħat mogħtija lilu hemm inkluża l-kapaċità li temenda kif meħtieġ l-annessi għall-Konvenzjoni u għall-protokolli tagħha. (3) Għas-sittax-il laqgħa tal-Partijiet Kontraenti, li se ssir fil-Marakexx (il-Marokk) mit-3 sal-5 ta’ Novembru 2009, il-Partijiet Kontraenti ppreżentaw proposti biex jinbidlu l-ismijiet tassonomiċi ta’ ċerti speċijiet u biex bosta speċijiet addizzjonali jiġu protetti permezz tal-emenda tal-Annessi II u III għall-Protokoll dwar Żoni Protetti b’mod Speċjali u d-Diversità Bijoloġika fil-Mediterran (il-Protokoll SPA/BD) tal-Konvenzjoni. (4) Skont l-Artikolu 23 tal-Konvenzjoni, emenda tal-Annessi għall-Protokoll se tidħol fis-seħħ għall-Partijiet Kontraenti kollha hekk kif jiskadi perjodu deċiż mill-Partijiet Kontraenti konċernati meta tiġi adottata l-emenda, għajr għal dawk il-Partijiet Kontraenti li jagħmlu riżerva b’notifika bil-miktub lid-Depożitarju. (5) Il-proposti għal emendi li ġew elenkati f’tabella ma jeħtieġu ebda bidla fil-liġi Komunitarja. (6) Il-Komunità għandha tappoġġa dawn il-proposti għax huma xjentifikament validi, konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja u mal-impenn tal-Komunità favur il-kooperazzjoni internazzjonali għall-protezzjoni tal-bijodiversità, skont l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika[8] u kif ukoll mal-mira miftiehma waqt is-Samit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tal-2002, sabiex sal-2010 titnaqqas b’mod sinifikanti r-rata attwali tat-telf tal-bijodiversità. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu uniku Fis-sittax-il laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u r-Reġjun tal-Kosta Mediterranja (il-Konvenzjoni ta’ Barċellona), il-Kummissjoni se tippreżenta l-pożizzjoni li ġejja fil-votazzjoni dwar il-proposti biex tingħata protezzjoni lil bosta speċijiet permezz tal-emenda tal-Annessi II u III għall-Protokoll dwar Żoni Protetti b’mod Speċjali u d-Diversità Bijoloġika fil-Mediterran (il-Protokoll SPA/BD) ta’ dik il-Konvenzjoni: 5. il-Kummissjoni b’dan hija awtorizzata tappoġġa l-modifika tad-denominazzjoni ta’ ċerti speċijiet fil-lista tal-ispeċijiet fl-Annessi II u III għall-Protokoll, skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni[9]; 6. il-Kummissjoni b’dan hija awtorizzata tappoġġa ż-żieda ta' dawn l-ispeċijiet li ġejjin fl-Anness II: 7. Cymodocea nodosa (Ucria) Ascherson; 8. Cystoseira genus, għajr is -Cystoseira compressa 9. Fucus virsoides J. Agardh; 10. Gymnogongrus crenulatus (Turner) J. Agardh 1851; 11. Kallymenia spathulata (J. Agardh) Codomier ex P.G. Parkinson; 12. Sargassum acinarium (Linnaeus) Setchell; 13. Sargassum flavifolium Kützing; 14. Sargassum hornschuchii C. Agardh; 15. Sargassum trichocarpum J. Agardh; 16. Sphaerococcus rhizophylloides J.J. Rodríguez 1895; 17. Tenarea tortuosa (Esper) Lemoine 1910; 18. Titanoderma trochanter (Bory) Benhissoune, Boudouresque, Perret-Boudouresque et Verlaque; 19. Ceryle r. rudis (Linnaeus, 1758); 20. Charadrius. alexandrinus (Linnaeus, 1758); 21. Charadrius leschenaultii columbines (Lesson, 1826); 22. Halcyons. smyrnensis (Linnaeus, 1758); 23. Larus armenicus (Buturlin,1934); 24. Larus genei (Breme, 1839); 25. Larus melanocephalus (Temminck, 1820); 26. Sterna caspia (Pallas,1770); 27. Sterna nilotica (Gmelin, JF,1789); 28. Squatina spp: Squatina aculeata ( Dumeril, f'Cuvier, 1817) , Squatina oculata ( Bonaparte, 1840) Squatina squatina (Linnaeus, 1758); 29. Pristis spp - Pristis pectinata (Latham, 1794); Pristis pristis (Linnaeus, 1758); 30. Oxynotus centrina (Linnaeus, 1758); 31. Carcharias taurus (Rafinesque, 1810); 32. Gymnura altavela (Linnaeus, 1758); 33. Dipturus batis (Linnaeus, 1758); 34. Rostroraja alba (Lacepède, 1803); 35. Odontaspis ferox (Risso, 1810); 36. Rhinobatos spp - Rhinobatos cemiculus (E. Geoffroy Saint-Hilaire, 1817); Rhinobatos rhinobatos (Linnaeus, 1758). 37. il-Kummissjoni b’dan hija awtorizzata tappoġġa ż-żieda ta' dawn l-ispeċijiet li ġejjin fl-Anness III: 38. Carcharhinus plumbeus (Nardo, 1827); 39. Squalus acanthias (Linnaeus, 1758); 40. Mustelus spp: Mustelus asterias (Cloquet, 1821), Mustelus mustelus (Linnaeus, 1758) Mustelus punctulatus (Risso, 1826); 41. Galeorhinus galeus (Linnaeus, 1758); 42. Alopias vulpinus (Bonnaterre, 1788); 43. Heptranchias perlo (Bonnaterre, 1788); 44. Centrophorus granulosus (Bloch & Schneider, 1801); 45. Leucoraja circularis (Couch, 1838); 46. Leucoraja melitensis (Clark, 1926); 47. Sphyrna spp: Sphyrna lewini (Griffith & Smith, 1834). Sphyrna mokarran (Rüppell, 1837) Sphyrna zygaena (Linnaeus 1758). Magħmul fi Brussell, […] Għall-Kunsill Il-President […] Anness Tabella I: Bidliet proposti fl-Anness II Isem attwali fl-Anness II | Bidliet Proposti | Magnoliophyta | Magnoliophyta | Posidonia oceanica | Posidonia oceanica (L.) Delille | Zostera marina | Zostera marina Linnaeus | Zostera noltii | Zostera noltii Hornemann | Chlorophyta | Chlorophyta | Caulerpa ollivieri | Caulerpa ollivieri Dostál | Phaeophyta | Heterokontophyta | Cystoseira amentacea (var. stricta & var. spicata) | Cystoseira amentacea (C. Agardh) Bory de Saint-Vincent (incluż il-var. stricta Montagne u l-var. spicata (Ercegovic) G. Giaccone) | Cystoseira mediterranea | Cystoseira mediterranea Sauvageau | Cystoseira sedoides | Cystoseira sedoides (Desfontaines) C. Agardh | Cystoseira spinosa (incluż is-C. adriatica) | Cystoseira spinosa Sauvageau (incluż is-C. adriatica Sauvageau) | Cystoseira zosteroides | Cystoseira zosteroides C. Agardh | Laminaria rodriguezii | Laminaria rodriguezii Bornet | Rhodophyta | Rhodophyta | Goniolithon byssoides | Titanoderma ramosissimum (Heydrich) Bressan & Cabioch (ex. Goniolithon byssoides) | Lithophyllum lichenoides | Lithophyllum byssoides (Lamarck) Foslie (ex. Lithophyllum lichenoides) | Ptilophora mediterranea | Ptilophora mediterranea (H. Huvé) R.E. Norris | Schimmelmannia schousboei | Schimmelmannia schousboei (J. Agardh) J. Agardh | Porifera | Porifera | Asbestopluma hypogea | Asbestopluma hypogeal Vacelet and Boury-Esnault 1995 | Aplysina sp. plur. | Aplysina cavernicola Vacelet, 1959 & Aplysina aerophoba Schmidt, 1862 | Axinella cannabina | Axinella cannabina (Esper, 1794) | Axinella polypoides | Axinella polypoides Schmidt, 1862 | Geodia cydonium | Geodia cydonium (Jameson, 1811) | Ircinia foetida | Sarcotragus foetidus Schmidt, 1862 (ex.- Ircina foetida) | Ircinia pipetta | Sarcotragus pipetta (Schmidt, 1868) (ex.- Ircinia pipetta) | Petrobiona massiliana | Petrobiona massiliana Vacelet & Lévi, 1958 | Tethya sp. plur. | Tethya aurantium (Pallas, 1766) & Tethya citrina Sarà e Melone, 1965 | Cnidaria | Cnidaria | Astroides calycularis | Astroides calycularis (Pallas, 1766) | Errina aspera | Errina aspera (Linnaeus, 1767) | Gerardia savaglia | Savalia savaglia Nardo, 1844 (ex Gerardia savaglia) | Bryozoa | Bryozoa | Hornera lichenoides | Hornera lichenoides (Linnaeus, 1758) | Mollusca | Mollusca | Charonia lampas (= Ch. rubicunda = Ch. nodifera) | Charonia lampas lampas (Linnaeus, 1758) | Charonia tritonis (= Ch. Seguenziae) | Charonia tritonis variegata (Lamarck, 1816) | Dendropoma petraeum | Dendropoma petraeum (Monterosato, 1884) | Erosaria spurca | Erosaria spurca (Linnaeus, 1758) | Gibbula nivosa | Gibbula nivosa A.Adams, 1851 | Lithophaga lithophaga | Lithophaga lithophaga (Linnaeus, 1758) | Luria lurida (= Cypraea lurida) | Luria lurida (Linnaeus, 1758) | Mitra zonata | Mitra zonata Marryat, 1818 | Patella ferruginea | Patella ferruginea Gmelin, 1791 | Patella nigra | Patella nigra (da Costa, 1771) | Pholas dactylus | Pholas dactylus Linnaeus, 1758 | Pinna nobilis | Pinna nobilis Linnaeus, 1758 | Pinna rudis (= P. pernula) | Pinna rudis (=pernula) Linnaeus, 1758 | Ranella olearia (= Argobuccinum olearium = A. giganteum) | Ranella olearia (Linnaeus, 1758) | Schilderia achatidea | Schilderia achatidea (Gray f'G.B. Sowerby II, 1837) | Tonna galea | Tonna galea (Linnaeus, 1758) | Zonaria pyrum | Zonaria pyrum (Gmelin, 1791) | Crustacea | Crustacea | Ocypode cursor | Ocypode cursor (Linnaeus, 1758) | Pachylasma giganteum | Pachylasmus giganteum (Philippi, 1836) | Echinodermata | Echinodermata | Asterina pancerii | Asterina pancerii (Gasco, 1870) | Centrostephanus longispinus | Centrostephanus longispinus (Philippi, 1845) | Ophidiaster ophidianus | Ophidiaster ophidianus (Lamarck, 1816) | Pisces | Pisces | Acipenser naccarii | Acipenser naccarii Bonaparte, 1836 | Acipenser sturio | Acipenser sturio Linnaeus, 1758 | Aphanius fasciatus | Aphanius fasciatus (Valenciennes, 1821) | Aphanius iberus | Aphanius iberus (Valenciennes, 1846) | Cetorhinus maximus | Cetorhinus maximus (Gunnerus, 1765) | Carcharodon carcharias | Carcharodon carcharias (Linnaeus, 1758) | Hippocampus hippocampus | Hippocampus hippocampus (Linnaeus 1758) | Hippocampus ramulosus | Hippocampus guttulatus Cuvier, 1829 (ex Hippocampus ramulosus) | Huso huso | Huso huso (Linnaeus, 1758) | Lethenteron zanandreai | Lethenteron zanandreai (Vladykov, 1955) | Mobula mobular | Mobula mobular (Bonnaterre, 1788) | Pomatoschistus canestrinii | Pomatoschistus canestrini (Ninni, 1883) | Pomatoschistus tortonesei | Pomatoschistus tortonesei Miller, 1969 | Valencia hispanica | Valencia hispanica (Valenciennes, 1846) | Valencia letourneuxi | Valencia letourneuxi (Sauvage, 1880) | Reptiles | Reptiles | Caretta caretta | Caretta caretta (Linnaeus, 1758) | Chelonia mydas | Chelonia mydas (Linnaeus, 1758) | Dermochelys coriacea | Dermochelys coriacea (Vandelli, 1761) | Eretmochelys imbricata | Eretmochelys imbricata (Linnaeus, 1766) | Lepidochelys kempii | Lepidochelys kempii (Garman, 1880) | Trionyx triunguis | Trionyx triunguis ( Forskål, 1775) | Aves | Aves | Calonectris diomedea | Calonectris diomedea (Scopoli, 1769) | Falco eleonorae | Falco eleonorae Géné, 1834 | Hydrobates pelagicus | Hydrobates pelagicus (Linnaeus, 1758) | Larus audouinii | Larus audouinii Payraudeau, 1826 | Numenius tenuirostris | Numenius tenuirostris Viellot, 1817 | Pandion haliaetus | Pandion haliaetus (Linnaeus, 1758) | Pelecanus crispus | Pelecanus crispus Bruch, 1832 | Pelecanus onocrotalus | Pelecanus onocrotalus Linnaeus, 1758 | Phalacrocorax aristotelis | Phalacrocorax aristotelis (Linnaeus, 1761) | Phalacrocorax pygmaeus | Phalacrocorax pygmeus (Pallas, 1773) | Phoenicopterus ruber | Phoenicopterus ruber Linnaeus, 1758 | Puffinus yelkouan | Puffinus yelkouan (Brünnich, 1764) Puffinus mauretanicus (Lowe, PR, 1921) | Sterna albifrons | Sterna albifrons Pallas, 1764 | Sterna bengalensis | Sterna bengalensis Lesson, 1831 | Sterna sandvicensis | Sterna sandvicensis Latham, 1878 | Mammalia | Mammalia | Balaenoptera acutorostrata | Balaenoptera acutorostrata Lacépède, 1804 | Balaenoptera borealis | Balaenoptera borealis Lesson, 1828 | Balaenoptera physalus | Balaenoptera physalus (Linnaeus, 1758) | Delphinus delphis | Delphinus delphis Linnaeus, 1758 | Eubalaena glacialis | Eubalaena glacialis (Müller, 1776) | Globicephala melas | Globicephala melas (Trail, 1809) | Grampus griseus | Grampus griseus (Cuvier G. 1812) | Kogia simus | Kogia simus (Owen, 1866) | Megaptera novaeangliae | Megaptera novaeangliae (Borowski, 1781) | Mesoplodon densirostris | Mesoplodon densirostris (de Blainville, 1817) | Monachus monachus | Monachus monachus (Hermann, 1779) | Orcinus orca | Orcinus orca (Linnaeus, 1758) | Phocoena phocoena | Phocoena phocoena (Linnaeus, 1758) | Physeter macrocephalus | Physeter catodon Linnaeus, 1758 (ex- Physeter macrocephalus) | Pseudorca crassidens | Pseudorca crassidens (Owen, 1846) | Stenella coeruleoalba | Stenella coeruleoalba (Meyen, 1833) | Steno bredanensis | Steno bredanensis (Cuvier in Lesson, 1828) | Tursiops truncatus | Tursiops truncatus (Montagu, 1821) | Ziphius cavirostris | Ziphius cavirostris Cuvier G., 1832 | Tabella II: Bidliet proposti fl-Anness III Isem attwali fl-Anness III | Bidliet Proposti | Porifera | Porifera | Hippospongia communis | Hippospongia communis (Lamarck, 1813) | Spongia agaricina | Spongia (Spongia) lamella (Schulze, 1872) (ex Spongia agaricina) | Spongia officinalis | Spongia (Spongia) officinalis officinalis Linnaeus, 1759) & Spongia (Spongia) officinalis adriatica (Schmidt, 1862) | Spongia zimocca | Spongia (Spongia) zimocca Schmidt, 1862 | Cnidaria | Cnidaria | Corallium rubrum (Linnaeus, 1758) | Corallium rubrum (Linnaeus, 1758) | Antipathes sp.plur | Antipathes dichotoma Pallas, 1766 & Antipathes fragilis Gravier, 1918 | Crustacea | Crustacea | Homarus gammarus | Homarus gammarus (Linnaeus, 1758) | Maja squinado | Maja squinado (Herbst, 1788) | Palinurus elephas | Palinurus elephas (Fabricius, 1787) | Scyllarides latus | Scyllarides latus (Latreille, 1803) | Scyllarus arctus | Scyllarus arctus (Linnaeus, 1758) | Scyllarus pygmaeus | Scyllarus pygmaeus (Bate, 1888) | Echinodermata | Echinodermata | Paracentrotus lividus | Paracentrotus lividus (Lamarck, 1816) | Pisces | Pisces | Alosa alosa | Alosa alosa (Linnaeus, 1758) | Alosa fallax | Alosa fallax (Lacépède, 1803) | Anguilla anguilla | Anguilla anguilla (Linnaeus, 1758) | Epinephelus marginatus | Epinephelus marginatus (Lowe, 1834) | Isurus oxyrinchus | Isurus oxyrinchus Rafinesque, 1810 | Lamma nasus | Lamma nasus (Bonnaterre, 1788) | Lampetra fluviatilis | Lampetra fluviatilis (Linnaeus, 1758) | Petromyzon marinus | Petromyzon marinus Linnaeus, 1758 | Prionace glauca | Prionace glauca (Linnaeus, 1758) | Raja alba | Raja alba Lacépède, 1803 | Sciaena umbra | Sciaena umbra Linnaeus, 1758 | Squatina squatina | Squatina squatina (Linnaeus, 1758) | Thunnus thynnus | Thunnus thynnus (Linnaeus, 1758) | Umbrina cirrosa | Umbrina cirrosa (Linnaeus, 1758) | Xiphias gladius | Xiphias gladius Linnaeus, 1758 | [1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/585/KEE tal-25 ta’ Lulju 1977 li tikkonkludi l-Konvenzjoni għall-protezzjoni tal-Baħar Mediterran mit-tniġġis u l-Protokoll għall-prevenzjoni tat-tniġġis tal-Baħar Mediterran bir-rimi tal-iskart minn bastimenti u vetturi tal-ajru, ĠU L 240, 19.9.1977, p. 1. [2] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/800/KE tat-22 ta' Ottubru 1999 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jikkonċerna żoni protetti b'mod speċjali u d-diversità bijoloġika fil-Mediterran, u dwar l-aċċettazzjoni tal-annessi għal dak il-Protokoll (il-Konvenzjoni ta' Barċellona), ĠU L 322, 14.12.1999, p. 1. [3] Id-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1. [4] Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi, ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7. [5] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd, ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. [6] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/585/KEE tal-25 ta’ Lulju 1977 li tikkonkludi l-Konvenzjoni għall-protezzjoni tal-Baħar Mediterran mit-tniġġis u l-Protokoll għall-prevenzjoni tat-tniġġis tal-Baħar Mediterran bir-rimi tal-iskart minn bastimenti u vetturi tal-ajru, ĠU L 240, 19.9.1977, p. 1. [7] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/800/KE tat-22 ta' Ottubru 1999 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jikkonċerna żoni protetti b'mod speċjali u d-diversità bijoloġika fil-Mediterran, u dwar l-aċċettazzjoni tal-annessi għal dak il-Protokoll (il-Konvenzjoni ta' Barċellona), ĠU L 322, 14.12.1999, p. 1. [8] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/626/KEE tal-25 ta’ Ottubru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, ĠU L 309, 13.12.1993, p. 1. [9] Meta jitqiesu l-inċertezza relattiva dwar l-istruttura tal-popolazzjoni u l-istat tal-konservazzjoni tal-ispeċijiet Lamna nasus , Isurus oxyrinchus u Leucoraja melitensis , huwa rrakkomandat li jsir monitoraġġ rigoruż ta’ dawn l-ispeċijiet u jekk il-valutazzjoni xjentifika aġġornata tirrekjedi dan, il-Kummissjoni se tikkunsidra liema miżuri addizzjonali ta’ protezzjoni għal dawn l-ispeċijiet se jkunu meħtieġa. Il-Kummissjoni se tipprova wkoll issaħħaħ aktar il-protezzjoni ta’ dawn l-ispeċijiet fil-kuntest tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd.