Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 43/2009, fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut /* KUMM/2009/0506 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 23.9.2009 KUMM(2009) 506 finali Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 43/2009, fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid. Bħala konsegwenza tal-esklużjoni ta' gruppi ta' bastimenti mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforz skont ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru [..]/2009, huwa meħtieġ li jsir aġġustament tal-isforz massimu permess allokat lil dawk l-Istati Membri fl-Anness IIa tar-Regolament (KE) Nru 43/2009. Din il-proposta hija maħsuba biex tintroduċi l-emendi meħtieġa għar-Regolament (KE) Nru 43/2009. Il-Kunsill huwa mitlub jadotta din il-proposta malajr kemm jista' jkun sabiex is-sajjieda jkunu jistgħu jippjanaw l-attivitajiet tagħhom għal dan l-istaġun tas-sajd. Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 43/2009, fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd[1] [il-Politika Komuni tas-Sajd], u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta' Jannar 2009[3], jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (2) L-Anness IIa tar-Regolament (KE) Nru 43/2009 jistipula r-regoli għall-ġestjoni tal-isforz tas-sajd fil-kuntest tal-pjan ta’ ġestjoni fit-tul tal-istokkijiet tal-merluzz stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 u b'mod partikolari jistabbilixxi, fl-Appendiċi 1 ta' dak l-Anness, l-isforz massimu permess f'jiem kilowatt għal kull Stat Membru li jrid jitqiegħed fiż-żoni konċernati u mal-kategoriji tal-irkaptu konċernati. Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 754/2009 tas-27 ta' Lulju 2009 li jeskludi ċerti gruppi ta’ bastimenti mir-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008[4], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru .../2009[5], huwa meħtieġ l-aġġustament tal-isforz massimu permess kif stipulat fl-Appendiċi 1 tal-Anness IIA tar-Regolament (KE) Nru 43/2009, billi jitnaqqsu, għall-Ġermanja mill-grupp tal-isforz TR1, 169 179 jiem kilowattfiż-żona b) u 9 295 jiem kilowatt fiż-żona d), u għal Franza fiż-żona d) 1 569 719 jiem kilowatt mil—grupp tal-isforz TR1 u 96 903 jiem kilowatt mill-grupp tal-isforz GN1 u għal Spanja fiż-żona d) 1 402 142 jiem kilowatt mill-grupp tal-isforz LL. Fid-dawl tal-applikazzjoni retroattiva tar-Regolament (KE) Nru [..]/2009 mill-1 ta’ Frar 2009, dawn l-aġġustamenti għandhom japplikaw mill-istess data. (3) Ir-Regolament (KE) Nru 43/2009 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan. (4) Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza għas-sajjieda kkonċernati u sabiex dawn ikunu jistgħu jippjanaw l-attivitajiet tagħhom għall-istaġun attwali tas-sajd, malajr kemm jista’ jkun, huwa essenzjali li tingħata eċċezzjoni għall-perjodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fit-Titolu I, l-Artikolu 3, tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 43/2009 L-Appendiċi 1 għall-Anness IIA tar-Regolament (KE) Nru 43/2009 qed tiġi emendata kif ġej: 1) Fit-tabella b), il-kolonna li tikkonċerna l-Ġermanja tinbidel b’dan li ġej: DE | 2 057 354 | 600 089 | 3 501 | 29 822 | 1 893 044 | 227 773 | 516 | 0 | 2) Fit-tabella d): a) il-kolonna li tirrigwarda l-Ġermanja tinbidel b’dan li ġej: DE | 15780 | 0 | 0 | 0 | 0 | 35531 | 0 | 0 | b) il-kolonna li tirrigwarda lil Franza tinbidel b’dan li ġej: FR | 1 128 383 | 5 881 | 0 | 506 | 11 692 | 0 | 0 | 54 917 | c) il-kolonna li tirrigwarda lil Spanja tinbidel b’dan li ġej: ES | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 13 836 | 0 | 0 | Artikolu 2 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Għandu japplika mill-1 ta’ Frar 2009. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill . Il-President[pic][pic][pic] [1] ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. [2] ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20. [3] ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1. [4] ĠU L 214, 19.8.2009, p. 16. [5] ĠU L [..], [..].[..].2009, p. [..].