[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussell, 23.9.2009 KUMM(2009) 501 finali 2009/0142 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea {KUMM(2009) 499 finali}{KUMM(2009) 500 finali}{KUMM(2009) 502 finali}{KUMM(2009) 503 finali}{SEG(2009) 1233}{SEG(2009) 1234}{SEG(2009) 1235} MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA L-esperjenza tal-kriżi finanzjarja kixfet fallimenti importanti tas-superviżjoni finanzjarja, kemm f’każijiet partikolari kif ukoll b’rabta mas-sistema finanzjarja sħiħa. Il-President Barroso b’hekk talab lil grupp ta’ esperti ta’ livell għoli, ippresedut mis-Sur Jacques de Larosière, biex jagħmel proposti sabiex jissaħħu l-arranġamenti superviżorji Ewropej, bil-għan li tiġi stabbilita sistema ta’ superviżjoni Ewropea aktar effiċjenti, integrata u sostenibbli. Il-Grupp ippreżenta r-rapport tiegħu fil-25 ta’ Frar 2009. Fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu, il-Kummissjoni ppreżentat proposti għal struttura Ewropea ġdida ta’ superviżjoni finanzjarja fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa f’Marzu 2009. Il-Kummissjoni ppreżentat l-ideat tagħha f’aktar dettall fil-Komunikazzjoni tagħha ta’ Mejju 2009 li pproponiet: - L-istabbiliment ta’ S istema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF) , li tikkonsisti minn netwerk ta’ superviżuri finanzjarji nazzjonali li jaħdmu flimkien ma’ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) ġodda, maħluqa billi l-kumitati superviżorji Ewropej eżistenti[1] jiġu ttrasformati f’Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX), u Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS), li tgħaqqad il-vantaġġi ta’ qafas Ewropew ġenerali għas-superviżjoni finanzjarja mal-kompetenza esperta ta’ entitajiet superviżorji mikroprudenzjali li huma l-aktar qrib tal-istituzzjonijiet li joperaw fil-ġuriżdizzjonijiet tagħhom; u - L-istabbiliment ta’ Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), li għandu jimmonitorja u jivvaluta t-theddidiet potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja li jistgħu jirriżultaw minn żviluppi makroekonomiċi u minn żviluppi fis-sistema finanzjarja b’mod ġenerali. Għal dan il-għan, il-BERS jipprovdi twissija bikrija dwar riskji sistemiċi li jistgħu jkunu qegħdin jakkumulaw u, fejn ikun meħtieġ, joħroġ rakkomandazzjonijiet għal azzjoni biex dawn ir-riskji jiġu indirizzati[2]. 2. KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI Saru żewġ konsultazzjonijiet miftuħa fl-iżvilupp ta’ dawn il-proposti. L-ewwel nett, wara r-rapport tal-grupp ta’ livell għoli ppresedut mis-Sur Jacques de Larosière u l-pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu 2009, il-Kummissjoni organizzat konsultazzjoni mill-10 ta’ Marzu sal-10 ta’ April 2009 bħala kontribut għall-Komunikazzjoni tagħha dwar is-Superviżjoni Finanzjarja fl-Ewropa ppubblikata fis-27 ta’ Mejju 2009. Sommarju tas-sottomissjonijiet pubbliċi li daħlu jista’ jinstab fuq: http://ec.europa.eu/internal_market/consultations/docs/2009/fin_supervision/summary_en.pdf It-tieni, mis-27 ta’ Mejju sal-15 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni organizzat sessjoni oħra ta’ konsultazzjoni, fejn stiednet lill-partijiet kollha interessati biex jikkummentaw dwar ir-riformi aktar dettaljati ppreżentati fil-Komunikazzjoni ta’ Mejju dwar is-Superviżjoni Finanzjarja fl-Ewropa. Ir-risposti riċevuti kienu fil-biċċa l-kbira favur ir-riformi suġġeriti, b’kummenti dwar aspetti dettaljati tal-BERS u s-SESF proposti. Sommarju tas-sottomissjonijiet pubbliċi li daħlu jista’ jinstab fuq: http://ec.europa.eu/internal_market/consultations/docs/2009/fin_supervision_may/replies_summary_en.pdf 3. VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Mejju dwar is-Superviżjoni Finanzjarja fl-Ewropa kienet akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt li analizzat l-alternattivi politiċi prinċipali għall-istabbiliment tas-SESF u l-BERS. Dawn il-proposti huma akkumpanjati minn tieni valutazzjoni tal-impatt, li teżamina l-alternattivi f’aktar dettall. Ir-rapport dwar it-tieni valutazzjoni tal-impatt jista’ jinstab fuq is-sit web tal-Kummissjoni. 4. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet[3] li l-Artikolu 95 tat-Trattat dwar l-adozzjoni ta’ miżuri għall-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni għall-istabbiliment u t-tħaddim tas-suq intern jipprovdi bażi legali xierqa għat-twaqqif ta’ “korp Komunitarju li huwa responsabbli li jikkontribwixxi għar-realizzazzjoni ta’ proċess ta’ armonizzazzjoni", fejn il-kompiti kkonferiti fuq tali entità jkunu marbuta mill-qrib mas-suġġetti tal-atti li japprossimaw il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali. Il-kriżi finanzjarja u ekonomika ħolqot riskji reali u serji għall-istabbiltà tas-suq intern. Ir-restawr u ż-żamma ta’ sistema finanzjarja stabbli u affidabbli huma prerekwiżit sabiex tinżamm il-fiduċja u l-koerenza fis-suq intern, u għalhekk biex jiġu ppreservati u mtejba l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ suq intern kompletament integrat u funzjonali fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Barra minn hekk, swieq finanzjarji integrati aktar u fil-fond joffru opportunitajiet aħjar għall-iffinanzjar u għad-diversifikazzjoni tar-riskji, u għalhekk jgħinu biex titjieb il-kapaċità tal-ekonomiji biex jassorbu x-xokkijiet. L-integrazzjoni u l-istabbiltà finanzjarja għalhekk jirrinfurzaw lil xulxin. L-istabbiliment tas-SESF ser ikun akkumpanjat mill-iżvilupp ta’ ktieb tar-regoli waħdieni li għandu jiżgura applikazzjoni uniformi tar-regoli fl-UE u b’hekk jikkontribwixxi għall-funzjonament tas-suq intern. Il-kompitu tal-ASE ser ikun li jassistu lill-awtoritajiet nazzjonali fl-interpretar u fl-applikazzjoni konsistenti tar-regoli Komunitarji. Billi l-kompiti li għandhom jiġu kkonferiti fuq l-Awtoritajiet huma marbutin mill-qrib mal-miżuri implimentati bi tweġiba għall-kriżi finanzjarja u ma’ dawk imħabbra fil-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu u tas-27 ta’ Mejju 2009, huma jistgħu, b'konformità mal-każistika tal-Qorti, jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-Artikolu 95 tat-Trattat. L-azzjoni Komunitarja tista’ tindirizza d-dgħufijiet enfasizzati mill-kriżi u tipprovdi sistema li tkun konsistenti mal-mira ta’ suq finanzjarju uniku u stabbli tal-UE għas-servizzi finanzjarji – li tgħaqqad flimkien is-superviżuri nazzjonali f’netwerk Komunitarju b’saħħtu. Madankollu, il-punt kruċjali għas-superviżjoni minn ġurnata għall-oħra sejjer jibqa’ fil-livell nazzjonali, bis-superviżuri nazzjonali li jibqgħu responsabbli għas-superviżjoni tal-entitajiet individwali. B’dan il-mod, id-dispożizzjonijiet ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet fil-mira. Il-proposti għalhekk huma skont il-prinċipji tas-sussidjaretà u tal-proporzjonalità kif stipulati fl-Artikolu 5 tat-Trattat. 5. IMPLIKAZZJONIJIET BAġITARJI Sabiex il-kumitati superviżorji Ewropej eżistenti jiġu ttrasformati f’ASE effikaċi, jeħtieġu aktar riżorsi – kemm ta’ persunal kif ukoll baġitarji. Ħarsa ġenerali tal-implikazzjonijiet baġitarji ta’ dawn il-proposti hija ppreżentata fir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji leġiżlattivi li jakkumpanjaw (mehmużin ma’ din il-proposta). 6. SPJEGAZZJONI DETTALJATA TAL-PROPOSTA Sabiex jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet settorali, huma meħtieġa tliet Regolamenti separati biex jistabbilixxu l-Awtoritajiet għall-banek, l-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol, u t-titoli. L-impetu ġenerali ta’ dawn il-proposti huwa madankollu identiku. Għalhekk dan il-memorandum l-ewwel jiddiskuti l-elementi komuni u jsemmi fil-qosor id-differenzi bejn it-tliet Regolamenti. 6.1. Stabbiliment tal-ASE u l-istat legali tagħhom L-għan tal-ASE għandu jkun li jikkontribwixxu: (i) jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern, fosthom b’mod partikolari b’livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolazzjoni u superviżjoni, (ii) jitħarsu d-depożituri, l-investituri, id-detenturi ta’ poloz u benefiċjarji oħra, (iii) jiġu żgurati l-integrità, l-effikaċja u l-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji, (iv) titħares l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u (v) jissaħħaħ l-koordinament tas-superviżjoni internazzjonali. Għal dan il-għan, kull ASE għandha tikkontribwixxi biex tiġi żgurata l-applikazzjoni koerenti, effiċjenti u effikaċi tal-liġi Komunitarja rilevanti. L-ASE ser ikunu l-entitajiet Komunitarji bi personalità legali u element ewlieni fis-SESF proposta. Din tal-aħħar għandha taħdem bħala netwerk ta’ superviżuri u tinkludi l-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Membri, Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, biex ikopri kwistjonijiet li jolqtu setturi differenti, u l-Kummissjoni Ewropea. Filwaqt li l-ASE għandhom igawdu indipendenza massima biex iwettqu b’mod oġġettiv il-missjoni tagħhom, il-Kummissjoni trid tiġi involuta fejn raġunijiet istituzzjonali u r-responsabbiltajiet skont it-Trattat jeħtieġu dan. L-entità ewlenija li tieħu d-deċiżjonijiet ta’ kull ASE ser tkun il-Bord tas-Superviżuri tagħha, li huwa ffurmat mill-kapijiet tas-superviżuri nazzjonali rilevanti kif ukoll mill-President tal-Awtorità rispettiva. Il-President għandu jmexxi l-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali, u jaġixxi bħala l-kap u r-rappreżentant tal-Awtorità. It-tmexxija ta’ kuljum ta’ kull Awtorità ser tkun f’idejn Direttur Eżekuttiv. Rigward il-post tal-ASE l-ġodda, huwa propost li jinżamm il-post ta’ residenza preżenti tal-kumitati tas-superviżuri Ewropej eżistenti, billi dan jippermetti bidla rapida u effikaċi għas-sistema l-ġdida. It-Taqsima 6.3 tiddiskuti f’aktar dettall l-organizzazzjoni interna tal-ASE. 6.2. Kompiti u setgħat tal-ASE L-ASE ser iwettqu l-kompiti kollha tal-kumitati superviżorji Ewropej eżistenti, iżda barra minn hekk għandhom responsabbiltajiet miżjuda konsiderevolment, setgħat legali definiti u awtorità akbar, kif stipulat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 2009 u qabel magħhom il-Kunsill Ewropew tat-18-19 ta’ Ġunju 2009. 6.2.1. Żvilupp ta' standards tekniċi Il-Kunsill Ewropew approva l-proposta tal-Kummissjoni li għandu jiġi stabbilit ktieb tar-regoli waħdieni tal-UE, applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha fis-Suq Uniku. Għal dan il-għan, differenzi fit-traspożizzjoni nazzjonali tal-liġi Komunitarji li jirriżultaw minn eċċezzjonijiet, derogi, żidiet jew ambigwitajiet iridu jiġi identifikati u mneħħija, sabiex ikun jista’ jiġi ddefinit u applikat sett wieħed bażiku ta’ standards armonizzat. Sabiex jikkontribwixxu għal dan, l-Awtoritajiet għandhom, fl-oqsma speċifikati fil-leġiżlazzjoni settorali rilevanti, jiżviluppaw abbozzi ta' standards tekniċi. Dawn l-istandards jikkostitwixxu strument effikaċi sabiex jissaħħaħ il-Livell 3 tal-istruttura ta’ Lamfalussy, li attwalment hija limitata għall-adozzjoni ta’ linji gwida mhux vinkolanti. L-oqsma fejn l-Awtorità tista’ tiżviluppa tali abbozz ta’ standards jirrigwardaw kwistjonijiet ta’ natura teknika ħafna fejn ikunu meħtieġa kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Dawn il-kwistjonijiet ma jinvolvux deċiżjonijiet ta’ politika u l-kontenut tagħhom huwa rregolat strettament mill-atti Komunitarji adottati fil-Livell 1 (ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li qiegħed jakkumpanja għal trattazzjoni dettaljata dwar il-bidliet meħtieġa fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti). L-iżvilupp tal-istandards mill-ASE jiżgura li huma jibbenefikaw b’mod sħiħ mill-kompetenza speċjalizzata tas-superviżuri nazzjonali. L-istandards tekniċi abbozzati jiġu adottati mill-Awtorità fuq il-bażi ta’ maġġoranza kwalifikata tal-membri tal-Bord tas-Superviżuri, kif iddefinit fl-Artikolu 205 tat-Trattat. L-ordni legali Komunitarja jesiġi li wara l-Kummissjoni tapprova dawn l-abbozzi ta’ standards fil-forma ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet sabiex tagħtihom effetti legali diretti. F’każijiet eċċezzjonali ħafna, u għal raġunijiet biss ta’ interess Komunitarju, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tapprova l-istandards b’mod parzjali, jew b’emendi, jew ma tapprovahomx, liema raġunijiet hija trid tagħmel disponibbli għall-Awtorità. Il-proposta tal-Kummissjoni qed issir bla ħsara għad-diskussjonijiet dwar proċeduri futuri fil-kuntest tat-tranżizzjoni għal Trattat ġdid. Għall-fini ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati, sejjer jitwaqqaf Grupp ta’ Partijiet Interessati għal kull ASE, iffurmat minn rappreżentanti tal-industrija, impjegati fis-settur finanzjarju u minn utenti tas-servizzi finanzjarji. Il-proporzjonijiet relattivi ta’ kull wieħed għandhom ikunu bilanċati u l-ebda grupp ma għandu jiddomina fuq l-oħrajn. Fl-oqsma li ma jkunux koperti mill-istandards tekniċi, l-ASE, bħall-kumitati superviżorji Ewropej eżistenti, għandu jkollhom il-possibbiltà li joħorġu linji gwida u rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u lill-istituzzjonijiet finanzjarji u lill-parteċipanti fis-suq. Jekk f’xi każ speċifiku xi awtorità tagħżel li ma tosservax il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet, hija għandha tispjega d-deċiżjoni tagħha lill-Awtorità. 6.2.2. Setgħat sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli Komunitarji Anki b’ġabra unika ta’ regoli armonizzati, l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli tista’, xi kultant, twassal għal differenzi fl-opinjoni dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Bla ħsara għall-bidu ta’ proċeduri ta’ ksur mill-Kummissjoni kontra l-Istati Membri, l-ASE għalhekk għandu jkollhom is-setgħa ġenerali li jikkontribwixxu sabiex jiżguraw applikazzjoni koerenti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Għal dan il-għan, għandu jiddaħħal mekkaniżmu biex jindirizza mġiba ta’ awtoritajiet superviżorji nazzjonali li jkunu kkunsidrati li qegħdin jitbiegħdu mil-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti (fosthom l-istandards tekniċi diskussi f’6.2.1). Dan il-mekkaniżmu jikkonsisti fi tliet passi differenti: L-ewwel, l-ASE, fuq inizjattiva tagħhom stess jew għax mitluba minn superviżur nazzjonali wieħed jew aktar jew mill-Kummissjoni, jinvestigaw dawn il-każijiet u, fejn ikun meħtieġ, jadottaw rakkomandazzjoni għal azzjoni indirizzata lill-awtorità superviżorja. Fi ħdan id-dover ġenerali ta’ osservanza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, l-awtorità superviżorja tintalab sabiex tikkonforma mar-rakkomandazzjoni fi żmien xahar. It-tieni, jekk ir-rakkomandazzjoni ma tiġix osservata, il-Kummissjoni Ewropea tista’, wara li tiġi infurmata mill-ASE jew fuq inizjattiva tagħha stess, tieħu deċiżjoni, fejn titlob lill-awtorità superviżorja nazzjonali biex jew tieħu azzjoni speċifika jew toqgħod lura milli tieħu azzjoni. Din tal-aħħar, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi d-deċiżjoni, għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-ASE dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex timplimenta din id-deċiżjoni. It-tielet, fis-sitwazzjoni eċċezzjonali li l-awtorità superviżorja ma tikkonformax ma’ din tal-aħħar, l-ASE jistgħu bħala l-aħħar alternattiva jadottaw deċiżjoni indirizzata lill-istituzzjonijiet finanzjarji fir-rigward tal-liġi Komunitarja li tkun tapplika direttament għalihom (jiġifieri Regolamenti). Dan huwa bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni li tinforza d-deċiżjoni tagħha stess. 6.2.3. Azzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza L-ASE għandhom jaqdu rwol attiv ta’ koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, speċjalment f’każ ta’ żviluppi avversi li jistgħu jipperikolaw il-ħidma sewwa u l-integrità tas-sistema finanzjarja tal-UE. Madankollu, f’xi sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, il-koordinazzjoni tista’ ma tkunx biżżejjed, speċjalment meta s-superviżuri nazzjonali waħedhom ma jkollhomx l-istrumenti biex jirrispondu malajr għal kriżi transkonfinali emerġenti. F’każi eċċezzjonali bħal dawn, l-ASE għalhekk għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu lis-superviżuri nazzjonali sabiex jieħdu azzjoni speċifika flimkien. L-istabbiliment ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza transkonfinali jinvolvi grad ta’ apprezzament, u għalhekk għandu jitħalla f’idejn il-Kummissjoni Ewropea. Dan bla ħsara għall-klawsola tas-salvagwardja (ara 6.2.11). B’mod parallel, għandha tiġi aċċellerata l-ħidma sabiex jinbena qafas transkonfinali komprensiv sabiex jissaħħu s-sistemi ta’ mmaniġġjar/risoluzzjoni tal-kriżijiet finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, fosthom skemi ta’ garanziji u qsim tal-piż. 6.2.4. Risoluzzjoni tan-nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali Huwa propost mekkaniżmu sabiex jiżgura li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali rilevanti jqisu l-interessi ta’ Stati Membri oħrajn, inkluż fi ħdan il-kulleġġi tas-superviżuri. Jekk awtorità superviżorja ma taqbilx dwar il-proċedura jew il-kontenut ta’ azzjoni jew ta’ nuqqas ta’ azzjoni minn awtorità superviżorja oħra fejn il-leġiżlazzjoni rilevanti tkun teħtieġ kooperazzjoni, koordinament jew teħid konġunt tad-deċiżjonijiet, l-Awtorità, fuq talba tal-awtorità superviżorja konċernata, tista’ tassisti lill-awtoritajiet biex jilħqu approċċ komuni jew isolvu l-kwistjoni. Dan il-mekkaniżmu jikkonsisti fi tliet passi possibbli[4]: L-ewwel, jekk awtorità superviżorja nazzjonali waħda jew aktar titlob lill-ASE biex tgħin sabiex jiġi solvut tali nuqqas ta’ qbil, hija tista’ tistabbilixxi fażi ta’ konċiljazzjoni bejn l-awtoritajiet sabiex jippruvaw jilħqu ftehim bejniethom, bl-involviment tal-Awtorità kif meħtieġ f’kapaċità ta’ medjazzjoni. It-tieni jekk, wara fażi ta’ konċiljazzjoni, huma ma kinux kapaċi jaslu għal ftehim, l-ASE jistgħu, permezz ta’ deċiżjoni, isolvu l-kwistjoni[5]. Madankollu, din ovvjament tkun xi ħaġa eċċezzjonali billi fil-maġġoranza tal-każijiet, l-awtoritajiet nazzjonali rispettivi għandhom ikunu kapaċi jaslu għal ftehim fil-proċedura ta’ konċiljazzjoni preċedenti. It-tielet, f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità minn awtorità superviżorja mad-deċiżjoni preċedenti, l-Awtorità tista’ tiddeċiedi wkoll li tadotta deċiżjonijiet indirizzati lill-istituzzjonijiet finanzjarji fejn tispeċifika l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-liġi Komunitarja li tapplika direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji. Ta’ min jenfasizza li l-mekkaniżmu għar-risoluzzjoni tat-tilwimiet għandu jindirizza biss kwistjonijiet materjali, eż. każijiet fejn l-azzjoni jew in-nuqqas ta’ azzjoni minn awtorità superviżorja jkollhom impatt detrimentali serju fuq il-ħila ta’ awtorità superviżorja biex tħares l-interess ta’ depożituri, detenturi ta’ poloz, investituri jew persuni li lilhom jiġu pprovduti servizzi fi Stat Membru wieħed jew f’diversi oħra, jew fuq l-istabbiltà finanzjarja ta’ dawn l-Istati Membri. L-Awtorità tirriserva d-dritt li ma tibdiex proċedura ta’ risoluzzjoni jew li tadotta xi deċiżjoni fejn dawn ir-rekwiżiti ma jiġux ssodisfati. Dawn l-arranġamenti jkunu bla ħsara għall-klawsola tas-salvagwardja (ara 6.2.11). 6.2.5. Kulleġġi tas-superviżuri Il-kulleġġi tas-superviżuri huma ċentrali għas-sistema superviżorja tal-UE u għandhom rwol importanti biex ikun żgurat fluss bilanċjat tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet domestiċi u dawk ospitanti. L-ASE ser jikkontribwixxu biex jippromwovu l-ħidma effiċjenti u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri u jimmonitorjaw il-koerenza fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-kulleġġi kollha. F'dan l-isfond, l-ASE jistgħu jipparteċipaw bħala osservaturi fil-kulleġġi tas-superviżuri u jirċievu l-informazzjoni kollha rilevanti kondiviża bejn il-membri tal-kulleġġ. 6.2.6. Kultura superviżorja komuni, delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet u evalwazzjonijiet orizzontali L-ASE għandu jkollhom rwol attiv fl-iżvilupp ta’ kultura superviżorja komuni Ewropea u fl-iżgurar ta’ proċeduri uniformi u prattiki superviżorji konsistenti madwar il-Komunità. Flimkien mal-mekkaniżmu għar-risoluzzjoni tan-nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, il-kultura superviżorja komuni għandha tgħin biex tinbena l-fiduċja u l-kooperazzjoni, u tista’ toħloq dejjem aktar opportunitajiet għas-superviżuri biex jiddelegaw ċerti kompiti u responsabbiltajiet lil xulxin. L-ASE għandhom jiffaċilitaw dan billi jidentifikaw kompiti u responsabbiltajiet li jistgħu jiġu ddelegati jew jitwettqu flimkien kif ukoll billi jippromwovu l-aħjar prattiċi. F’dan ir-rigward, l-Awtorità għandha tinkoraġġixxi u tiffaċilita t-twaqqif ta’ timijiet superviżorji konġunti. Barra dan, perjodikament l-ASE għandhom iwettqu analiżi permezz ta’ evalwazzjoni orizzontali tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. 6.2.7. Valutazzjoni tal-iżviluppi tas-suq Wieħed mill-kompiti ġodda assenjati lill-kumitati superviżorji Ewropej eżistenti fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni riveduti adottati fit-23 ta’ Jannar 2009 huwa l-monitoraġġ, il-valutazzjoni u r-rapportar dwar xejriet, riskji potenzjali u vulnerabbiltajiet fis-settur bankarju, tal-assigurazzjoni u tat-titoli. Għalkemm il-BERS propost ser ikun responsabbli għall-analiżi makroprudenzjali tas-settur finanzjarju tal-UE, l-ASE għandhom ikomplu x-xogħol tal-kumitati superviżorji Ewropej eżistenti f’dan il-qasam bħal: (i) il-konċentrazzjoni tal-analiżi tagħhom tkun differenti, jiġifieri analiżi mikroprudenzjali tipprovdi analiżi vertikali 'l fuq, pjuttost milli analiżi makroprudenzjali vertikali 'l isfel, u (ii) l-analiżi tagħhom tista’ sservi bħala kontribut siewi fix-xogħol imwettaq mill-BERS. 6.2.8. Rwol internazzjonali u konsultattiv Permezz ta' dawn il-proposti il-Kummissjoni qed twieġeb b'mod ċar għad-dgħufijiet identifikati matul il-kriżi kif ukoll għall-appell tal-G20 biex tittieħed azzjoni biex tinbena sistema regolatorja u superviżorja aktar b'saħħitha u aktar konsistenti globalment għas-servizzi finanzjarji. L-ASE jistgħu jservu bħala punti ta’ kuntatt siewja għal awtoritajiet superviżorji minn pajjiżi terzi. F’dan il-kuntest, huma jistgħu, bla ħsara għall-kompetenzi tal-Istituzzjonijiet Ewropej, jidħlu f’arranġamenti amministrattivi ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. L-ASE jistgħu jassistu wkoll fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza marbuta ma’ sistemi superviżorji f’pajjiżi terzi. Barra minn hekk, l-ASE jistgħu, meta jintalbu jew fuq inizjattiva tagħhom stess, jipprovdu parir lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jew jippubblikaw opinjonijiet, fosthom fir-rigward tal-valutazzjonijiet prudenzjali ta’ fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet transkonfinali. Dawn tal-aħħar għandhom jipprovdu għal salvagwardji addizzjonali biex tkun żgurata valutazzjoni tajba u oġġettiva tal-fużjonijiet jew l-akkwiżizzjonijiet transkonfinali fil-ġejjieni. 6.2.9. Ġbir ta’ informazzjoni Meta jintalbu mill-Awtorità, l-awtoritajiet superviżorji u awtoritajiet pubbliċi oħrajn tal-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha neċessarja sabiex twettaq il-kompiti assenjati lilha b’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-Awtorità għandha, f’kollaborazzjoni mas-superviżuri li jaħdmu fil-kulleġġi tas-superviżuri, tiddefinixxi u tiġbor kif jixraq l-informazzjoni kollha rilevanti mill-awtoritajiet superviżorji, biex tiffaċilita l-ħidma tal-kulleġġi tas-superviżuri. Hija għandha tistabbilixxi u timmaniġġja sistema ċentrali biex tagħmel din l-informazzjoni aċċessibbli għall-awtoritajiet superviżorji fil-kulleġġi tas-superviżuri. Fil-prinċipju, l-informazzjoni kollha għandha tiġi ttrasferita lill-ASE mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. 6.2.10. Relazzjoni mal-BERS Il-qafas propost għas-superviżjoni tal-UE jista’ jaħdem biss jekk il-BERS u s-SESF jikkooperaw mill-qrib. Fil-fatt, l-għan tar-riforma huwa li tiżgura interazzjoni iżjed faċli bejn is-superviżjoni fil-livelli makroprudenzjali u mikroprudenzjali. Fit-twettiq tar-rwol tiegħu bħala superviżur makroprudenzjali, il-BERS ikun jeħtieġ fluss f’waqtu ta’ informazzjoni mikroprudenzjali, filwaqt li s-superviżjoni mikroprudenzjali mill-awtoritajiet nazzjonali tibbenefika mill-għarfien tal-BERS dwar il-kuntest makroprudenzjali. Ir-Regolamenti jispeċifikaw ukoll il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-ASE sabiex jaġixxu fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-BERS u kif l-ASE għandhom jużaw is-setgħat tagħhom biex jiżguraw segwitu f’waqtu għar-rakkomandazzjonijiet indirizzati lil awtorità superviżorja nazzjonali waħda jew aktar. 6.2.11. Salvagwardja Konformi mal-konklużjonijiet tal-Ecofin u tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2009, li jisħqu li, bla ħsara għall-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja u b’rikonoxximent tar-responsabbiltajiet potenzjali jew kontinġenti li jistgħu jkunu involuti għall-Istati Membri, id-deċiżjonijiet mill-ASE ma għandhomx jaffettwaw ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri, għandha tiddaħħal klawsola ta’ salvagwardja. Din il-klawsola tiżgura li, fejn Stat Membru jqis li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 10 (jiġifieri deċiżjonijiet ta’ emerġenza) jew 11 (jiġifieri risoluzzjoni ta’ nuqqasijiet ta’ qbil) ta’ dawn ir-Regolamenti taffettwa r-responsabbiltà fiskali tiegħu, huwa jista’ jinnotifika lill-Awtorità u lill-Kummissjoni li l-awtorità superviżorja nazzjonali ma jkunx biħsiebha timplimenta d-deċiżjoni tal-Awtorità, billi juri b’mod ċar kif id-deċiżjoni mill-Awtorità taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu. L-Awtorità għandha tinforma fi żmien xahar lill-Istat Membru jekk tkunx ser iżżomm id-deċiżjoni tagħha jew jekk tkunx ser temendaha jew tirrevokaha. Fejn l-Awtorità żżomm id-deċiżjoni tagħha, l-Istat Membru jista’ jirreferi l-kwistjoni lill-Kunsill u d-deċiżjoni tal-Awtorità tiġi sospiża. Fi żmien xahrejn, il-Kunsill għandu jiddeċiedi jekk id-deċiżjoni għandhiex tinżamm jew tiġi rrevokata, billi jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata. Għal deċiżjonijiet tal-Awtorità adottati skont l-Artikolu 10, tapplika proċedura mgħaġġla biex tqis il-ħtieġa għal deċiżjonijiet malajr f’ċirkustanzi ta’ emerġenza. 6.3. L-organizzazzjoni interna tal-ASE u tas-SESF Kull ASE għandha tinkludi: (i) Bord tas-Superviżuri; (ii) Bord Maniġerjali; (iii) President; u (iv) Direttur Eżekuttiv. Barra minn hekk, għandu jiġi stabbilit Bord tal-Appell wieħed għat-tliet ASE. 6.3.1. Bord ta’ Superviżuri Il-Bord tas-Superviżuri huwa l-entità prinċipali li jieħu d-deċiżjonijiet tal-ASE u fost affarijiet oħra ser ikun responsabbli għall-adozzjoni tal-abbozz ta’ standards tekniċi, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, u deċiżjonijiet deskritti fit-taqsima 6.2 ta’ dan il-memorandum ta’ spjegazzjoni. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jkun magħmul minn: - il-President tal-ASE rispettiva, li ser jippresiedi l-laqgħat tal-Bord, iżda li ma jkollux vot; - il-Kap tal-awtorità superviżorja nazzjonali rilevanti f’kull Stat Membru; - rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni li ma jkollux vot; - rappreżentant wieħed tal-BERS li ma jkollux vot; - rappreżentant wieħed ta’ kull waħda miż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra li ma jkollhomx vot, u - fejn ikun rilevanti, il-Bord jista’ jiddeċiedi li jdaħħal osservaturi. Bħala regola, id-deċiżjonijiet mill-Bord ser jittieħdu b’maġġoranza sempliċi, ħlief għal dawk id-deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-istabbiliment ta’ abbozz ta’ standards u linji gwida tekniċi u deċiżjonijiet marbuta mal-artikoli dwar id-dispożizzjonijiet finanzjarji, li għalihom ser tintuża votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata. Il-Bord jista’ jwaqqaf panils għar-risoluzzjoni tat-tilwimiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali tiġi adottata mill-Bord tas-Supervżuri fuq proposta minn dan il-panil. 6.3.2. Bord Maniġerjali Il-Bord Maniġerjali għandu jiżgura li l-Awtorità twettaq il-missjoni tagħha u l-kompiti assenjati lilha. Partikolarment, huwa għandu jkun responsabbli għat-tħejjija tal-programm ta’ ħidma tal-Awtorità, l-adozzjoni tar-regoli proċedurali, u jkollu rwol ċentrali fl-adozzjoni tal-baġit tagħha. Huwa ser ikun iffurmat mill-President tal-ASE, rappreżentant tal-Kummissjoni, u erba’ membri eletti mill-Bord tas-Superviżuri minn fost il-membri tiegħu, li għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess tal-Komunità. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord Maniġerjali mingħajr id-dritt li jivvota. 6.3.3. Il-President u d-Direttur Eżekuttiv L-ASE ser tkun irrappreżentata minn President indipendenti b'impjieg sħiħ, li għandhom ikun responsabbli biex jipprepara x-xogħol tal-Bord tas-Superviżuri kif ukoll biex imexxi l-laqgħat kemm tal-Bord tas-Superviżuri kif ukoll tal-Bord Maniġerjali. L-attivitajiet ta’ kuljum tal-ASE għandhom madankollu jiġu mmaniġġjati minn Direttur Eżekuttiv, li, bħall-President, għandu jkun professjonist indipendenti b'impjieg sħiħ. Huwa għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw l-operat tal-ASE. Iż-żewġ persuni għandhom jiġu eletti mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolazzjoni finanzjarja, wara proċedura miftuħa ta’ għażla. Il-kandidat magħżul mill-Bord tas-Superviżuri għall-pożizzjoni ta’ President għandu jkun soġġett għal konferma mill-Parlament Ewropew. It-terminu taż-żewġ mandati għandu jkun ta’ ħames snin u jista’ jiġi estiż darba. Tali estensjoni ser tiddependi fuq l-eżitu ta’ valutazzjoni mwettqa mill-Bord tas-Superviżuri. 6.3.4. Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej Fi ħdan l-istruttura proposta, il-kooperazzjoni transsettorjali ser tkun fundamentali biex tirrifletti x-xejriet u r-realtajiet rilevanti tas-suq. Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ser jiżgura fehim reċiproku, kooperazzjoni u approċċi superviżorji konsistenti bejn it-tliet ASE il-ġodda. Għandu jitwaqqaf Sottokumitat għall-Kumitat Konġunt biex jindirizza speċifikament l-kwisjonijiet transsettorjali, inklużi l-konglomerati finanzjarji u l-iżgurar ta’ kuntest ekwu. Filwaqt li d-deċiżjonijiet proprji, pereżempju fuq id-Direttiva dwar il-Konglomerati Finanzjarji, ikunu qegħdin jittieħdu mill-ASE individwali, il-Kumitat Konġunt għandu jiżgura li d-deċiżjonijiet komuni li jittieħdu mill-ASE b’mod parallel. 6.3.5. Bord tal-Appell Sistema ta’ appell ser tiżgura li kwalunkwe persuna naturali jew legali, inklużi l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, tista’ fl-ewwel istanza tappella quddiem Bord tal-appell kontra deċiżjoni mill-ASE sabiex tiżgura l-applikazzjoni koerenti tar-regoli Komunitarji (l-Artikolu 9), azzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza (l-Artikolu 10), u r-risoluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil (l-Artikolu 11). Il-Bord tal-Appell għandu jkun entità konġunta ta’ tliet ASE, jiġifieri ser jittratta kwistjonijiet relatati mas-settur bankarju, l-assigurazzjoni u t-titoli. Il-Bord tal-Appell ser ikollu sitt membri u sitt sostituti b’għarfien u esperjenza rilevanti, eskluż persunal preżenti tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jew ta’ istituzzjonijiet nazzjonali jew Komunitarji oħra involuti fl-attivitajiet tal-Awtorità. Żewġ membri tal-Bord tal-Appell u żewġ sostituti għandhom jinħatru mill-Bord Maniġerjali ta’ kull ASE minn lista qasira proposta mill-Kummissjoni Ewropea. 6.4. Dispożizzjonijiet finanzjarji Dawn id-dispożizzjonijiet jittrattaw l-aspetti baġitarji tal-ASE u jenfasizzaw li d-dħul tal-Awtoritajiet jista’ jiġi minn sorsi differenti, eż. kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, sussidju mill-Komunità jew tariffi mħallsa mill-industrija lill-Awtorità. Jispeċifika wkoll il-proċeduri għall-istabbiliment annwali, l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit. Ir-Regolament Finanzjarju ta’ Qafas għal entitajiet stabbiliti skont l-Artikolu 158 tar-Regolament Finanzjarju għandu japplika. 6.5. Dispożizzjonijiet ġenerali u finali Id-dispożizzjonijiet ġenerali jispeċifikaw kwistjonijiet prattiċi relatati mal-persunal, ir-responsabbiltà tal-ASE, l-obbligi tas-segretezza professjonali, il-protezzjoni tad-dejta, l-aċċess għad-dokumenti, l-arranġamenti dwar il-lingwa, l-arranġamenti dwar il-kwartieri ġenerali u l-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi. Fi żmien tliet snin mill-bidu effettiv tal-operazzjonijiet u suċċessivament kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-operat tal-ASE u l-proċeduri stipulati fir-Regolament. Dan ir-rapport sejjer jevalwa wkoll il-progress miksub lejn konverġenza regolatorja u superviżorja fl-oqsma tal-immaniġġar u r-risoluzzjoni tal-kriżijiet fl-UE. 6.6. Differenzi prinċipali bejn it-tliet Regolamenti Id-differenzi prinċipali bejn it-tliet Regolamenti proposti jirrigwardaw l-għanijiet tal-Awtoritajiet, l-ambitu ta’ azzjoni, u d-definizzjonijiet, li huma addattati skont l-ispeċifiċitajiet tas-settur rilevanti u l-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti. Barra minn hekk, il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li l-ASE għandu jkollhom ukoll setgħat superviżorji fuq l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. L-AETS tkun responsabbli biex tirreġistra l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. L-AETS tingħata s-setgħa wkoll li tieħu miżuri superviżorji bħall-irtirar tar-reġistrazzjoni jew is-sospensjoni tal-użu għal skopijiet regolatorji tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Is-setgħat superviżorji jistgħu jinkludu s-setgħa li titlob informazzjoni u twettaq investigazzjonijiet fuq il-post. Ir-responsabbiltajiet u s-setgħat tal-AETS fir-rigward tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu sejrin jiġu ddefiniti f'emenda għar-Regolament dwar l-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu. 2009/0142 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu, Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni[6], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[7], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[8], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[9], Billi: (1) Il-kriżi finanzjarja fl-2007/2008 kixfet nuqqasijiet importanti fis-superviżjoni finanzjarja, kemm f’każijiet partikolari kif ukoll b’rabta mas-sistema finanzjarja kollha kemm hi. Il-mudelli superviżorji bbażati nazzjonalment waqgħu lura mqabbla mar-realtà integrata u interkonnessa tas-swieq finanzjarji Ewropej, li fihom bosta kumpaniji finanzjarji joperaw lil hinn mill-fruntieri. Il-kriżi kixfet nuqqasijiet fil-qasam tal-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni, l-applikazzjoni konsistenti tal-liġi Komunitajra u l-fiduċja bejn is-superviżuri nazzjonali. (2) Rapport mitlub mill-Kummissjoni u ppubblikat fil-25 ta’ Frar 2009 minn grupp ta’ esperti ta’ livell għoli ppresedut minn J. de Larosière kkonkluda li l-qafas superviżorju kien jeħtieġlu li jissaħħaħ sabiex jitnaqqas ir-riskju u l-gravità ta’ kriżijiet finanzjarji futuri. Huwa rrakkomanda riformi estensivi fl-istruttura tas-superviżjoni tas-settur finanzjarju fil-Komunità. Dak il-grupp ta’ esperti kkonkluda wkoll li għandha tinħoloq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, li tinkludi tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, waħda għas-settur bankarju, waħda għas-settur tat-titoli u waħda għas-settur tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol, u l-ħolqien ta’ Kunsill Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. (3) Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-4 ta’ Marzu 2009 bit-titlu “Nixprunaw l-Irkupru Ewropew”[10], il-Kummissjoni pproponiet li tressaq abbozz ta’ leġiżlazzjoni li toħloq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji u Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, u fil-Komunikazzjoni tagħha tas-27 ta’ Mejju 2009 bit-titlu "Superviżjoni Finanzjarja Ewropea"[11] ipprovdiet iżjed dettalji dwar l-arkitettura possibbli ta’ tali qafas superviżorju ġdid. (4) Il-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2009, irrakkomanda li titwaqqaf Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, li tkun tinkludi tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ġodda. Il-mira tas-sistema għandha tkun li ttejjeb il-kwalità u l-konsistenza tas-superviżjoni nazzjonali, issaħħaħ is-superviżjoni ta’ gruppi transkonfinali u tistabbilixxi ġabra Ewropea unika tar-regoli applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha fis-Suq Uniku. Huwa enfasizza li l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jkollhom ukoll setgħat superviżorji għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u talab lill-Kummissjoni sabiex tħejji proposti konkreti dwar kif is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji jista’ jkollha rwol b’saħħtu f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, filwaqt li saħaq li d-deċiżjonijiet meħudin mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ma għandhomx jaffettwaw ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri. (5) Il-kriżi finanzjarja u ekonomika ħolqot riskji reali u serji għall-istabbiltà tas-suq intern. Ir-restawr u ż-żamma ta’ sistema finanzjarja stabbli u affidabbli huma prerekwiżit assolut sabiex tinżamm il-fiduċja u l-koerenza fis-suq intern, u għalhekk biex jiġu ppreservati u jittejbu l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ suq intern kompletament integrat u funzjonali fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Barra minn hekk, swieq finanzjarji integrati aktar u fil-fond joffru opportunitajiet aħjar għall-iffinanzjar u għad-diversifikazzjoni tar-riskji, u għalhekk jgħinu biex titjieb il-kapaċità tal-ekonomiji biex jassorbu x-xokkijiet. (6) Il-Komunità laħqet il-limiti ta’ x’jista’ jsir permezz tal-istat attwali tal-Kumitati tas-Superviżuri Ewropej, li jibqgħu entitajiet konsultattivi għall-Kummissjoni. Il-Komunità ma tistax tibqa’ f’sitwazzjoni fejn ma jeżisti l-ebda mekkaniżmu li jiżgura li s-superviżuri nazzjonali jaslu għall-aqwa deċiżjoni superviżorja possibbli dwar istituzzjonijiet transkonfinali; fejn hemm kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni insuffiċjenti fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali; fejn azzjoni konġunta mill-awtoritajiet nazzjonali teħtieġ arranġamenti kkumplikati biex titqies il-frammentazzjoni tar-rekwiżiti regolatorji u superviżorji; fejn ikun hemm interpretazzjonijiet diverġenti għall-istess test legali f’każijiet fejn soluzzjonijiet nazzjonali spiss ikunu l-unika alternattiva fattibbli b’reazzjoni għal problemi Ewropej. Is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri għandha titfassal biex tegħleb dawn in-nuqqasijiet u tipprovdi sistema li tkun taqbel mal-għan ta’ suq finanzjarju Komunitarju wieħed u stabbli għas-servizzi finanzjarji, li tgħaqqad is-superviżuri nazzjonali f’netwerk Komunitarju b’saħħtu. (7) Is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji għandha tkun netwerk ta’ awtoritajiet superviżorji nazzjonali u Komunitarji, li tħalli s-superviżjoni ta’ kuljum tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-livell nazzjonali, u tagħti rwol ċentrali fis-superviżjoni ta’ gruppi transkonfinali lill-kulleġġi tas-superviżuri. Għandu jkun hemm ukoll armonizzazzjoni akbar u l-applikazzjoni koerenti tar-regoli għall-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji madwar il-Komunità. Għandha titwaqqaf Awtorità Bankarja Ewropea, flimkien ma’ Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej). (8) L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandhom jissostitwixxu l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej li kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE[12], il-Kumitat tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej li kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE[13] u l-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej li kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE[14], u jassumu l-kompiti u l-kompetenzi kollha ta’ dawk il-kumitati. L-ambitu tal-attività ta’ kull Awtorità għandu jiġi ddefinit b’mod ċar. Meta raġunijiet istituzzjonali u r-responsabbiltajiet assenjati fit-Trattat jeħtieġu dan, il-Kummissjoni għandha tifforma wkoll parti min-netwerk ta’ attivitajiet superviżorji. (9) L-Awtorità Bankarja Ewropea ("l-Awtorità") għandha taġixxi bil-għan li jittejjeb l-operat tas-suq intern, inkluż b’mod partikolari billi jkun żgurat livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolazzjoni u superviżjoni filwaqt li jitqiesu l-interessi varji tal-Istati Membri kollha, jiġu protetti d-depożituri u l-investituri, jiġu żgurati l-integrità, l-effikaċja u l-operat sewwa tas-swieq finanzjarji, titħares l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u tissaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali, għall-benefiċċju tal-ekonomija b’mod ġenerali, inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji u partijiet interessati oħrajn, il-klijenti u l-impjegati. Sabiex tkun tista’ twettaq l-għanijiet tagħha, huwa meħtieġ u xieraq li l-Awtorità għandha tkun entità Komunitarja li jkollha personalità legali u hija għandu jkollha awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja. (10) Fis-sentenza tagħha tat-2 ta’ Mejju 2006 fil-Kawża C-217/04 (Renju Unit/Parlament Ewropew u l-Kunsill)[15], il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej irrikonoxxiet li l-Artikolu 95 tat-Trattat dwar l-adozzjoni ta’ miżuri għall-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni għall-istabbiliment u t-tħaddim tas-suq intern jipprovdi bażi legali xierqa għat-twaqqif ta’ "korp Komunitarju li huwa responsabbli li jikkontribwixxi għar-realizzazzjoni ta’ proċess ta’ armonizzazzjoni", fejn il-kompiti kkonferiti lil tali entità jkunu marbuta mill-qrib mas-suġġett tal-atti ta’ approssimizzar tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-għan u l-kompiti tal-Awtorità - li tassisti lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli Komunitarji u tikkontribwixxi għall-istabbiltà finanzjarja meħtieġa għall-integrazzjoni finanzjarja - huma marbutin mill-qrib mal-miri tal-acquis Komunitarju rigward is-suq intern għas-servizzi finanzjarji. Għalhekk, l-Awtorità għandha titwaqqaf fuq il-bażi tal-Artikolu 95 tat-Trattat. (11) L-atti legali li jistabbilixxu l-kompiti għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fosthom li jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni, huma dawn: id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-operat tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu[16] [verżjoni mhux uffiċjali], id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-kumpaniji tal-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu[17] [verżjoni mhux uffiċjali] u d-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti[18]. (12) Il-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti li tirregola l-qasam kopert minn dan ir-Regolament tinkludi wkoll id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[19], u d-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu[20], u d-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji ta' konsumaturi[21]. (13) Huwa mixtieq li l-Awtorità tippromwovi approċċ konsistenti fil-qasam tal-garanziji ta’ depożiti biex ikun żgurat kuntest ekwu u trattament ġust tad-depożituri madwar il-Komunità. Billi l-iskemi ta’ garanzija ta’ depożiti huma suġġetti għal superviżjoni fl-Istati Membri tagħhom pjuttost milli għal superviżjoni regolatorja, huwa xieraq illi l-Awtorità tkun tista’ teżerċita s-setgħat tagħha skont dan ir-Regolament fir-rigward tal-iskema tal-garanzija ta’ depożiti nnifisha u l-operatur tagħha. (14) Hemm bżonn li jiddaħħal strument effikaċi sabiex jistabbilixxi standards tekniċi armonizzati fis-servizzi finanzjarji biex jiġu żgurati, anki permezz ta' ktieb tar-regoli waħdieni, ambjent ekwu u protezzjoni adegwata għad-depożituri, l-investituri u l-konsumaturi madwar l-Ewropa. Bħala entità b’kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li, f’oqsma ddefiniti mil-liġi Komunitarja, l-Awtorità tiġi fdata sabiex telabora abbozz ta’ standards tekniċi li ma jinvolvux għażliet politiċi. Il-Kummissjoni għandha tapprova dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi skont il-liġi Komunitarja sabiex tagħtihom effett legali vinkolanti. L-abbozz tal-istandards tekniċi jkollhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawn ikunu soġġetti għall-emendar fejn, pereżempju, l-abbozz tal-istandards tekniċi jkun inkompativvli mal-Liġi Komunitarja, ma jħarisx il-prinċipju tal-proporzjonalità jew ikun imur kontra l-prinċipju fundamentali tas-suq intern tas-servizzi finanzjarji kif rifless fl- acquis tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-servizzi finanzjarji. Sabiex jiġi żgurat proċess ta’ adozzjoni mgħaġġel u bla intoppi għal dawk l-istandards, il-Kummissjoni għandha tkun soġġetta għal limitu ta’ żmien għad-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni. (15) Il-proċess għall-iżvilupp ta’ standards tekniċi f’dan ir-regolament huwa bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni sabiex tadotta fuq inizjattiva tagħha stess, miżuri implimentattivi skont il-proċeduri tal-komitoloġija fil-livell 2 tal-istruttura Lamfalussy kif stipulat fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti. Il-kwistjonijiet ikkonċernati mill-istandards tekniċi ma jinvolvux deċiżjonijiet politiċi, u l-kontenut tagħhom huwa inkwadrat mill-atti Komunitarji fil-Livell 1. L-iżvilupp tal-abbozz ta’ standards mill-Awtorità jiżgura li huma jibbenefikaw b’mod sħiħ mill-kompetenza speċjalizzata tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. (16) F’oqsma mhux koperti minn standards tekniċi, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u tissaħħaħ l-osservanza ta’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu obbligati li jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom meta ma jikkonformawx ma’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet. (17) Li tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa u korretta tal-liġi Komunitarja huwa prerekwiżit fundamentali għall-integrità, l-effikaċja u l-operat xieraq tas-swieq finanzjarji, l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u għall-kundizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji fil-Komunità. Għalhekk għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Awtorità tindirizza każijiet ta’ applikazzjoni ħażina jew insuffiċjenti tal-liġi Komunitarja. Dan il-mekkaniżmu għandu japplika f’oqsma fejn il-leġiżlazzjoni Komunitarja tiddefinixxi obbligi ċari u inkondizzjonali. (18) Biex ikun hemm rispons proporzjonat għal każijiet ta’ applikazzjoni ħażina jew insuffiċjenti tal-liġi Komunitarja, għandu japplika mekkaniżmu fi tliet passi. Fl-ewwel livell, l-Awtorità għandha tingħata s-setgħa li tinvestiga l-allegata applikazzjoni ħażina jew insuffiċjenti tal-liġi Komunitarja mill-awtoritajiet nazzjonali fil-prattika superviżorja tagħhom, konkluża b’rakkomandazzjoni. (19) Fejn l-awtorità nazzjonali ma tikkonformax mar-rakkomandazzjonijiet, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tindirizza Deċiżjoni lill-awtorità superviżorja nazzjonali konċernata sabiex tiżgura l-konformità mal-liġi Komunitarja, billi toħloq effetti legali diretti li jistgħu jiġu invokati quddiem il-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali u infurzat skont l-Artikolu 226 tat-Trattat. (20) Sabiex jingħelbu sitwazzjonijiet eċċezzjonali ta’ nuqqas ta’ azzjoni persistenti mill-awtorità kompetenti konċernata, l-Awtorità għandha tingħata s-setgħa, bħala l-aħħar alternattiva, li tadotta deċiżjonijiet indirizzati lejn istituzzjonijiet finanzjarji individwali. Is-setgħa għandha tkun limitata għal ċirkostanzi fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjonijiet indirizzati lilha u li fihom il-liġi Komunitarja tkun tapplika direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji permezz ta' Regolamenti tal-UE eżistenti jew futuri. (21) Theddidiet serji għall-operat xieraq u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fil-Komunità jeħtieġu rispons malajr u komuni fil-livell Komunitarju. L-Awtorità għalhekk għandha tkun tista’ titlob lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali biex jieħdu azzjonijiet speċifiċi sabiex jirrimedjaw sitwazzjoni ta’ emerġenza. Billi d-determinazzjoni ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza tinvolvi livell ta’ diskrezzjoni sinifikanti, din is-setgħa għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni. Sabiex ikun żgurat rispons effikaċi għas-sitwazzjoni ta’ emerġenza, f’każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li tadotta, bħala l-aħħar alternattiva, deċiżjonijiet indirizzati direttament lill-istituzzjonijiet finanzjarji f’oqsma tal-liġi Komunitarji li japplikaw direttament għalihom, li jkunu mmirati sabiex jimmitigaw l-effetti tal-kriżi u jreġġgħu lura l-fiduċja fis-swieq. (22) Sabiex tiġi żgurata superviżjoni effiċjenti u effikaċi u konsiderazzjoni bilanċjata tal-pożizzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti, l-Awtorità għandha tkun kapaċi ssolvi nuqqasijiet ta’ qbil bejn dawn l-awtoritajiet kompetenti b’effett vinkolanti, inkluż fi ħdan il-kulleġġi tas-superviżuri. Għandha tiġi pprovduta fażi ta’ konċiljazzjoni, li matulha l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jilħqu ftehim. Il-kompetenza tal-Awtorità għandha tkopri nuqqasijiet ta’ qbil dwar obbligi proċedurali fil-proċess ta’ kooperazzjoni kif ukoll dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja f’deċiżjonijiet superviżorji. Il-mekkaniżmi eżistenti ta’ konċiljazzjoni pprovduti fil-leġiżlazzjoni settorjali jridu jiġu rispettati. F’każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali konċernati, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li tadotta, bħala l-aħħar alternattiva, deċiżjonijiet indirizzati direttament lill-istituzzjonijiet finanzjarji f’oqsma tal-liġi Komunitarja li japplikaw direttament għalihom. (23) Il-kulleġġi tas-superviżuri għandhom rwol importanti fis-superviżjoni effiċjenti, effikaċi u konsistenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw bejn il-fruntieri. L-Awtorità għandu jkollha drittijiet sħaħ ta’ parteċipazzjoni fil-kulleġġi tas-superviżuri bil-għan li ttejjeb l-operat u l-proċess ta’ skambju tal-informazzjoni fil-kulleġġi u biex tippromwovi l-konverġenza u l-konsistenza bejn il-kulleġġi fl-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja. (24) Id-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tista’ tkun strument utli fl-operat tan-netwerk tas-superviżuri sabiex titnaqqas id-duplikazzjoni tal-kompiti superviżorji, tiġi promossa l-kooperazzjoni u b’hekk jitħaffef il-proċess superviżorju kif ukoll jitnaqqas il-piż impost fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji. Ir-Regolament għalhekk għandu jipprovdi bażi legali ċara għal tali delega. Delega tal-kompiti tfisser li l-kompiti jitwettqu minn awtorità superviżorja oħra minflok mill-awtorità responsabbli, filwaqt li r-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet superviżorji tibqa’ f’idejn l-awtorità li tiddelega. Bid-delega tar-responsabbiltajiet, awtorità superviżorja nazzjonali waħda, id-delegata, tkun tista’ tiddeċiedi fuq ċerta kwistjoni superviżorja f’isimha minflok awtorità superviżorja nazzjonali oħra. Id-delegi għandhom ikunu rregolati mill-prinċipju li l-kompetenza superviżorja għandha tiġi allokata lil superviżur li jkun f’pożizzjoni tajba biex jieħu azzjoni fil-kwistjoni. Allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet tista’ tkun f’waqtha pereżempju għal raġunijiet ta’ ekonomiji ta’ skala jew ambitu, ta’ koerenza fis-superviżjoni tal-grupp, u tal-aħjar użu tal-kompetenza teknika fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Il-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti tista’ tispeċifika ulterjorment il-prinċipji għall-allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet skont ftehim. L-Awtorità għandha tiffaċilita ftehimiet ta’ delega bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali b’kull mezz xieraq. Hija għandha tiġi infurmata minn qabel dwar intenzjonijiet ta’ ftehimiet ta’ delega sabiex tkun tista’ tesprimi opinjoni fejn ikun xieraq. Hija għandha tiċċentralizza l-pubblikazzjoni ta’ tali ftehimiet sabiex tiżgura informazzjoni f’waqtha, trasparenti u faċilment aċċessibbli għall-partijiet kollha konċernati. (25) L-Awtorità għandha tippromwovi attivament konverġenza superviżorja fil-Komunità kollha bil-għan li tistabbilixxi kultura superviżorja komuni. (26) L-evalwazzjonijiet orizzontali huma strument effiċjenti u effikaċi biex tiġi promossa l-konsistenza fin-netwerk tas-superviżuri finanzjarji. Għalhekk, l-Awtorità għandha tiżviluppa l-qafas metodoloġiku għal tali evalwazzjonijiet u tagħmilhom fuq bażi regolari. L-evalwazzjonijiet għandhom jiffukaw mhux biss fuq il-konverġenza tal-prattiċi superviżorji iżda wkoll fuq il-kapaċità tas-superviżuri li jiksbu riżultati superviżorji ta’ kwalità għolja kif ukoll l-indipendenza tal-awtoritajiet kompetenti. (27) L-Awtorità għandha tippromwovi attivament rispons superviżorju koordinat tal-Komunità, b’mod partikolari fejn żviluppi avversi jistgħu jipperikolaw l-operat xieraq u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fil-Komunità. Minbarra s-setgħat tagħha għal azzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, hija għandha għalhekk tiġi fdata b’funzjoni ġenerali ta’ koordinazzjoni fi ħdan is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji. Il-fluss mingħajr problemi tal-informazzjoni kollha rilevanti bejn l-awtoritajiet kompetenti għandu jkun ċentru partikolari tal-attenzjoni tal-azzjonijiet tal-Awtorità. (28) Sabiex titħares l-istabbiltà finanzjarja huwa neċessarju li jiġu identifikati, kmieni, ix-xejriet, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet li joħorġu mil-livell mikroprudenzjali, bejn il-fruntieri u bejn is-setturi. L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta tali żviluppi fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħrajn u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku fuq bażi regolari u, skont il-ħtieġa, fuq bażi ad hoc. L-Awtorità għandha tikkoordina wkoll testijiet tat-tensjoni fil-Komunità kollha sabiex tivvaluta r-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji għal żviluppi avversi tas-suq, billi tiżgura li tiġi applikata metodoloġija kemm jista’ jkun konsistenti fil-livell nazzjonali għal dawn it-testijiet. (29) Minħabba l-globalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji u l-importanza dejjem akbar tal-istandards internazzjonali, l-Awtorità għandha tippromwovi d-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ superviżuri barra l-Komunità. Hija għandha tirrispetta b’mod sħiħ ir-rwoli u l-kompetenzi eżistenti tal-Istituzzjonijiet Ewropej fir-relazzjonijiet ma’ awtoritajiet barra l-Komunità u f’fora internazzjonali. (30) L-Awtorità għandha sservi bħala entità konsultattiva indipendenti għall-Parlament Ewropew, il-Kunsill, u l-Kummissjoni fil-qasam tal-kompetenza tagħha. Hija għandha tkun kapaċi tipprovdi l-opinjoni tagħha dwar il-valutazzjoni prudenzjali ta’ fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet skont id-Direttiva 2006/48/KE, emendata minn 2007/44/KE[22]. (31) Sabiex twettaq id-dmirijiet tagħha b’mod effikaċi, l-Awtorità għandu jkollha d-dritt li titlob l-informazzjoni kollha neċessarja. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar għall-istituzzjonijiet finanzjarji, dik l-informazzjoni normalment għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali li jkunu l-eqreb għas-swieq u l-istituzzjonijiet finanzjarji. Madankollu, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li titlob informazzjoni direttament mingħand l-istituzzjonijiet finanzjarji u partijiet oħrajn meta awtorità nazzjonali kompetenti ma jkollhiex jew ma tkunx tista’ tipprovdi tali informazzjoni fil-ħin. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jassistu lill-Awtorità fl-infurzar ta’ dawn it-talbiet diretti. (32) Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Awtorità u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku hija essenzjali sabiex tingħata effikaċja sħiħa lill-operat tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u s-segwitu għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. L-Awtorità għandha taqsam kwalunkwe informazzjoni rilevanti mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. Dejta marbuta ma’ impriżi individwali għandha tingħata biss fuq talba motivata. Malli tirċievi twissijiet jew rakkomandazzjonijiet indirizzati mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku lill-Awtorità jew lil awtorità superviżorja nazzjonali, l-Awtorità għandha tiżgura s-segwitu. (33) Fejn ikun xieraq, l-Awtorità għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar standards tekniċi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet u tagħtihom opportunità raġonevoli sabiex jikkummentaw dwar il-miżuri proposti. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, għandu jitwaqqaf Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għal dak l-iskop, li jkun jirrappreżenta b'mod proporzjonat lill-istituzzjonijiet tal-kreditu u tal-investiment tal-Komunità (inkluż kif xieraq l-investituri istituzzjonali u istituzzjonijiet finanzjarji oħra li huma stess jużaw is-servizzi finanzjarji), lill-impjegati tagħhom, u lill-konsumaturi u utenti oħra tas-servizzi bankarji fil-livell tal-konsumaturi, inkluż l-SMEs. Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jaħdem attivament bħala interkonnessjoni ma’ gruppi ta’ utenti oħrajn fil-qasam tas-servizzi finanzjarji stabbiliti bil-leġiżlazzjoni tal-Kummissjoni jew tal-Komunità. (34) L-Istati Membri għandhom responsabbiltà ċentrali sabiex jippreservaw l-istabbiltà finanzjarja fl-immaniġġar ta’ kriżi, b’mod partikolari biex jiġu stabbilizzati u riżolti istituzzjonijiet finanzjarji individwali batuti. Il-miżuri mill-Awtorità f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jew ta’ saldu li jaffettwaw l-istabbiltà ta’ istituzzjoni finanzjarja ma għandhomx jaffettwaw ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri. Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Istati Membri jkunu jistgħu jinvokaw din is-salvagwardja u finalment iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kunsill għal deċiżjoni. Huwa xieraq li l-Kunsill jingħata rwol f’din il-kwistjoni minħabba r-responsabbiltajiet partikolari tal-Istati Membri f’dan ir-rigward. (35) Fil-proċeduri tagħha għat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-Awtorità għandha tkun marbuta bir-regoli u l-prinċipji ġenerali tal-Komunità dwar il-proċess u t-trasparenza dovuti. Id-dritt li jinstemgħu d-destinatarji tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandu jiġi rrispettat b’mod sħiħ. L-atti tal-Awtorità jiffurmaw parti integrali mil-liġi Komunitarja. (36) Bord tas-Superviżuri magħmul mill-kapijiet tal-awtorità kompetenti rilevanti f’kull Stat Membru, u mmexxi mill-President tal-Awtorità, għandu jkun l-entità prinċipali li tieħu d-deċiżjonijiet tal-Awtorità. Rappreżentanti tal-Kummissjoni, il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, il-Bank Ċentrali Ewropew u ż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra għandhom jipparteċipaw bħala osservaturi. Il-membri tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u biss fl-interess tal-Komunità. Għal atti ta’ natura ġenerali, fosthom dawk marbuta mal-adozzjoni ta’ standards tekniċi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet kif ukoll kwistjonijiet baġitarji, huwa xieraq li r-regoli jiġu applikati b’maġġoranza kwalifikata kif stipulat fit-Trattat, filwaqt li għad-deċiżjonijiet l-oħrajn kollha għandha tapplika maġġoranza sempliċi tal-membri. Każijiet li jirrigwardaw ir-risoluzzjoni ta’ nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jiġu eżaminati minn panil ristrett. (37) Bord Maniġerjali magħmul mill-President tal-Awtorità, rappreżentanti tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u l-Kummissjoni għandu jiżgura li l-Awtorità taqdi l-missjoni tagħha u twettaq il-kompiti assenjati lilha. Il-Bord Maniġerjali għandu jingħata s-setgħat meħtieġa biex, fost l-oħrajn, jipproponi l-programm ta’ ħidma annwali u multiannwali, jeżerċita ċerti setgħat baġitarji, jadotta l-pjan ta' politika tal-Awtorità dwar il-persunal, jadotta dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dritt tal-aċċess għad-dokumenti u jadotta r-rapport annwali. (38) President b'impjieg sħiħ, magħżul mill-Bord tas-Superviżuri permezz ta’ kompetizzjoni miftuħa, għandu jirrappreżenta lill-Awtorità. It-tmexxija tal-Awtorità għandha tkun fdata lil Direttur Eżekuttiv, li għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali mingħajr id-dritt li jivvota. (39) Sabiex tkun żgurata konsistenza transsettorjali fl-attivitajiet tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, dawk l-awtoritajiet għandhom jikkoordinaw mill-qrib f’Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u fejn ikun xieraq jaslu għal pożizzjonijiet komuni. Il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jassumi l-funzjonijiet kollha tal-Kumitat Konġunt għall-Konglomerati Finanzjarji. Fejn ikun rilevanti, atti li jaqgħu wkoll fil-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol jew tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandhom jiġu adottati b’mod parallel mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej konċernati. (40) Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-partijiet affettwati mid-deċiżjonijiet adottati mill-Awtorità jkunu jistgħu jeżerċitaw ir-rimedji neċessarji. Sabiex jitħarsu b’mod effikaċi id-drittijiet tal-partijiet u għal raġunijiet ta’ ekonomija proċedurali, fejn l-Awtorità jkollha setgħat li tieħu d-deċiżjonijiet, il-partijiet għandhom jingħataw id-dritt li jappellaw quddiem Bord tal-Appell. Għal raġunijiet ta’ effikaċja u konsistenza, il-Bord tal-Appell għandu jkun entità konġunta tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, indipendenti mill-istrutturi amministrattivi u regolatorji tagħhom. Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell għandha tkun soġġetta għal appell quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej. (41) Sabiex tiġi ggarantita l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tagħha, l-Awtorità għandha tingħata baġit awtonomu bi dħul prinċipalment minn kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-proċedura baġitarja tal-Komunità għandha tapplika biss fir-rigward tal-kontribuzzjoni Komunitarja. Il-verifika tal-kontijiet għandha ssir mill-Qorti tal-Awdituri. (42) Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)[23] għandu japplika għall-Awtorità. L-Awtorità għandha taderixxi wkoll mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej rigward l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)[24]. (43) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet miftuħa u trasparenti ta’ impjieg u trattament ugwali tal-persunal, ir-Regolamenti dwar il-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej[25] għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità. (44) Huwa importanti li s-sigrieti tan-negozju u informazzjoni kunfidenzjali oħra jiġu protetti. Bl-istess mod għandha titħares l-informazzjoni skambjata fin-netwerk. (45) Il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ informazzjoni personali hija rregolata mid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data[26] u mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data[27], li japplikaw b’mod sħiħ għall-ipproċessar ta’ informazzjoni personali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. (46) Sabiex tiġi żgurata l-ħidma trasparenti tal-Awtorità, ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni[28] għandu japplika għall-Awtorità. (47) Pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea għandhom jitħallew jipparteċipaw fil-ħidma tal-Awtorità skont ftehimiet xierqa li għandhom jiġu konklużi mal-Komunità. (48) Billi l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-titjib fl-operat tas-suq intern bl-iżgurar ta’ livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolazzjoni u superviżjoni prudenzjali, il-ħarsien tad-depożituri u l-investituri, il-ħarsien tal-integrità, l-effikaċja u l-funzjonament ordnat tas-swieq finanzjarji, iż-żamma tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membru u jistgħu, għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjaretà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. (49) L-Awtorità tassumi l-kompiti u s-setgħat preżenti kollha tal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE tat-23 ta’ Jannar 2009 li tistabbilixxi l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej għalhekk għandha tiġi rrevokata, u d-Deċiżjoni …/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm Komunitarju sabiex isostni attivitajiet speċifiċi fil-kamp tas-servizzi finanzjarji, ir-rapportar u l-awditjar finanzjarju, għandha tiġi emendata kif meħtieġ. (50) Tajjeb li jiġi ffissat limitu taż-żmien għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sabiex ikun żgurat li l-Awtorità tkun imħejjija sewwa biex tibda l-operazzjonijiet u biex tiġi żgurata bidla mingħajr problemi mill-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropew. ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: KAPITOLU I STABBILIMENT U STAT LEGALI Artikolu 1 Stabbiliment u ambitu ta’ attività 1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea ("l-Awtorità"). 2. L-Awtorità għandha taġixxi fl-ambitu tad-Direttiva 2006/48/KE, id-Direttiva 2006/49/KE, id-Direttiva 2002/87/KE, id-Direttiva 2005/60/KE, id-Direttiva 2002/65/KE u d-Direttiva 94/19/KE, inklużi d-direttivi, ir-regolamenti, u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawn l-atti, u ta’ kwalunkwe att Komunitarju ieħor li jikkonferixxi kompiti fuq l-Awtorità. 3. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni, b’mod partikolari skont l-Artikolu 226 tat-Trattat sabiex tiżgura konformità mal-liġi Komunitarja. 4. L-għan tal-Awtorità għandu jkun li tikkontribwixxi sabiex: (i) jitjieb l-operat tas-suq intern, inkluż b’mod partikolari livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolazzjoni u superviżjoni, (ii) jitħarsu d-depożituri u l-investituri, (iii) jiġu żgurati l-integrità, l-effikaċja u l-operat sewwa tas-swieq finanzjarji, (iv) titħares l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u (v) tissaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali. Għal dan il-għan, l-Awtorità ser tikkontribwixxi sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-liġi Komunitarja msemmija fl-Artikolu 1(2) hawn fuq, tippromwovi l-konverġenza superviżorja u tipprovdi opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni. 5. L-Awtorità għandha tifforma parti minn Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, minn hawn 'il quddiem imsejħa 'SESF', li għandha taħdem bħala netwerk ta’ superviżuri, kif speċifikat aktar fl-Artikolu 39. 6. L-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tikkoopera mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, minn hawn ’il quddiem issir referenza għalih bħala ‘BERS’ kif stipulat fl-Artikolu 21 ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (1) ‘istituzzjonijiet finanzjarji’ tfisser ‘istituzzjonijiet tal-kreditu’ kif iddefinit fid-Direttiva 2006/48/KE, ‘kumpaniji tal-investiment’ kif iddefinit fid-Direttiva 2006/49/KE, u ‘konglomerati finanzjarji’ kif iddefinit fid-Direttiva 2002/87/KE; (2) ‘awtoritajiet kompetenti’ tfisser awtoritajiet kompetenti kif iddefinit fid-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE u, fir-rigward ta’ skemi ta’ garanzija ta’ depożiti, entitajiet li jamministraw skemi ta' garanzija ta’ depożitu skont id-Direttiva 94/19/KE. Artikolu 3 Stat legali 1. L-Awtorità għandha tkun entità Komunitarju b’personalità legali. 2. F’kull Stat Membru, l-Awtorità għandha tgawdi l-iżjed kapaċità legali estensiva mogħtija lil persuni legali skont il-liġi nazzjonali. Hija tista’, b’mod partikolari, takkwista jew tneħħi proprjetà mobbli u immobbli u tkun parti fi proċeduri legali. 3. L-Awtorità għandha tkun irrappreżentata mill-President tagħha. Artikolu 4 Kompożizzjoni L-Awtorità għandha tinkludi dawn li ġejjin: (1) Bord tas-Superviżuri, li għandu jwettaq il-kompiti stipulati fl-Artikolu 28; (2) Bord Maniġerjali, li għandu jwettaq il-kompiti stipulati fl-Artikolu 32; (3) President, li għandu jwettaq il-kompiti stipulati fl-Artikolu 33; (4) Direttur Eżekuttiv, li għandu jwettaq il-kompiti stipulati fl-Artikolu 38; (5) Bord tal-Appell, kif hemm referenza għalih fl-Artikolu 44, li għandu jwettaq il-kompiti stipulati fl-Artikolu 46. Artikolu 5 Sede L-Awtorità għandu jkollha s-sede tagħha f’Londra. KAPITOLU II KOMPITI U SETGĦAT TAL-AWTORITÀ Artikolu 6 Kompiti u Setgħat tal-Awtorità 1. L-Awtorità għandu jkollha l-kompiti li ġejjin: (a) tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ standards u prattiċi regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja, b’mod partikolari billi tipprovdi opinjonijiet lill-istituzzjonijiet tal-Komunità u billi tiżviluppa linji gwida, rakkomandazzjonijiet, u abbozz ta’ standards tekniċi li għandhom ikunu bbażati fuq il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2); (b) tikkontribwixxi għal applikazzjoni konsistenti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, b’mod partikolari billi tikkontribwixxi lejn kultura superviżorja komuni, tiżgura applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), timpedixxi l-arbitraġġ regolatorju, billi timmedja u ssolvi nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, tippromwovi funzjonament koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri u tieħu azzjonijiet f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza; (c) tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet kompetenti; (d) tikkoopera mill-qrib mal-BERS, b’mod partikolari billi tipprovdi lill-BERS l-informazzjoni meħtieġa sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu u billi tiżgura segwitu xieraq għat-twissijiet u għar-rakkomandazzjonijiet tal-BERS; (e) twettaq analiżi tal-evalwazzjoni orizzontali tal-awtoritajiet kompetenti, sabiex issaħħaħ il-konsistenza fl-eżiti superviżorji; (f) timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha; (ġ) twettaq kwalunkwe kompitu speċifiku ieħor stipulat f’dan ir-Regolament jew fil-leġiżlazzjoni Komunitarja msemmija fl-Artikolu 1(2). 2. Biex taqdi il-kompiti stipulati fil-paragrafu 1, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat stipulati f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari s-setgħa li: (a) tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 7; (b) toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet, kif stipulat fl-Artikolu 8; (c) toħroġ rakkomandazzjonijiet f’każijiet speċifiċi, kif imsemmija fl-Artikolu 9(3); (d) tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikoli 10 u 11; (e) tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-istituzzjonijiet finanzjarji, fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 9(6), l-Artikolu 10(3), u l-Artikolu 11(4); (f) toħroġ opinjonijiet għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill, jew għall-Kummissjoni kif ipprovdut fl-Artikolu 19. 3. L-Awtorità għandha teżerċita kwalunkwe setgħa superviżorju esklussiv fuq entitajiet b’kopertura Komunitarja jew attivitajiet ekonomiċi b’kopertura Komunitarja fdati f’idejha fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). Għal dak il-għan, l-Awtorità għandu jkollha setgħat xierqa ta’ investigazzjoni u infurzar kif speċifikat fil-leġiżlazzjoni rilevanti, kif ukoll il-possibbiltà li titlob tariffi. Artikolu 7 Standards tekniċi 1. L-Awtorità tista’ tiżviluppa standards tekniċi fl-oqsma stipulati speċifikament fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). L-Awtorità għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tagħha lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Qabel ma tissottomettihom lill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha, fejn ikun xieraq, twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi u għandha tanalizza l-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati. Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-abbozz ta’ standards, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovax l-abbozz ta’ standards. Il-Kummissjoni tista’ ttawwal dak il-perjodu b’xahar. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tapprova l-abbozz ta’ standards b’mod parzjali jew b’emendi meta l-interess Komunitarju jitlob dan. Meta l-Kummissjoni ma tapprovax l-istandards jew tapprovahom b’mod parzjali jew bl-emendi, hija għandha tinforma lill-Awtorità bir-raġunijiet tagħha. 2. L-istandards għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ Regolamenti jew Deċiżjonijiet u għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 8 Linji gwida u rakkomandazzjonijiet Sabiex tistabbilixxi prattiċi superviżorji konsistenti, effiċjenti u effikaċi fi ħdan is-SESF, u biex tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, l-Awtorità għandha toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-istituzzjonijiet finanzjarji. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet. Meta l-awtorità kompetenti ma tapplikax dawk il-linji gwida jew rakkomandazzjonijiet, hija għandha tinforma lill-Awtorità bir-raġunijiet tagħha. Artikolu 9 Applikazzjoni konsistenti tar-regoli Komunitarji 1. Fejn awtorità kompetenti ma tkunx applikat sewwa l-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), b’mod partikolari billi tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’dik il-leġiżlazzjoni, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 6 ta’ dan l-Artikolu. 2. Fuq talba ta’ awtorità kompetenti waħda jew aktar, tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess u wara li tinforma lill-awtorità kompetenti konċernata, l-Awtorità tista’ tinvestiga l-allegata applikazzjoni ħażina tal-liġi Komunitarja. Bla ħsara għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 20, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Awtorità mingħajr dewmien l-informazzjoni kollha li l-Awtorità tikkunsidra bħala neċessarja għall-investigazzjoni tagħha. 3. L-Awtorità tista’, fi żmien mhux aktar minn xahrejn mill-bidu tal-investigazzjoni tagħha, tindirizza lill-awtorità kompetenti konċernata, rakkomandazzjoni li tistabbilixxi l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-liġi Komunitarja. L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mill-irċevuta tar-rakkomandazzjoni, tinforma lill-Awtorità bil-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tiżgura l-konformità mal-liġi Komunitarja. 4. Fejn l-awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-liġi Komunitarja fi żmien xahar minn meta tkun irċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni tista’, wara li tkun ġiet infurmata mill-Awtorità jew fuq inizjattiva tagħha stess, tieħu deċiżjoni li tesiġi lill-awtorità kompetenti tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-liġi Komunitarja. Il-Kummissjoni għandha tieħu tali deċiżjoni mhux iżjed tard minn tliet xhur minn meta tiġi adottata r-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni tista’ testendi dan il-perjodu b’xahar. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dritt tas-smigħ tad-destinatarji tad-deċiżjoni jiġi rrispettat. L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha neċessarja. 5. Fi żmien għaxart ijiem li tirċievi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex timplimenta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni. 6. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 226 tat-Trattat, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu sal-perjodu taż-żmien speċifikat fiha, u fejn ikun meħtieġ sabiex tirrimedja f’ħin opportun għan-nuqqas ta’ konformità mill-awtorità kompetenti sabiex iżżomm jew treġġa’ lura l-kundizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni fis-suq jew tiżgura l-operat sewwa u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-Awtorità tista’, fejn ir-rekwiżiti rilevanti tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) japplikaw direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil istituzzjoni finanzjarja li tkun teħtieġ l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi Komunitarja, fosthom it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika. Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun f’konformità mad-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4. 7. Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 6 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni. Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 4 jew 6 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet. Artikolu 10 Azzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza 1. Fil-każ ta’ żviluppi avversi li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fil-Komunità, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba mill-Awtorità, mill-Kunsill, jew mill-BERS, tista’ tadotta deċiżjoni indirizzata lill-Awtorità, li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. 2. Fejn il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont il-paragrafu 1, l-Awtorità tista’ tadotta deċiżjonijiet individwali sabiex titlob lill-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-azzjoni meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex jindirizzaw kwalunkwe riskju li jista’ jipperikola l-operat sewwa u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha billi jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f’dik il-leġiżlazzjoni. 3. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 226 tat-Trattat, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fil-paragrafu 2 sal-perjodu stipulat fiha, l-Awtorità tista’, meta r-rekwiżiti rilevanti stipulati fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) japplikaw direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn istituzzjoni finanzjarja sabiex titlobha tieħu l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont dik il-leġiżlazzjoni, inkluż it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika. 4. Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 3 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni. Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 2 jew 3 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet. Artikolu 11 Risoluzzjoni ta’ nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti 1. Bla ħsara għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 9, meta awtorità kompetenti ma taqbilx fuq il-proċedura jew il-kontenut ta’ azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni minn awtorità kompetenti oħra f’oqsma fejn il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) teħtieġ kooperazzjoni, koordinazzjoni jew teħid konġunt tad-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti minn iżjed minn Stat Membru wieħed, l-Awtorità, fuq talba ta’ waħda jew aktar mill-awtoritajiet kompetenti konċernati, tista’ tassisti lill-awtoritajiet biex jilħqu ftehim skont il-proċedura stipulata fil-paragrafu 2. 2. L-Awtorità għandha tistabbilixxi limitu taż-żmien għal konċiljazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti billi tikkunsidra kwalunkwe perjodu rilevanti taż-żmien speċifikat fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) u l-kumplessità u l-urġenza tal-kwistjoni. 3. Jekk, fl-aħħar tal-fażi ta’ konċiljazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti konċernati ma jkunux laħqu ftehim, l-Awtorità tista’ tieħu deċiżjoni li teħtieġhom jieħdu azzjoni speċifika jew joqogħdu lura milli jieħdu azzjoni sabiex isolvu l-kwistjoni, f’konformità mal-liġi Komunitarja. 4. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 226 tat-Trattat, meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità, u b’hekk tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għaliha bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità tista’ tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn istituzzjoni finanzjarja sabiex teħtieġha tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi Komunitarja, inkluż it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika. Artikolu 12 Kulleġġi tas-superviżuri 1. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi biex tippromwovi l-operat effiċjenti u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri msemmija fid-Direttiva 2006/48/KE u tinkoraġġixxi l-koerenza fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja bejn il-kulleġġi. 2. L-Awtorità għandha tipparteċipa bħala osservatur fil-kulleġġi tas-superviżuri kif tħoss xieraq. Għall-fini ta’ dik il-parteċipazzjoni, hija għandha titqies bħala ‘awtorità kompetenti’ skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni rilevanti u, meta titlobha, hija għandha tirċievi l-informazzjoni rilevanti kollha kondiviża ma’ kwalunkwe membru tal-kulleġġ. 3. F’kooperazzjoni mas-superviżuri li joperaw fil-kulleġġi tas-superviżuri, l-Awtorità għandha tistabbilixxi u tiġbor kif meħtieġ l-informazzjoni kollha rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti, sabiex tiffaċilita l-ħidma ta’ dawk il-kulleġġi. Hija għandha tistabbilixxi u tmexxi sistema ċentrali biex tagħmel dik l-informazzjoni aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti fil-kulleġġi tas-superviżuri. Artikolu 13 Delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet 1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, bi qbil bilaterali, jiddelegaw kompiti u responsabbiltajiet lil awtoritajiet superviżorji kompetenti oħrajn. 2. L-Awtorità għandha tiffaċilita d-delega ta’ kompiti u responsabbiltajiet bejn awtoritajiet kompetenti billi tidentifika dawk il-kompiti u responsabbiltajiet li jistgħu jiġu ddelegati jew jitwettqu flimkien u billi tippromwovi l-aħjar prattiċi. 3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-Awtorità bil-ftehimiet ta’ delega li jkunu biħsiebhom jagħmlu. Huma għandhom idaħħlu fis-seħħ il-ftehimiet mhux qabel xahar li jkunu infurmaw lill-Awtorità. L-Awtorità tista’ tagħti opinjoni dwar il-ftehim intenzjonat fi żmien xahar li tiġi infurmata. L-Awtorità għandha tippubblika kwalunkwe ftehim ta’ delega kif konkluż mill-awtoritajiet kompetenti bil-mezzi xierqa, sabiex tiżgura li l-partijiet kollha konċernati jkunu infurmati sewwa. Artikolu 14 Kultura superviżorja komuni 1. L-Awtorità għandu jkollha rwol attiv fil-bini ta' kultura superviżorja komuni Ewropea u prattiċi superviżorji konsistenti, u biex jiġu żgurati proċeduri uniformi u approċċi konsistenti madwar il-Komunità u, bħala minimu, għandha twettaq l-attivitajiet li ġejjin: (a) tipprovdi opinjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti; (b) tippromwovi skambju bilaterali u multilaterali effikaċi ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, b’rispett sħiħ tad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-dejta pprovduti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti; (c) tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ standards superviżorji uniformi u ta’ kwalità għolja, fosthom standards tar-rapportar; (d) tanalizza l-applikazzjoni tal-istandards tekniċi rilevanti adottati mill-Kummissjoni, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Awtorità u tipproponi emendi fejn meħtieġ; (e) tistabbilixxi programmi ta’ taħriġ settorjali u transsettorjali, tiffaċilita skambji tal-persunal u tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jintensifikaw l-użu ta’ skemi tal-issekondar u strumenti oħra. 2. L-Awtorità tista’, kif ikun xieraq, tiżviluppa strumenti prattiċi ġodda u għodod ta’ konverġenza biex tippromwovi approċċi u prattiċi superviżorji komuni. Artikolu 15 Evalwazzjoni orizzontali tal-awtoritajiet kompetenti 1. Minn żmien għall-ieħor l-Awtorità għandha twettaq evalwazzjoni tal-evalwazzjonijiet orizzontali ta’ xi wħud mill-attivitajiet jew tal-attivitajiet kollha tal-awtoritajiet kompetenti, sabiex tiżdied aktar il-konsistenza fir-riżultati superviżorji. Għal dan il-għan, l-Awtorità għandha tiżviluppa metodi biex tkun tista’ tagħmel valutazzjoni u tqabbil oġġettiv bejn l-awtoritajiet analizzati. 2. L-evalwazzjoni orizzontali għandha tinkludi valutazzjoni ta’, iżda mhux limitata għal: (a) l-adegwatezza tal-arranġamenti istituzzjonali, ir-riżorsi u l-kompetenza esperta tal-persunal tal-awtorità kompetenti, b’attenzjoni partikolari għall-applikazzjoni effikaċi tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) u għall-kapaċità li tirrispondi għall-iżviluppi tas-suq; (b) il-livell ta’ konverġenza milħuq fl-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja u fil-prattika superviżorja, inklużi l-istandards tekniċi, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikoli 7 u 8, u kemm il-prattika superviżorja qiegħda tilħaq l-għanijiet stipulati fil-liġi Komunitarja; (c) prattiki tajba żviluppati minn xi awtoritajiet kompetenti li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għal awtoritajiet kompetenti oħra sabiex jadottawhom. 3. Abbażi tal-evalwazzjoni orizzontali, l-Awtorità tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti konċernati. Artikolu 16 Funzjoni ta’ koordinament L-Awtorità għandha taqdi rwol ġenerali ta’ koordinament bejn l-awtoritajiet kompetenti, inkluż fejn żviluppi avversi jistgħu potenzjalment jipperikolaw il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fil-Komunità. L-Awtorità għandha tippromwovi rispons Komunitarju koordinat, fost l-oħrajn billi: (1) tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti; (2) tistabbilixxi l-ambitu u tivverifika l-affidabbiltà tal-informazzjoni li għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti konċernati kollha; (3) bla ħsara għall-Artikolu 11, taġixxi bħala medjatur fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti jew fuq inizjattiva tagħha stess; (4) tinnotifika mingħajr dewmien lill-BERS dwar sitwazzjonijiet potenzjali ta’ emerġenza. Artikolu 17 Valutazzjoni tal-iżviluppi tas-suq 1. L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma lill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, lill-BERS u lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bix-xejriet mikroprudenzjali rilevanti, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet. B’mod partikolari, f’kooperazzjoni mal-BERS, l-Awtorità għandha tagħti bidu u tikkoordina valutazzjonijiet madwar il-Komunità kollha dwar ir-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji għall-iżviluppi avversi tas-suq. Għal dak il-għan, hija għandha tiżviluppa dawn li ġejjin, biex jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti: (a) metodoloġiji komuni biex jiġi vvalutat l-effett ta’ xenarji ekonomiċi fuq il-pożizzjonijiet finanzjarji ta’ istituzzjoni; (b) approċċi komuni għall-komunikazzjoni dwar l-eżiti ta’ dawn il-valutazzjonijiet tar-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji. 2. Bla ħsara għall-kompiti tal-BERS stipulati fir-Regolament (KE) Nru …/...[BERS], l-Awtorità għandha, mill-anqas darba fis-sena, u aktar ta’ spiss skont il-ħtieġa, tipprovdi valutazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-BERS dwar ix-xejriet, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet fil-qasam tal-kompetenza tagħha. L-Awtorità għandha tinkludi klassifikazzjoni tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet prinċipali f’dawn il-valutazzjonijiet u, fejn ikun meħtieġ, tirrakkomanda azzjonijiet ta’ prevenzjoni jew ta’ rimedju. 3. L-Awtorità għandha tiżgura kopertura adegwata tal-iżviluppi, riskji u vulnerabbiltajiet fis-setturi kollha billi tikkoopera mill-qrib mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq. Artikolu 18 Relazzjonijiet internazzjonali Bla ħsara għall-kompetenzi tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji, l-Awtorità tista’ tiżviluppa kuntatti ma’ awtoritajiet superviżorji minn pajjiżi terzi. Hija tista’ tidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. L-Awtorità għandha tassisti fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza fir-rigward ta’ reġimi superviżorji f’pajjiżi terzi skont il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). Artikolu 19 Kompiti oħra 1. L-Awtorità tista’, fuq talba mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill, mill-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess, tipprovdi opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar kull kwistjoni marbuta mal-qasam ta’ kompetenza tagħha. 2. Fir-rigward tal-valutazzjonijiet prudenzjali ta’ fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet li jaqgħu taħt it-termini tad-Direttiva 2007/44/KE, l-Awtorità tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq applikazzjoni ta’ xi awtoritajiet kompetenti, toħroġ u tippubblika opinjoni dwar valutazzjoni prudenzjali li għandha titwettaq minn xi awtorità ta’ Stat Membru. Għandu japplika l-Artikolu 20. Artikolu 20 Ġbir ta’ informazzjoni 1. Meta jintalbu mill-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet pubbliċi oħrajn tal-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha neċessarja sabiex twettaq il-kompiti assenjati lilha b’dan ir-Regolament. L-Awtorità tista’ titlob ukoll sabiex l-informazzjoni tiġi pprovduta f’intervalli rikorrenti. 2. Meta l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ma tingħatax fil-ħin mill-awtoritajiet kompetenti u minn awtoritajiet pubbliċi oħra tal-Istati Membri, l-Awtorità tista’ tindirizza talba motivata direttament lill-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti u lil partijiet oħrajn. Hija għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti b’tali talbiet. Fuq talba tal-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet pubbliċi oħrajn tal-Istati Membri għandhom jassistu lill-Awtorità fil-ġbir ta’ din l-informazzjoni. 3. L-Awtorità tista’ tuża l-informazzjoni kunfidenzjali li tirċievi mingħand l-awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet pubbliċi oħrajn jew mingħand l-istituzzjonijiet finanzjarji u partijiet oħra għall-finijiet biss li twettaq il-kompiti assenjati lilha b’dan ir-Regolament. Artikolu 21 Relazzjoni mal-BERS 1. L-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tikkoopera mal-BERS. 2 L-Awtorità għandha tikkoopera mill-qrib mal-BERS. Hija għandha tipprovdi lill-BERS b’informazzjoni regolari u aġġornata li hija meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha. Kwalunkwe informazzjoni neċessarja għall-ilħuq tal-kompiti tagħha, li ma tkunx f’format fil-qosor jew kollettiv, għandha tiġi pprovduta mingħajr dewmien lill-BERS wara talba motivata, kif speċifikat fl-Artikolu [15] tar-Regolament (KE) Nru …./... [BERS]. 3. B'konformità mal-paragrafi 4 u 5, l-Awtorità għandha tiżgura segwitu xieraq għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS imsemmija fl-Artikolu [16] tar-Regolament (KE) Nru …/... [BERS]. 4. Malli tasal twissija jew rakkomandazzjoni mill-BERS indirizzata lill-Awtorità, hija għandha ssejjaħ laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri mingħajr dewmien u tivvaluta l-implikazzjonijiet ta’ tali twissija jew rakkomandazzjoni għat-twettiq tal-kompiti tagħha. Hija għandha tiddeċiedi, permezz tal-proċedura rilevanti għat-teħid tad-deċiżjonijiet, dwar l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu skont is-setgħat mogħtija lilha b’dan ir-Regolament, biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet identifikati fit-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet. Jekk l-Awtorità ma taġixxix ulterjorment fuq rakkomandazzjoni, hija għandha tispjega lill-BERS ir-raġunijiet tagħha għaliex ma għamlitx dan. 5. Mal-irċevuta ta’ twissija jew rakkomandazzjoni mill-BERS indirizzata lil awtorità superviżorja nazzjonali kompetenti, l-Awtorità għandha, fejn ikun rilevanti, tuża s-setgħat ikkonferiti lilha b’dan ir-Regolament sabiex tiżgura segwitu f’waqtu. Meta d-destinatarju ma jkunx biħsiebu jsegwi r-rakkomandazzjoni tal-BERS, hu għandu jinforma u jiddiskuti mal-Bord tas-Superviżuri r-raġunijiet tiegħu għan-nuqqas ta’ azzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tagħti l-konsiderazzjoni dovuta għall-opinjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri meta tinforma lill-BERS skont l-Artikolu [17] tar-Regolament (KE) Nru …/... [BERS]. 6. Fit-twettiq tal-kompiti tagħha stipulati f’dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħti l-akbar konsiderazzjoni għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS. Artikolu 22 Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati 1. Għall-fini ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati f’oqsma rilevanti għall-kompiti tal-Awtorità, għandu jitwaqqaf Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati. 2. Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jkun magħmul minn 30 membru, li jirrappreżentaw b'mod proporzjonat tal-istituzzjonijiet Komunitarji ta’ kreditu u tal-investiment, l-impjegati tagħhom kif ukoll klijenti u utenti tas-servizzi bankarji. Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jiltaqa’ mill-anqas darbtejn fis-sena. 3. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandhom jinħatru mill-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità, wara proposti mill-partijiet interessati rilevanti. Fit-teħid tad-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tas-Superviżuri għandu, safejn ikun possibbli, jiżgura bilanċ u rappreżentanza ġeografika xierqa tal-partijiet interessati madwar il-Komunità kollha. L-Awtorità għandha tiżgura appoġġ segretarjali adegwat għall-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati. 4. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandhom iservu għal perjodu ta’ sentejn u nofs, li warajh issir proċedura ġdida tal-għażla. Il-membri jistgħu jservu żewġ termini wara xulxin. 5. Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati jista’ jissottometti opinjonijiet u pariri lill-Awtorità dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kompiti tal-Awtorità speċifikati fl-Artikoli 7 u 8. 6. Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jadotta r-regoli proċedurali tiegħu. 7. L-Awtorità għandha tippubblika l-opinjonijiet u l-pariri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet tiegħu. Artikolu 23 Salvagwardji 1. L-Awtorità għandha tiżgura li l-ebda deċiżjoni adottata skont l-Artikoli 10 jew 11 ma taffettwa b'xi mod ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri. 2. Fejn Stat Membru jħoss li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 11 taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu, huwa jista’ jinnotifika lill-Awtorità u lill-Kummissjoni sa xahar wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità lill-awtorità kompetenti li d-deċiżjoni mhix ser tiġi implimentata mill-awtorità kompetenti. Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jispjega għaliex u għandu juri b’mod ċar kif id-deċiżjoni taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu. F’dak il-każ, id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tiġi sospiża. Fi żmien xahar minn-notifika mill-Istat Membru, l-Awtorità għandha tinforma lill-Istat Membru jekk tkunx sejra żżomm id-deċiżjoni tagħha jew tkunx sejra temendaha jew tirrevokaha. Fejn l-Awtorità żżomm id-deċiżjoni tagħha, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata kif iddefinit fl-Artikolu 205 tat-Trattat, għandu, fi żmien xahrejn, jiddeċiedi jekk id-deċiżjoni tal-Awtorità tinżammx jew tiġix irrevokata. Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jżomm id-deċiżjoni tal-Awtorità, jew fejn ma jiħux deċiżjoni fi żmien xahrejn, is-sospensjoni ta’ dik id-deċiżjoni għandha tintemm b’mod immedjat. 3. Fejn Stat Membru jħoss li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 10(2) taffettwa ir-responsabbiltajiet fiskali tiegħu, huwa jista’ jinnotifika lill-Awtorità, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità lill-awtorità kompetenti, li d-deċiżjoni ma tkunx sejra tiġi implimentata mill-awtorità kompetenti. Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jispjega għaliex u għandu juri b’mod ċar kif id-deċiżjoni taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu. Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata kif iddefinit fl-Artikolu 205 tat-Trattat, għandu, fi żmien għaxart ijiem xogħol, jiddeċiedi jekk tinżammx jew tiġix irrevokata d-deċiżjoni tal-Awtorità. Fejn il-Kunsill ma jiħux deċiżjoni fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol, id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha titqies li tkun inżammet. Artikolu 24 Proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet 1. Qabel tieħu d-deċiżjonijiet previsti fl-Artikolu 9(6), fl-Artikolu 10(2) u (3) u fl-Artikolu 11(3) u (4), l-Awtorità għandha tinforma lid-destinatarju bl-intenzjoni tagħha li tadotta d-deċiżjoni, filwaqt li tistabbilixxi limitu taż-żmien li fih id-destinatarju jista' jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar il-kwistjoni, b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza tal-kwistjoni. 2. Id-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati. 3. Id-destinatarji tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiġu infurmati bir-rimedji legali disponibbli skont dan ir-Regolament. 4. Fejn l-Awtorità tkun ħadet deċiżjoni skont l-Artikolu 10(2) jew (3), hija għandha tirrevedi dik id-deċiżjoni f’intervalli xierqa. 5. Id-deċiżjonijiet li l-Awtorità tieħu skont l-Artikoli 9, 10 u 11 għandhom isiru pubbliċi u hija għandha tiddikjara l-identità tal-awtorità kompetenti jew tal-istituzzjoni finanzjarja konċernata u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, filwaqt li jitqies l-interess leġittimi tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom. KAPITOLU III ORGANIZZAZZJONI TAQSIMA 1 BORD TAS-SUPERVIżURI Artikolu 25 Kompożizzjoni 1. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jkun magħmul minn: (a) il-President, li ma jkollux vot; (b) il-Kap tal-awtorità pubblika nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet tal-kreditu f’kull Stat Membru; (c) rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni li ma jkollux vot; (d) rappreżentant wieħed tal-Bank Ċentrali Ewropew li ma jkollux vot; (e) rappreżentant wieħed tal-BERS li ma jkollux vot; (f) rappreżentant wieħed ta’ kull waħda miż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra li ma jkollhomx vot; 2. Kull awtorità kompetenti ser tkun responsabbli biex tinnomina sostitut ta’ livell għoli mill-awtorità tagħha, li jista’ jissostitwixxi lill-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-paragrafu 1(b), f’każ li din il-persuna ma tkunx tista’ tattendi. 3. Fejn l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1(b) ma tkunx bank ċentrali, il-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-paragrafu 1(b) jista’ jkun akkumpanjat minn rappreżentant tal-bank ċentrali tal-Istati Membri, li ma jkollux vot. 4. Għall-fini li jaġixxi fl-ambitu tad-Direttiva 94/19/KE, il-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-paragrafu 1(b), fejn xieraq, għandu jkun akkumpanjat minn rappreżentant mill-entitajiet rilevanti li jamministraw l-iskemi ta’ depożitu garanzija f’kull Stat Membru, li ma jkollux vot. 5. Il-Bord tas-Superviżuri jista’ jiddeċiedi li jdaħħal osservaturi. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri mingħajr id-dritt li jivvota. Artikolu 26 Kumitati interni u Panils 1. Il-Bord tas-Superviżuri jista’ jistabbilixxi kumitati interni jew panils għal kompiti speċifiċi attribwiti lill-Bord tas-Superviżuri, u jista’ jipprovdi għad-delega ta’ ċerti kompiti u deċiżjonijiet iddefiniti b’mod ċar lil kumitati jew panils interni, lill-Bord Maniġerjali jew lill-President. 2. Għall-finijiet tal-Artikolu 11, il-Bord tas-Superviżuri għandu jsejjaħ panil sabiex jiffaċilita r-risoluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil, li jkun iffurmat mill-President u tnejn mill-membri tiegħu, li ma jkunux rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu partijiet fin-nuqqas ta’ qbil. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta Deċiżjoni skont l-Artikolu 11 fuq proposta mill-panil. Artikolu 27 Indipendenza Fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, il-President u l-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess tal-Komunità u ma għandhomx ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew entitajiet Komunitarji, minn Gvern ta’ xi Stat Membru jew minn xi entità pubblika jew privata oħra. Artikolu 28 Kompiti 1. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jagħti gwida lill-ħidma tal-Awtorità u għandu jkun responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-Kapitolu II. 2. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, u d-deċiżjonijiet, u joħroġ il-pariri msemmija fil-Kapitolu II. 3. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jaħtar lill-President. 4. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta, qabel it-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, abbażi ta' proposta mill-Bord Maniġerjali, il-programm ta’ ħidma tal-Awtorità għas-sena sussegwenti, u għandu jittrażmettih għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat bla ħsara għall-proċedura baġitarja annwali u għandu jsir pubbliku. 5. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jodotta l-programm ta’ ħidma multiannwali tal-Awtorità, u għandu jgħaddih għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Il-programm ta’ ħidma multiannwali għandu jiġi adottat bla ħsara għall-proċedura baġitarja annwali u għandu jsir pubbliku. 6. Il-Bord tas-Superviżuri għandu japprova l-abbozz ta’ baġit skont l-Artikolu 49. 7. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq il-President u d-Direttur Eżekuttiv u jista’ jneħħihom mill-kariga skont l-Artikolu 33(5) jew l-Artikolu 36(5) rispettivament. Artikolu 29 Teħid ta’ deċiżjonijiet 1. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jaġixxi fuq il-bażi ta’ maġġoranza kwalifikata tal-membri tiegħu, kif iddefinit fl-Artikolu 205 tat-Trattat, għall-atti speċifikati fl-Artikoli 7, 8 u l-miżuri u d-deċiżjonijiet kollha adottati skont il-Kapitolu VI. Id-deċiżjonijiet l-oħrajn kollha tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jittieħdu b’maġġoranza sempliċi tal-membri. 2. Il-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jissejħu mill-President fuq l-inizjattiva personali jew fuq talba minn terz tal-membri tiegħu, u għandhom jitmexxew mill-President. 3. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu. 4. Ir-regoli proċedurali għandhom jistabbilixxu fid-dettall l-arranġamenti li jirregolaw il-votazzjoni, inkluż, fejn ikun xieraq, ir-regoli li jirregolaw il-kworums. Il-membri mhux votanti u l-osservaturi, bl-eċċezzjoni tal-President u d-Direttur Eżekuttiv, ma għandhom jattendu ebda diskussjoni fi ħdan il-Bord tas-Superviżuri dwar istituzzjonijiet finanzjarji individwali, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor fl-Artikolu 61 jew fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). Taqsima 2Bord Maniġerjali Artikolu 30 Kompożizzjoni 1. Il-Bord Maniġerjali għandu jkun magħmul mill-President, rappreżentant tal-Kummissjoni, u minn erba’ membri eletti mill-Bord tas-Superviżuri minn fost il-membri tiegħu. Kull membru ħlief il-President għandu jkollu sostitut, li jista’ jissostitwixxi lill-membru tal-Bord Maniġerjali jekk dik il-persuna ma tkunx tista’ tattendi. Il-mandat tal-membri eletti mill-Bord tas-Superviżuri għandu jkun ta’ sentejn u nofs. Dan jista’ jiġi estiż darba. 2. Id-deċiżjonijiet mill-Bord Maniġerjali għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta’ maġġoranza tal-membri preżenti. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord Maniġerjali mingħajr id-dritt li jivvota. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu. 3. Il-laqgħat tal-Bord Maniġerjali għandhom jissejħu mill-President fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ mill-inqas terz tal-membri tiegħu, u għandhom jitmexxew mill-President. Huwa għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena f’sessjoni ordinarja. 4. Bla ħsara għar-regoli proċedurali, il-membri tal-Bord Maniġerjali jistgħu jkunu megħjunin minn konsulenti jew minn esperti. Artikolu 31 Indipendenza Il-membri tal-Bord Maniġerjali għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess tal-Komunità, mingħajr ma jfittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew minn entitajiet Komunitarji, jew minn xi gvern ta’ Stat Membru jew minn xi entità pubblika jew privata oħra. Artikolu 32 Kompiti 1. Il-Bord Maniġerjali għandu jiżgura li l-Awtorità taqdi l-missjoni tagħha u twettaq il-kompiti assenjati lilha skont dan ir-Regolament. 2. Il-Bord Maniġerjali għandu jipproponi, għall-adozzjoni mill-Bord tas-Superviżuri, programm ta’ ħidma annwali u multiannwali. 3. Il-Bord Maniġerjali għandu jeżerċita s-setgħat baġitarji tiegħu skont l-Artikoli 49 u 50. 4. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta l-pjan politiku tal-Awtorità dwar il-persunal u, skont l-Artikolu 54(2), il-miżuri implimentattivi meħtieġa tar-Regolamenti dwar il-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ’il quddiem ‘ir-Regolamenti dwar il-Persunal’). 5. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta d-dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dritt tal-aċċess għad-dokumenti tal-Awtorità, skont l-Artikolu 58. 6. Il-Bord Maniġerjali, wara konsultazzjoni mal-Bord tas-Superviżuri, għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità fuq il-bażi tal-abbozz ta’ rapport imsemmi fl-Artikolu 38(7) u għandu jgħaddi dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sal-15 ta’ Ġunju. Ir-rapport għandu jsir pubbliku. 7. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu. 8. Il-Bord Maniġerjali għandu jaħtar u jneħħi l-membri tal-Bord tal-Appell skont l-Artikolu 44(3) u 44(5). Taqsima 3Il-president Artikolu 33 Ħatra u kompiti 1. L-Awtorità għandha tkun irrappreżentata minn President, li għandu jkun professjonist indipendenti b'impjieg sħiħ. Il-President għandu jkun responsabbli sabiex iħejji x-xogħol tal-Bord tas-Superviżuri u għandu jmexxi l-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Bord Maniġerjali. 2. Il-President għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolazzjoni finanzjarja, wara proċedura miftuħa tal-għażla. Qabel jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord tas-Superviżuri għandu jkun soġġett għal konferma mill-Parlament Ewropew. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jeleġġi wkoll sostitut minn fost il-membri tiegħu li għandu jwettaq il-funzjonijiet tal-President fin-nuqqas tiegħu. 3. Il-mandat tal-President għandu jkun ta’ ħames snin u jista’ jiġi estiż darba. 4. Matul id-disa’ xhur li jippreċedu t-tmiem tal-mandat ta’ ħames snin tal-President, il-Bord tas-Superviżuri għandu jivvaluta: (a) ir-riżultati miksuba fl-ewwel mandat u kif inkisbu; (b) id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-Awtorità fis-snin ta’ wara. Fid-dawl tal-valutazzjoni, il-Bord tas-Superviżuri jista’ jestendi għal darba l-mandat tal-President, soġġett għal konferma mill-Parlament Ewropew. 5. Il-President jista’ jitneħħa mill-kariga biss b’Deċiżjoni tal-Bord tas-Superviżuri soġġetta għal konferma mill-Parlament Ewropew. Il-President ma jistax jimpedixxi lill-Bord tas-Superviżuri milli jiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-President, b’mod partikolari l-ħtieġa għat-tneħħija tiegħu u ma għandux ikun involut f’deliberazzjonijiet dwar tali kwistjoni. Artikolu 34 Indipendenza Bla ħsara għar-rwol tal-Bord tas-Superviżuri fir-rigward tal-kompiti tal-President, il-President la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet mingħand istituzzjonijiet jew entitajiet Komunitarji, minn xi gvern ta’ Stat Membru jew mingħand xi entità pubblika jew privata oħra. Artikolu 35 Rapport 1. Il-Parlament Ewropew jista’ jitlob ukoll lill-President jew lis-sostitut tiegħu, filwaqt li jirrispetta b’mod sħiħ l-indipendenza tiegħu, biex jagħmel dikjarazzjoni b’mod regolari quddiem il-kumitat kompetenti tiegħu u jwieġeb mistoqsijiet imressqa minn membri ta’ dak il-kumitat. 2. Il-Parlament Ewropew jista’ wkoll jitlob lill-President sabiex jissottometti rapport dwar it-twettiq ta' dmirijietu. Taqsima 4Id-Direttur Eżekuttiv Artikolu 36 Ħatra 1. L-Awtorità għandha titmexxa mid-Direttur Eżekuttiv, li għandu jkun professjonista indipendenti b'impjieg sħiħ. 2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolazzjoni finanzjarja u l-esperjenza maniġerjali, wara proċedura miftuħa tal-għażla. 3. Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin u jista’ jiġi estiż darba. 4. Matul id-disa’ xhur li jippreċedu t-tmiem tal-mandat ta’ ħames snin tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord tas-Superviżuri għandu jwettaq evalwazzjoni. F’dik l-evalwazzjoni, il-Bord tas-Superviżuri għandu jivvaluta b’mod partikolari: (a) ir-riżultati miksuba fl-ewwel mandat u kif inkisbu; (b) id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-Awtorità fis-snin ta’ wara. Fid-dawl ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Bord tas-Superviżuri jista’ jestendi għal darba l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. 5. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa mill-kariga biss b’Deċiżjoni tal-Bord tas-Superviżuri. Artikolu 37 Indipendenza Bla ħsara għar-rwoli rispettivi tal-Bord Maniġerjali u tal-Bord tas-Superviżuri fir-rigward tal-kompiti tad-Direttur Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv ma għandu jfittex jew jieħu struzzjonijiet mingħand l-ebda gvern, awtorità, organizzazzjoni jew persuna barra l-Awtorità. Artikolu 38 Kompiti 1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli mit-tmexxija tal-Awtorità u għandu jipprepara x-xogħol tal-Bord Maniġerjali. 2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli biex jimplimenta l-programm ta’ ħidma annwali tal-Awtorità taħt il-gwida tal-Bord tas-Superviżuri u taħt il-kontroll tal-Bord Maniġerjali. 3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu l-miżuri neċessarji, b’mod partikolari l-adozzjoni ta’ struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta’ avviżi, sabiex jiżgura l-operat tal-Awtorità, skont dan ir-Regolament. 4. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji programm ta’ ħidma multiannwali, kif imsemmi l-Artikolu 32(2). 5. Kull sena sat-30 ta' Ġunju, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji programm ta’ ħidma multiannwali, kif imsemmi l-Artikolu 32(2). 6. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta’ baġit preliminari tal-Awtorità skont l-Artikolu 49 u għandu jimplimenta l-baġit tal-Awtorità skont l-Artikolu 50. 7. Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji abbozz ta’ rapport annwali b’taqsima dwar l-attivitajiet regolatorji u superviżorji tal-Awtorità u taqsima dwar il-kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi. 8. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jeżerċita s-setgħat stipulati fl-Artikolu 54 fir-rigward tal-persunal tal-Awtorità u jimmaniġġja l-affarijiet tal-persunal. KAPITOLU IV SISTEMA EWROPEA TAS-SUPERVIŻURI FINANZJARJI TAQSIMA 1 DISPOżIZZJONIJIET ĠENERALI Artikolu 39 Kompożizzjoni 1. L-Awtorità għandha tifforma parti mis-SESF, li għandha taħdem bħala netwerk tas-Superviżuri. 2. Is-SEFS għandha tinkludi dawn li ġejjin: (a) l-awtoritajiet fl-Istati Membri, kif speċifikat fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru …/... [AEAPX] u l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru …/... [AETS ]; (b) l-Awtorità; (c) l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbilita skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru …/…[AEAPX]; (d) l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq stabbilita skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru …/… [AETS ]; (e) il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej previsti fl-Artikolu 40; (f) il-Kummissjoni għall-għanijiet tat-twettieq tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 7, 9 u 10. 3. L-Awtorità għandha tikkoopera b’mod regolari u mill-qrib, tiżgura l-konsistenza transsettorjali tax-xogħol u tasal għal pożizzjonijiet konġunti fil-qasam tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji u fuq kwistjonijiet fis-setturi kollha oħrajn mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq permezz tal- Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej stabbilit fl-Artikolu 40 . Taqsima 2 KUMITAT KONġUNT TAL-AWTORITAJIET SUPERVIżORJI EWROPEJ Artikolu 40 Stabbiliment 1. Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej huwa bil-preżenti stabbilit. 2. Il-Kumitat Konġunt għandu jservi bħala forum li fih, l-Awtorità għandha tikkoopera regolarment u mill-qrib u għandha tiżgura konsistenza transsettorjali mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq. 3. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi riżorsi adegwati għall-appoġġ amministrattiv tal-Kumitat Konġunt tal- Awtoritajiet Superviżorji Ewropej . Dan jinkludi spejjeż fuq il-persunal, amministrattivi, infrastrutturali u operazzjonali. Artikolu 41 Kompożizzjoni 1. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun magħmul mill-President u mill-Presidenti tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq, u, fejn applikabbli, mill-President ta’ Sottokumitat stabbilit skont l-Artikolu 43. 2. Id-Direttur Eżekuttiv, il-Kummissjoni u l-BERS għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt tal- Awtoritajiet Superviżorji Ewropej kif ukoll għas-Sottokumitati msemmija fl-Artikolu 43 bħala osservaturi. 3. Il-President tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jinħatar fuq bażi ta’ rotazzjoni annwali minn fost il-Presidenti tal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq. 4. Il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu stess. Ir-regoli jistgħu jispeċifikaw aktar parteċipanti tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt. Il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jiltaqa’ għallinqas darba kull xahrejn. Artikolu 42 Pożizzjonijiet konġunti u atti komuni Fi ħdan l-ambitu tal-kompiti tagħha fil-Kapitolu II, u b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE, fejn relevanti, l-Awtorità għandha tasal għal pożizzjonijiet konġunti mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq kif xieraq. Atti skont l-Artikoli 7, 9, 10, jew 11 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE u ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra msemmija fl-Artikolu 1(2) li taqa’ wkoll fi ħdan il-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol jew tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq għandhom jiġu adottati mill-Awtorità, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol, u mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq, kif xieraq, b’mod parallel. Artikolu 43 Sottokumitati Għall-finijiet tal-Artikolu 42, għandu jiġi stabbilit Sottokumitat fuq il-Konglomerati Finanzjarji għall-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. Dak is-Sottokumitat għandu jkun magħmul mill-individwi msemmija fl-Artikolu 41(1), u minn rappreżentant wieħed ta’ livell għoli mill-persunal attwali tal-awtorità kompetenti relevanti minn kull Stat Membru. Is-Sottokumitat għandu jeleġġi President minn fost il-membri tiegħu, li għandu jkun membru wkoll tal-Kumitat Konġunt of Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. Il-Kumitat Konġunt jista’ jistabbilixxi aktar Sottokumitati. Taqsima 3Bord tal-Appell Artikolu 44 Kompożizzjoni 1. Il-Bord tal-Appell għandu jkun entità konġunta tal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol, u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq. 2. Il-Bord tal-Appell għandu jkun magħmul minn sitt membri u minn sitt sostituti, li għandhom ikunu individwi b’għarfien u b’esperjenza relevanti, għajr persunal attwali tal-awtoritajiet kompetenti jew istituzzjonijiet nazzjonali jew Komunitarji oħrajn involuti fl-attivitajiet tal-Awtorità. Il-Bord tal-Appell jaħtar il-President tiegħu. Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ mill-inqas erbgħa mis-sitt membri tiegħu. Il-Bord tal-Appell għandu jitlaqqa’ mill-President tiegħu meta jkun hemm bżonn. 3. Żewġ membri tal-Bord tal-Appell u żewġ sostituti għandhom jinħatru mill-Bord Maniġerjali tal-Awtorità minn lista mqassra proposta mill-Kummissjoni, wara sejħa pubblika għal turija ta’ interess ippubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea , u wara konsultazzjoni tal-Bord tas-Superviżuri. Il-Membri l-oħra għandhom jinħatru skont ir-Regolament (KE) Nru .../... [AEAPX] u r-Regolament (KE) Nru .../...[AETS]. 4. Il-mandat tal-membri tal-Bord tal-Appell għandu jkun ta’ ħames snin. Dan il-mandat jista’ jiġi estiż darba. 5. Membru tal-Bord tal-Appell, li jkun inħatar mill-Bord Maniġerjali tal-Awtorità, ma jistax jitneħħa matul il-mandat tiegħu, sakemm ma jkunx instab ħati ta’ kondotta ħażina serja, u l-Bord Maniġerjali jieħu deċiżjoni għal dak il-għan wara li jkun ikkonsulta mal-Bord tas-Superviżuti. 6. L-Awtorità, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq għandhom jiżguraw appoġġ operazzjonali u segretarjali adegwat għall-Bord tal-Appell. Artikolu 45 Indipendenza u imparzjalità 1. Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom ikunu indipendenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. Ma għandhom ikunu marbutin b’ebda struzzjoni. Ma jistgħu jwettqu ebda dmir ieħor fl-Awtorità, fil-Bord Maniġerjali tagħha jew fil-Bord ta’ Superviżuri tagħha. 2. Membri tal-Bord tal-Appell ma jistgħu jieħdu sehem f’ebda proċedura ta’ appell jekk ikollhom xi interess personali fiha, jew jekk qabel kienu involuti bħala rappreżentanti ta’ waħda mill-partijiet fil-proċedura, jew jekk kienu pparteċipaw fid-deċiżjoni taħt appell. 3. Jekk, għal waħda mir-raġunijet imsemmija fil-paragrafu 1 u 2 jew għal xi raġuni oħra, membru tal-Bord tal-Appell iqis li membru sieħeb ma għandux jieħu sehem f’xi proċedura ta’ appell, il-membru għandu jinforma lill-Bord tal-Appell b'dan. 4. Kwalunkwe parti fil-proċeduri tal-appell tista’ toġġezzjona għall-parteċipazzjoni ta’ membru tal-Bord tal-Appell għal kwalunkwe raġuni minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u 2, jew jekk tkun suspettata b’favoreġġamenti. Oġġezzjoni ma tistax tkun ibbażata fuq in-nazzjonalità tal-membri u lanqas ma għandha tkun ammissibbli jekk, filwaqt li tkun konxja ta’ raġuni għall-oġġezzjoni, il-parti fil-proċeduri tal-appell tkun xorta waħda ħadet pass proċedurali għajr dak li toġġezzjona għall-kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell. 5. Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fuq l-azzjoni li għandha tittieħed fil-każijiet speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 mingħajr il-parteċipazzjoni tal-membru konċernat. Għall-għanijiet li tittieħed dik id-deċiżjoni, il-membru konċernat għandu jiġi sostitwit fuq il-Bord tal-Appell mis-sostitut tiegħu, sakemm s-sostitut innifsu ma jsibx ruħu f’sitwazzjoni simili. Jekk dan ikun il-każ, il-President għandu jaħtar sostitut minn fost s-sostituti disponibbli. 6. Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom jimpenjaw ruħhom li jaġixxu b’mod indipendenti u fl-interess pubbliku. Għal dak il-għan, għandhom jagħmlu dikjarazzjoni tal-impenji u dikjarazzjoni tal-interessi fejn jindikaw jew in-nuqqas ta’ kwalunkwe interess li jista’ jitqies bħala preġudizzjali għall-indipendenza tagħhom jew ta’ interess dirett jew indirett li jista’ jitqies bħala preġudizzjali għall-indipendenza tagħhom. Dawk id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru pubbliċi, annwalment u bil-miktub. KAPITOLU V RIMEDJI Artikolu 46 Appelli 1. Kwalunkwe persuna naturali jew legali, inkluż awtoritajiet kompetenti, tista’ tappella kontra deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fl-Artikoli 9, 10 u 11 jew kontra kwalunkwe deċiżjoni oħra meħuda mill-Awtorità skont il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) li tkun indirizzata lil dik il-persuna, jew kontra deċiżjoni li, għalkemm fil-forma ta’ deċiżjoni indirizzata lil persuna oħra, tirrigwarda direttament u individwalment lil dik il-persuna. 2. L-appell, flimkien mad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tiegħu, għandu jiġi ppreżentat bil-miktub lill-Awtorità fi żmien xahrejn mid-data tan-notifikazzjoni tad-deċiżjoni lill-persuna konċernata, jew, fin-nuqqas tagħha, mill-jum li fih l-Awtorità tkun ippubblikat id-deċiżjoni tagħha. Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fuq l-appell fi żmien xahrejn minn meta l-appell ikun ġie ppreżentat. 3. Appell li jiġi ppreżentat skont il-paragrafu 1 ma għandux ikollu effett suspensiv. Madankollu, il-Bord tal-Appell jista’, jekk iqis li ċ-ċirkustanzi jeħtieġu dan, jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. 4. Jekk l-appell ikun wieħed ammissibbli, il-Bord tal-Appell għandu jeżamina jekk dan ikollux bażi tajba. Għandu jistieden spiss skont kemm ikun meħtieġ lill-partijiet fil-proċeduri tal-appell sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet dwar notifikazzjonijiet maħruġa minnu stess jew dwar komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħrajn fil-proċeduri tal-appell, fi ħdan il-limiti taż-żmien speċifikati. Il-partijiet fil-proċeduri tal-appell għandhom ikunu intitolati jagħmlu preżentazzjoni orali. 5. Il-Bord tal-Appell jista’, fi ħdan id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, jeżerċita kwalunkwe setgħa li taqa’ fi ħdan il-kompetenza tal-Awtorità, jew jista’ jirreferi l-każ lill-entità kompetenti tal-Awtorità. Dik l-entità għandha tkun marbuta bid-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell. 6. Il-Bord tal-Appell għandu jadotta r-regoli proċedurali tiegħu u jagħmilhom pubbliċi. 7. Id-deċiżjonijiet meħudin mill-Bord tal-Appell għandhom ikunu motivati u magħmulin pubbliċi mill-Awtorità. Artikolu 47 Azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja 1. Azzjoni tista’ titressaq quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza jew il-Qorti tal-Ġustizzja, skont l-Artikolu 230 tat-Trattat, biex tikkontesta deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Appell jew, f’każijiet fejn ma jkun hemm ebda dritt tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell, mill-Awtorità. 2. Fil-każ li l-Awtorità jkollha obbligu li taġixxi u tonqos milli tieħu deċiżjoni, il-proċeduri għan-nuqqas ta’ azzjoni jistgħu jinġiebu quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza jew il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 232 tat-Trattat. 3 . L-Awtorità għandha tkun meħtieġa li tieħu d-deċiżjonijiet neċessarji biex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza jew il-Qorti tal-Ġustizzja. KAPITOLU VI DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI Artikolu 48 Baġit tal-Awtorità 1. Id-dħul tal-Awtorità għandu jkun jikkonsisti, b’mod partikolari, minn: (a) kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji; (b) sussidju mill-Komunità, imdaħħal fil-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (Taqsima tal-Kummissjoni); (c) kwalunkwe tariffa mħallsa lill-Awtorità fil-każijiet speċifikati fl-istrumenti relevanti tal-liġi Komunitarja. 2. In-nefqa tal-Awtorità għandha tinkludi, għallinqas, spejjeż fuq il-persunal, remunerazzjoni, spejjeż amministrattivi, infrastrutturali u operazzjonali. 3. Id-dħul u n-nefqa għandhom jibbilanċjaw. 4. L-istimi tad-dħul u n-nefqa kollha tal-Awtorità għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, li tikkorrespondi għas-sena kalendarja, u għandhom jiġu ppreżentati fil-baġit tal-Awtorità. Artikolu 49 Stabbiliment tal-baġit 1. Sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-istimi tad-dħul u n-nefqa għas-sena finanzjarja ta’ wara, u għandu jgħaddi dan l-abbozz tal-baġit preliminari lill-Bord Maniġerjali flimkien mal-pjan ta’ stabbiliment. Kull sena, il-Bord Maniġerjali għandu, fuq il-bażi tal-abbozz preliminari mfassal mid-Direttur Eżekuttiv, jipproduċi dikjarazzjoni tal-istimi tad-dħul u n-nefqa tal-Awtorità għas-sena finanzjarja ta’ wara. Dik id-dikjarazzjoni tal-istimi, inkluż pjan ta’ stabbiliment, għandha tiġi ppreżentata mill-Bord Maniġerjali lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu. Qabel l-adozzjoni tad-dikjarazzjoni tal-estimi, l-abbozz imħejji mid-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi approvat mill-Bord tas-Superviżuri. 2. Id-dikjarazzjoni tal-estimi għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn hawn ’il quddiem imsejħa bħala l-‘awtorità baġitarja’), flimkien mal-abbozz preliminari tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. 3. Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, l-estimi li tqis li jkun hemm bżonn fir-rigward tal-pjan ta’ stabbiliment u l-ammont ta’ sussidju li għandu jitħallas lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 272 tat-Trattat. 4. L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan ta’ stabbiliment għall-Awtorità. L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju lill-Awtorità. 5. Il-baġit tal-Awtorità għandu jiġi adottat mill-Bord Maniġerjali. Għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Fejn ikun hemm bżonn, dan għandu jiġi aġġustat skont dan. 6. Il-Bord Maniġerjali għandu, mingħajr telf ta’ żmien, jinnotifika lill-awtorità baġitarja bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinnifikanti għall-iffinanzjar tal-baġit tiegħu, b’mod partikolari kwalunwke proġett li jkollu x’jaqsam ma’ proprjetà bħall-kiri jew xiri ta’ bini. Għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan. Jekk xi fergħa jew oħra tal-awtorità baġitarja jkollha l-ħsieb li toħroġ opinjoni, hija għandha, fi żmien ġimagħtejn minn meta tirċievi l-informazzjoni dwar il-proġett, tinnotifika lill-Awtorità bl-intenzjoni tagħha li toħroġ opinjoni bħal din. Fin-nuqqas ta’ tweġiba, l-Awtorità tista’ tipproċedi bl-operazzjoni ppjanata. Artikolu 50 Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit 1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti u għandu jimplimenta l-baġit tal-Awtorità. 2. Sal-1 ta’ Marzu wara li tintemm kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Awtorità għandu jippreżenta lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, il-kontijiet provviżorji, akkompanjati mir-rapport dwar l-immaniġġjar baġitarju u finanzjarju matul is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Awtorità għandu jibgħat ukoll ir-rapport dwar l-immaniġġjar baġitarju u finanzjarju lill-membri tal-Bord ta’ Superviżuri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara. Imbagħad, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet provviżorji tal-istituzzjonijet u tal-entitajiet deċentralizzati skont l-Artikolu 128 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 [29] , (minn hawn ’il quddiem ir-'Regolament Finanzjarju’). 3. Wara li jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Awtorità skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju, id-Direttur Eżekuttiv, huwa u jaġixxi fil-kapaċità tiegħu, għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Awtorità u jibgħathom, għal opinjoni, lill-Bord Maniġerjali. 4. Il-Bord Maniġerjali għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Awtorità. 5. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat dawk il-kontijiet finali, flimkien mal-opinjoni tal-Bord Maniġerjali, sal-1 ta’ Lulju wara li tintemm is-sena finanzjarja, lill-Membri tal-Bord ta’ Superviżuri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri. 6. Il-kontijiet finanzjarji għandhom jiġu ppubblikati. 7. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri għall-osservazzjonijiet ta’ dan tal-aħħar sat-30 ta’ Settembru. Huwa għandu jibgħat wkoll kopja ta’ din it-tweġiba lill-Bord Maniġerjali u lill-Kummissjoni. 8. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar u hekk kif hemm provdut fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe informazzjoni li tkun meħtieġa għall-applikazzjoni bla intoppi tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja msemmija. 9. Il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti l-kwittanza lill-Awtorità sabiex timplimenta l-baġit għas-sena finanzjarja N. Artikolu 51 Regoli finanzjarji Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità għandhom jiġu adottati mill-Bord Maniġerjali wara li l-Kummissjoni tkun ġiet ikkonsultata. Dawk ir-regoli ma jistgħux ivarjaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002[30] sakemm il-ħtiġijiet operazzjonali speċifiċi għall-funzjonament tal-Awtorità ma jkunux jirrikjedu dan bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni. Artikolu 52 Miżuri kontra l-frodi 1. Bil-għan li jiġu miġġielda l-frodi, l-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 għandhom japplikaw għall-Awtorità mingħajr ebda restrizzjoni. 2. L-Awtorità għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)[31] u għandha tadotta minnufih dispożizzjonijiet xierqa għall-persunal tal-Awtorità. 3. Id-deċiżjonijiet dwar l-iffinanzjar u l-ftehimiet u l-istrumenti implimentattivi li jirriżultaw minnhom, għandhom jistipulaw b’mod espliċitu li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu, jekk ikun hemm il-bżonn, iwettqu kontrolli fuq il-post fuq il-benefiċjarji ta’ flus li jintnefqu mill-Awtorità kif ukoll fuq il-persunal responsabbli għall-allokazzjoni ta’ dawn il-flus. KAPITOLU VII DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI Artikolu 53 Privileġġi u immunitajiet Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Awtorità u għall-persunal tagħha. Artikolu 54 Persunal 1. Ir-Regolamenti dwar il-Persunal, il-Kundizzjonijiet tal-impjiegi ta’ impjegati oħrajn u r-regoli adottati b’mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea għall-fini li dawn jiġu applikati, għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità, inkluż għad-Direttur Eżekuttiv tagħha. 2. Il-Bord Maniġerjali, bi qbil mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri implimentattivi meħtieġa, skont l-arranġamenti previsti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti dwar il-Persunal. 3. Fir-rigward tal-persunal tagħha, l-Awtorità għandha teżerċita s-setgħat ikkonferiti fuq l-awtorità tal-ħatra mir-Regolamenti dwar il-Persunal u fuq l-awtorità intitolata sabiex tikkonkludi kuntratti skont il-Kundizzjonijiet tal-impjieg ta’ persunal ieħor. 4. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta dispożizzjonijiet sabiex jippermetti li esperti nazzjonali minn Stati Membri jiġu ssekondati lill-Awtorità. Artikolu 55 Responsabbiltà tal-Awtorità 1. Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Awtorità għandha, skont il-prinċìpji ġenerali komuni tal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara li tiġi kkawżata minnha jew mill-persunal tagħha fit-twettiq ta’ dmirijietu. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fi kwalunkwe tilwima fuq ir-rimedju ta’ ħsara bħal din. 2. Ir-responsabbiltà finanzjarja personali u r-responsabbiltà dixxiplinarja tal-persunal tal-Awtorità lejn l-Awtorità għandhom ikunu rregolati mid-dispożizzjonijiet relevanti li japplikaw għall-persunal tal-Awtorità. Artikolu 56 Obbligu tas-Sigriet Professjonali 1. Membri tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali, id-Direttur Eżekuttiv, u membri tal-persunal tal-Awtorità inkluż uffiċjali li jiġu ssekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-sigriet professjonali skont l-Artikolu 287 tat-Trattat u d-dispożizzjonijiet relevanti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja relevanti, anki wara li jkunu ntemmu dmirijiethom. 2. Bla ħsara għall-każijiet koperti mil-liġi kriminali, kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li tasal għand persuni msemmija fil-paragrafu 1 waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, ma tistax tiġi żvelata lil xi persuna jew awtorità oħra tkun xi tkun, għajr f’forma mqassra jew miġbura, b’tali mod li l-istituzzjonijiet finanzjarji individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati. Barra minn hekk, l-obbligu skont il-paragrafu 1 u l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux jimpedixxi lill-Awtorità u lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali milli jagħmlu użu mill-informazzjoni għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), u b’mod partikolari għal proċeduri legali għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet. 3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jimpedixxu lill-Awtorità milli tiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali skont dan ir-Regolament u skont leġiżlazzjoni Komunitarja oħra applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji. Dik l-informazzjoni għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali indikati fil-paragrafi 1 u 2. L-Awtorità għandha tistabbilixxi fir-regoli proċedurali interni tagħha, l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-regoli ta’ kunfidenzjalità msemmija fil-paragrafi 1 u 2. 4. L-Awtorità għandha tapplika d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom[32]. Artikolu 57 Protezzjoni tad-dejta Dan ir-regolament għandu jkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom skont id-Direttiva 95/46/KE jew l-obbligi tal-Awtorità relatati mal-ipproċessar tad-dejta personali tagħha skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 waqt il-qadi tar-responsabbiltajiet tagħha. Artikolu 58 Aċċess għad-dokumenti 1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Awtorità. 2. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta miżuri prattiċi għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 sal-31 ta’ Mejju 2011. 3. Id-Deċiżjonijiet meħudin mill-Awtorità skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta’ ilment lill-Ombudsman jew ta’ proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, wara appell lill-Bord tal-Appell, kif xieraq, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 195 and 230 tat-Trattat rispettivament. Artikolu 59 Arranġamenti lingwistiċi 1. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1[33] għandhom japplikaw għall-Awtorità. 2. Il-Bord Maniġerjali għandu jiddeċiedi fuq l-arranġamenti lingwistiċi interni għall-Awtorità. 3. Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għall-iffunzjonar tal-Awtorità għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjonijiet għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 60 Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li għandhom jiġu pprovduti għall-Awtorità fl-Istat Membru fejn tkun tinsab is-sede tagħha u l-faċilitajiet li għandhom ikunu disponibbli minn dak l-Istat Membru, kif ukoll ir-regoli speċifiċi applikabbli f’dak l-Istat Membru għad-Direttur Eżekuttiv, għall-membri tal-Bord Maniġerjali, għall-persunal tal-Awtorità u għall-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Awtorità u dak l-Istat Membru konkluż wara li tkun inkisbet l-approvazzjoni tal-Bord Maniġerjali. Dak l-Istat Membru għandu jipprovdi l-aqwa kundizzjonijiet possibbli sabiex jiżgura l-funzjonament xieraq tal-Awtorità, inkluż skola multilingwi, b'orjentazzjoni Ewropea u l-konnessjonijiet xierqa tat-trasport. Artikolu 61 Parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi Il-parteċipazzjoni fix-xogħol tal-Awtorità għandha tkun miftuħa għal pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea u li jkunu kkonkludew ftehimiet mal-Komunità li permezz tagħhom, huma adottaw u qegħdin japplikaw il-liġi Komunitarja fil-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità kif hemm referenza għal dan fl-Artikolu 1(2). Skont id-dispożizzjonijiet relevanti ta’ dawn il-ftehimiet, għandhom isiru arranġamenti li jispeċifikaw, b’mod partikolari, in-natura, l-iskop u l-aspetti proċedurali tal-involviment ta’ dawn il-pajjiżi fix-xogħol tal-Awtorità, inkluż dispożizzjonijiet relatati mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji u mal-persunal. Jistgħu jipprevedu rappreżentanza, bħala osservatur, fuq il-Bord tas-Superviżuri, iżda għandhom jiżguraw li dawn il-pajjiżi ma jattendux għal xi diskussjonijiet relatati mal-istituzzjonijiet finanzjarji individwali, għajr fejn ikun hemm interess dirett. KAPITOLU VIII DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI Artikolu 62 Azzjonijiet preparatorji 1. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment amministrattiv u għall-operat amministrattiva inizjali tal-Awtorità sakemm l-Awtorità jkollha l-kapaċità operattiva sabiex timplimenta l-baġit tagħha stess. Għal dak il-għan, sakemm id-Direttur Eżekuttiv jassumi d-doveri tiegħu wara l-ħatra tiegħu mill-Bord tas-Superviżuri skont l-Artikolu 36, il-Kummissjoni tista’ tassenja uffiċjal wieħed fuq bażi interim sabiex iwettaq il-funzjonijiet tad-Diretturi Eżekuttivi. 2. Id-Direttur Eżekuttiv interim jista’ jawtorizza l-pagamenti kollha koperti bi krediti pprovduti fil-baġit tal-Awtorità, ladarba jiġu approvati mill-Bord Maniġerjali u jista’ jikkonkludi kuntratti, inkluż kuntratti tal-persunal wara l-adozzjoni tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Awtorità. 3. Il-paragrafi 1 u 2 huma bla ħsara għas-setgħat tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Bord Maniġerjali. Artikolu 63 Dispożizzjonijiet transitorji dwar il-Persunal 1. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 54, il-kuntratti ta’ impjieg kollha konklużi mill-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej jew is-Segretarjat tiegħu u fis-seħħ fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu onorati sad-data ta’ skadenza tagħhom. Ma jistgħux jiġu estiżi. 2. Il-membri kollha tal-persunal taħt kuntratti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu offruti l-possibbiltà li jikkonkludu kuntratti ta’ aġenti temporanji skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Impjegati Oħrajn fil-gradi varji, hekk kif stabbilit fil-pjan ta’ stabbiliment tal-Awtorità. Għandha ssir għażla interna limitata għal persunal li għandu kuntratti mal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej jew mas-Segretarjat tiegħu wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mill-awtorità awtorizzata sabiex tikkonkludi kuntratti sabiex tiġi ċċekkjata l-abbiltà, l-effiċjenza u l-integrità ta’ dawk li jkunu sejrin jiġu reklutati. 3 Jiddependi fuq it-tip u l-livell ta’ funzjonijiet li għandhom jitwettqu, l-applikanti li jintgħażlu jiġu offruti kuntratti ta’ aġenti temporanji applikabbli għal tul ta’ żmien li għallinqas jikkorrespondi għaż-żmien li jkun għad baqa’ taħt il-kuntratt preċedenti. 4. Il-liġi nazzjonali relevanti relatata mal-kuntratti tax-xogħol u ma’ strumenti relevanti oħrajn għandha tkompli tapplika għal membri tal-persunal b’kuntratti preċedenti li jagħżlu li ma japplikawx għal kuntratti ta’ aġenti temporanji jew li ma jiġux offruti kuntratti ta’ aġenti temporanji skont il-paragrafu 2. Artikolu 64 Emendi Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Parlament Nru … ta’ … li tistabbilixxi programm tal-Komunità biex jappoġġja attivitajiet speċifiċi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, rapportar u awditjar finanzjarju, hija bil-preżenti emendata billi l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej qiegħed jitneħħa mil-lista ta’ benefiċjarji stabbilita fit-Taqsima B tal-Anness għal dik id-Deċiżjoni. Artikolu 65 Revoka Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE, li tistabbilixxi l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej, qed bil-preżenti titħassar. Artikolu 66 Evalwazzjoni 1. Fi żmien tliet snin mid-data stabbilita fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 67 u kull tliet snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ġenerali dwar l-esperjenza miksuba bħala riżultat tal-operat tal-Awtorità u l-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa wkoll il-progress miksub lejn konverġenza regolatorja u superviżorja fl-oqsma tal-immaniġġjar u r-risoluzzjoni ta’ kriżijiet fil-Komunità. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq konsultazzjoni estensiva, inkluż mal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati. 2. Ir-rapport u kwalunkwe proposta li takkumpanjah, għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Artikolu 67 Dħul fis-seħħ . Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President […] […] DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA Dan id-dokument huwa maħsub sabiex jakkompanja u jikkumplimenta l-Memorandum ta’ Spjegazzjoni. Fi ftit kliem, meta tkun qiegħda timtela din id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva, u bla ħsara għal-leġibbiltà tagħha, għandu jsir tentattiv biex tkun evitata r-ripetizzjoni ta’ informazzjoni li tinsab fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni. Qabel tibda timla din il-formola, jekk jogħġbok irreferi għal-Linji gwida speċifiċi li ġew abbozzati sabiex jipprovdu gwida u kjarifika għall-punti ta’ hawn taħt. 1. ISEM IL-PROPOSTA: Regolament (KE) Nru xxx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea 2. QAFAS ABM / ABB Qasam Politiku/Oqsma Politiċi konċernat(i) u Attività/ajiet assoċjata/i: Suq intern – Swieq finanzjarji 3. LINJI BAĠITARJI 3.1. Linji baġitarji (linji operattivi u linji ta’ assistenza teknika u amministrattiva relatati (ex-linji B..A) inkluż intestaturi: Jeħtieġ li jinħolqu linji ġodda (l-ismijiet u n-numri huma biss indikattivi): Intestaturi: 12 Suq Intern 12.04 Swieq Finanzjarji 12.0402 Awtorità Bankarja Ewropea Linji baġitarji: 12.0402.01 ABE – Sussidju skont it-Titoli 1 u 2 (Infiq fuq il-Persunal u Amministrattiv) 12.0402.02 ABE – Sussidju skont it-Titolu 3 (Infiq operattiv) 3.2. Tul tal-azzjoni u l-impatt finanzjarju: Indeterminat 3.3. Karatteristiċi baġitarji: Linja baġitarja | Tip ta’ nefqa | Ġdid | Kontribuzzjoni tal-EFTA | Kontribuzzjonijiet minn pajjiżi applikanti | Intestatura f’perspettiva finanzjarja | 1204010101 | Mhux komp | Diff[34] | IVA | IVA | LE | Nru 1a | 1204010102 | Mhux komp | Diff | IVA | IVA | LE | Nru 1a | 4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI 4.1. Riżorsi finanzjarji 4.1.1. Sommarju tal-approprjazzjonijiet ta' impenn (AI)u approprjazzjonijiet ta’ pagament (AP) EUR miljun (sa 3 postijiet deċimali) Tip ta' nefqa | Taqsima Nru | 2011 | 2012 | 2013 | Total | Nefqa operazzjonali[35] | Approprjazzjonijiet ta’ Impenn (AI) | 8.1 | a | 5, 206 | 7, 355 | 8, 965 | 21, 527 | Approprjazzjonijiet ta’ Pagament (AP) | b | 5, 206 | 7, 355 | 8, 965 | 21, 527 | Nefqa amministrattiv fi ħdan l-ammont ta’ referenza[36] | Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4 | c | -- | -- | -- | -- | AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA | Approprjazzjonijiet ta’ Impenn | a+c | 5, 206 | 7, 355 | 8, 965 | 21, 527 | Approprjazzjonijiet ta’ Pagament | b+c | 5, 206 | 7, 355 | 8, 965 | 21, 527 | Riżorsi umani u nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5 | d | -- | -- | -- | -- | Kostijiet amministrattivi, għajr riżorsi umani u kostijiet assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6 | e | -- | -- | -- | -- | Kost finanzjarju indikattiv totali tal-intervent AI TOTALI inkluż il-kost tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 5, 206 | 7, 355 | 8, 965 | 21, 527 | AP TOTALI inkluż il-kost tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 5, 206 | 7, 355 | 8, 965 | 21, 527 | Dettalji ta’ kofinanzjament EUR miljun (sa 3 postijiet deċimali) Entità ta’ kofinanzjament: | 2011 | 2012 | 2013 | Total | Stati Membri (awtoritajiet superviżorji nazzjonali jew ministeri tal-finanzi) | f | 7, 809 | 11, 033 | 13, 448 | 32, 290 | AI TOTALI inkluż kofinanzjament | a+c+d+e+f | 13, 015 | 18, 388 | 22, 413 | 53, 816 | 4.1.2. Kompatibbiltà mal-Ipprogrammar Finanzjarju ( Il-proposta hija kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti. × Il-proposta sejra tinvolvi pprogrammar mill-ġdid tal-intestatura relevanti fil-perspettiva finanzjarja. × Il-proposta tista’ teħtieġ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[37] (jiġifieri strument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja). 4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-Dħul × Il-proposta ma għandha ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul. 4.2. Riżorsi Umani FTE (inkluż uffiċjali, persunal temporanju u estern) – ara d-dettall taħt punt 8.2.1. Rekwiżiti annwali | 2011 | 2012 | 2013 | Għadd totali ta’ riżorsi umani | 2.4 | 2.4 | 2.4 | -- | -- | -- | 5. KARATTERISTIĊI U OBJETTIVI 5.1. Li jeħtieġu jiġu ssodisfati fuq perijodu ta’ żmien qasir jew fit-tul Fuq perijodu ta’ żmien qasir, tinħoloq l-Awtorità Bankarja Ewropea bħala parti mis-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji l-ġdida, magħmula minn netwerk ta’ awtoritajiet superviżorji Ewropej u nazzjonali u li timmira li tilħaq organizzazzjoni aktar effiċjenti u effikaċi ta' superviżjoni finanzjarja fl-UE. Fuq perijodu ta’ żmien itwal, l-ABE għandha ttejjeb il-koordinazzjoni tas-superviżjoni tas-settur bankarju tal-UE, tnaqqas ir-riskju jew l-inċidenza ta’ episodji futuri ta’ taħwid finanzjarju u tikkontribwixxi għal żvilupp ta’ dimensjoni Ewropea ta' superviżjoni finanzjarja sabiex tasal għal suq uniku għas-servizzi finanzjarji tal-UE. 5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-Komunità u tal-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħrajn u sinerġija possibbli Il-kriżi finanzjarja enfasizzat bosta dgħufijiet sostanzjali tal-qafas tal-UE attwali għas-superviżjoni finanzjarja. Ġew identifikati l-problemi li ġejjin, li jenfasizzaw il-ħtieġa tal-involviment tal-Komunità: - Ma hemm ebda mekkaniżmu li jiżgura li s-superviżuri nazzjonali jaslu għall-aqwa deċiżjonijiet superviżorji possibbli għall-istituzzjonijiet transkonfinali; - Il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn awtoritajiet superviżorji nazzjonali mhumiex biżżejjed; - Id-dettalji tekniċi u l-aġġornamenti kollha għar-Regolament Finanzjarju ma jistgħux jiġu adattati jew emendati malajr; - Azzjoni konġunta mill-awtoritajiet nazzjonali jkollha tqis il-frammentazzjoni tar-rekwiżiti regolatroji u superviżorji; - Soluzzjonijiet nazzjonali biss huma disponibbli u jistgħu jiġu implimentati quddiem problemi pan-Ewropej. Il-Kumitati tas-Superviżuri tal-UE attwali[38] għandhom setgħat limitati biex jindirizzaw kwistjonijiet bħal dawn. 5.3. Objettivi, riżultati mistennija u indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM L-objettivi ġenerali li ġejjin ġew identifikati għas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, u b’mod partikolari għall-Awtorità Bankarja Ewropea: 1. Bilanċ bejn l-interessi tas-superviżur tad-domiċilju u ospitanti, jiġifieri, rinforzar tal-proċess u tal-prattiċi għall-kontestazzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ superviżuri nazzjonali fuq bażi transkonfinali; 2. Żgurar ta’ kundizzjonijiet ugwali għal istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw fi Stati Membri varji; 3. Titjib tal-prevenzjoni ta’ kriżi u ta’ mmaniġġjar ta’ kriżi fuq l-iskala Ewropea, u 4. Titjib tal-kosteffiċjenza u tal-effikaċja tas-superviżjoni għal kumpaniji supervizzati. Mill-objettivi ġenerali ġew identifikati għadd ta’ kompiti speċifiċi għas-SESF: 1. Il-kompiti attwali kollha tal-Kumitati attwali tal-UE tas-Superviżuri; 2. L-iżvilupp ta’ standards tekniċi sabiex jinbena ktieb tar-regoli waħdieni fl-UE 3. L-iżgurar ta’ applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-UE u medjazzjoni u risoluzzjoni ta’ nuqqas ta’ ftehim bejn superviżuri nazzjonali; 4. L-iżgurar ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet koordinat f’emerġenzi; 5. Is-superviżjoni ta’ ċerti entitajiet b'ambitu pan-Ewropew 6. L-iżgurar ta’ kultura superviżorja komuni. It-tabella li ġejja tippreżenta l-objettivi speċifiċi tal-Awtorità Bankarja Ewropea u tqabbilhom mal-indikaturi relatati: Għan | Indikatur propost | L-iżvilupp ta’ standards tekniċi sabiex jinbena ktieb tar-regoli waħdieni fl-UE | Għadd ta’ standards tekniċi adottati relattivi ma’ dawk meħtieġa sabiex jiġu żviluppati Għadd ta’ standards proposti mill-ABE u rifjutati mill-Kummissjoni Għadd ta’ rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti adottati | Żgurar tal-applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-UE | Għadd ta’ medjazzjonijiet ta’ suċċess mingħajr risoluzzjoni vinkolanti Għadd ta’ twissijiet dwar ksur ċar tal-liġi Komunitarja | Żgurar ta’ kultura superviżorja komuni: parteċipazzjoni fil-kulleġġi tas-superviżuri | Għadd ta’ kulleġġi b’parteċipazzjoni tal-ABE Għadd medju ta’ laqgħat għal kull kulleġġ b’attendenza mir-rappreżentanti tal-ABE | Żgurar ta’ kultura superviżorja komuni: attivitajiet oħrajn | Għadd ta’ sigħat ta’ taħriġ għas-Superviżuri Għadd ta’ persunal li jipparteċipa fi skambji / sekondamenti Għadd ta’ evalwazzjonijiet orizzontali mwettqa Għadd ta’ ostakoli għall-konverġenza identifikati u mneħħija Għodod u strumenti prattiċi ġodda biex jippromwovu l-konverġenza | Twettiq ta’ superviżjoni diretta ta’ istituzzjonijiet finanzjarji pan-Ewropej | [Relevanti biss għall-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq fil-preżent] | Żgurar ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet koordinat f’emerġenzi | Medjazzjoni tal-effikaċja, deċiżjonijiet u koordinazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi | Żgurar ta’ kultura superviżorja komuni: Ġbir u mmaniġġjar ta’ informazzjoni mikroprudenzjali | Progress fl-iżvilupp tad-databases ċentrali: sħuħija u prontezza tal-informazzjoni | 5.4. Metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv) ( Amministrazzjoni Ċentralizzata ( direttament mill-Kummissjoni ( indirettament b’delega lil: ( Aġenziji eżekuttivi × entitajiet stabbiliti mill-Komunitajiet kif hemm referenza għalihom fl-Art. 185 tar-Regolament Finanzjarju ( entitajiet tas-settur pubbliku nazzjonali / entitajiet b’missjoni tas-servizz pubbliku ( Immaniġġjar kondiviż jew deċentralizzat ( ma’ Stati Membri ( ma’ Pajjiżi Terzi ( Immaniġġjar konġunt ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika) Kummenti relevanti: 6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI 6.1. Sistema ta’ monitoraġġ Ir-Regolament li jistabbilixxi l-Awtorità Bankarja Ewropea jipprevedi l-evalwazzjoni tal-esperjenza miksuba b’riżultat tal-operat tal-Awtorità u l-proċeduri stabbiliti f’dan ir-regolament kull tliet snin mill-bidu effettiv tal-operat tagħha. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ġenerali, li sejjer jevalwa wkoll il-progress milħuq lejn il-konverġenza regolatorja u superviżorja. Ir-rapport u kwalunkwe proposta li takkumpanjah għandhom jiġu ppreżenatati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 6.2. Evalwazzjoni 6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante Twettqu żewġ valutazzjonijiet tal-impatt (VI) għall-proposta tar-riforma fis-sistema ta’ superviżjoni finanzjarja fl-UE: (1) L-ewwel valutazzjoni tal-impatt ġenerali (SEC(2009) 715) akkumpanjat il-Komunikazzjoni ‘Superviżjoni finanzjarja Ewropea’ tas-27 ta’ Mejju (COM(2009) 252). L-analiżi f’dak ir-rapport wasslet għall-għażla tal-ħolqien tas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji bħala l-aqwa għażla għar-riforma ta’ qafas ta’ superviżjoni mikroprudenzjali fl-UE. (2) It-tieni, valutazzjoni tal-impatt aktar speċifika twettqet sabiex takkompanja l-abbozzi tar-Regolamenti li jistabbilixxu l-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq. F’din il-VI, ġew ikkunsidrati għadd ta’ alternattivi għal kompiti partikolari u aspetti ta’ governanza tal-Awtoritajiet il-ġodda. Tinkludi wkoll stimi baġitarji li ntużaw f’din id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva. 6.2.2. Miżuri meħudin wara evalwazzjoni intermedja/ex-post (lezzjonijiet mitgħallma minn esperjenzi simili fil-passat) Mhux applikabbli. 6.2.3. Termini u frekwenza ta’ evalwazzjoni futura Sejra tittieħed deċiżjoni fuq is-sett ta’ indikaturi finali sabiex tiġi vvalutata l-prestazzjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea mill-Kummissjoni fiż-żmien meta tkun sejra ssir l-ewwel evalwazzjoni meħtieġa. Għall-valutazzjoni finali, l-indikaturi kwantitattivi sejrin ikunu importanti daqs l-evidenza kwalitattiva miġbura fil-konsultazzjonijiet, inkluż il-kontribut mill-grupp bankarju ta’ partijiet interessati mfassal b’mod speċjali. L-evalwazzjoni sejra tiġi ripetuta kull tliet snin. 7. Miżuri kontra l-frodi Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, id-dispożizzjonijet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) għandhom japplikaw mingħajr ebda restrizzjoni għall-Awtorità. L-Awtorità għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u għandha tadotta minnufih dispożizzjonijiet xierqa għall-persunal tal-Awtorità. Id-deċiżjonijiet dwar l-iffinanzjar u l-ftehimiet u l-istrumenti implimentattivi li jirriżultaw minnhom, għandhom jistipulaw b’mod espliċitu li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu, jekk ikun hemm il-bżonn, iwettqu kontrolli fuq il-post fuq il-benefiċjarji ta’ flus li jintnefqu mill-Awtorità kif ukoll fuq il-persunal responsabbli għall-allokazzjoni ta’ dawn il-flus. 8. DETTALJI TAR-RIŻORSI 8.1. L-għanijiet tal-proposta f’termini tal-kost finanzjarju tagħhom Jekk jogħġbok irreferi għall-Anness 1 għal analiżi dettaljata tal-kostijiet tal-Awtorità u għall-Anness 2 għas-suppożizzjonijiet bażi prinċipali, u għall-Anness 3 għal pjan ta’ stabbiliment dettaljat. 8.2. Nefqa Amministrattiva 8.2.1. Għadd u tip ta’ riżorsi umani Tipi ta’ karigi | Persunal li għandu jiġi assenjat għall-immaniġġjar tal-azzjoni billi jintużaw ir-riżorsi eżistenti u/jew addizzjonali (għadd ta’ karigi/FTEs) | 2011 | 2012 | 2013 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 | Uffiċjali jew persunal temporanju[39] (XX 01 01) | A*/AD | 1.2 | 1.2 | 1.2 | -- | -- | -- | B*, C*/AST -- | 1.2 | 1.2 | 1.2 | -- | -- | -- | Persunal iffinanzjat[40] mill-art. XX 01 02 | -- | -- | -- | -- | -- | -- | Persunal ieħor[41] iffinanzjat mill-art. XX 01 04/05 | -- | -- | -- | -- | -- | -- | TOTAL | 2.4 | 2.4 | 2.4 | -- | -- | -- | 8.2.2. Deskrizzjoni tal-kompiti li jirriżultaw mill-azzjoni - Immaniġġjar operazzjonali tar-relazzjonijiet tal-Kummissjoni mal-Awtorità (ekwivalenti għall-ħin ta’ AD wieħed f’unità operazzjonali) - Immaniġġjar finanzjarju tas-sussidju mill-baġit tal-Komunità lill-Awtorità (ekwivalenti għall-ħin ta’ AST wieħed f’unità operazzjonali u għal 20% tal-ħin ta’ AST wieħed fl-unità finanzjarja) - Monitoraġġ u awditjar (20% tal-ħin ta’ AD wieħed fil-Kapaċità tal-Verifika Interna tad-DĠ Markt) 8.2.3. Sorsi ta’ riżorsi umani (statutorji) × Karigi li għandhom jimtlew mill-ġdid billi jintużaw riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz tal-immaniġġjar (trasferimenti intern) 12 -il kariga diġà ntalbu fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva annessa għall-abbozz tad-deċiżjoni li tistabbilixxi programm tal-Komunità għall-appoġġ ta’ attivitajiet speċifiċi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, rapportar u awditjar finanzjarju (COM(2009)14 finali). B’kollox, madwar 8 minn dawk il-karigi sejrin jimlew karigi fi ħdan id-DĠ MARKT sabiex jindirizzaw l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej il-ġodda (b'impjieg sħiħ jew parzjali): 6 f'unitajiet operazzjonali; 1 fl-unità finanzjarja u 1 fl-IAC. 8.2.4. Nefqa Amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Nefqa fuq immaniġġjar amministrattiv) Mhux applikabbli 8.2.5. Kost finanzjarju fuq ir-riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza EUR miljun (sa 3 postijiet deċimali) Tip ta’ riżorsi umani | 2011 | 2012 | 2013 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) | 0.293 | 0.293 | 0.293 | -- | -- | -- | Persunal iffinanzjat mill-Art XX 01 02 (awżiljarju, END, persunal kuntrattwali, eċċ.) (speċifika l-linja baġitarja) | 0 | 0 | 0 | -- | -- | -- | Kost totali fuq ir-Riżorsi Umani u kostijiet assoċjati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) | 0.293 | 0.293 | 0.293 | -- | -- | -- | Kalkolazzjoni– Uffiċjali u Aġenti temporanji | 2 uffiċjali fl-unità operazzjonali | 0.2 tal-ħin ta’ uffiċjal wieħed fl-unità finanzjarja | 0.2 tal-ħin ta’ uffiċjal wieħed fil-Kapaċità ta’ Verifika Interna ta’ DĠ Markt 2.4 x 0.122 = 0.293 Kalkolazzjoni– Persunal iffinanzjat skont l-Art. | Kalkolazzjoni– Persunal iffinanzjat skont l-art. XX 01 02 | Mhux applikabbli | 8.2.6. Nefqa amministrattiva oħra mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza Mhux applikabbli | Kalkolazzjoni - Nefqa amministrattiva oħra mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza | Mhux applikabbli | ANNESS 1 Abbozz ta' baġit għall-Awtorità Bankarja Ewropea F’eluf ta’ EUR Persunal anzjan / espert: | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Aġenti temporanji | 2 380 | 3 360 | 4 480 | 4 760 | 4 760 | 4 760 | Esperti nazzjonali sekondati | 2 380 | 3 360 | 4 480 | 4 760 | 4 760 | 4 760 | Persunal amministrattiv u persunal ta’ appoġġ ieħor: | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Aġenti temporanji | 280 | 700 | 840 | 1 260 | 1 260 | 1 260 | Aġenti kuntrattwali | 118 | 235 | 294 | 470 | 470 | 470 | Benefiċċji tal-persunal | 844 | 1 .324 | 1 689 | 1 863 | 1 863 | 1 863 | Taħriġ għall-persunal: ġenerali | 24 | 37 | 48 | 54 | 54 | 54 | Taħriġ għall-persunal: titjib tal-ħiliet superviżorji | 153 | 216 | 288 | 306 | 306 | 306 | Nefqa relatata mar-reklutaġġ tal-persunal | 48 | 53 | 43 | 24 | 0 | 0 | Teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni | 245 | 380 | 491 | 552 | 552 | 552 | Proprjetà mobbli u kostijiet assoċjati | 54 | 83 | 108 | 121 | 121 | 121 | Nefqa amministrattiva kurrenti | 53 | 81 | 105 | 118 | 118 | 118 | Posta / Telekomunikazzjonijiet | 19 | 30 | 38 | 43 | 43 | 43 | Spejjeż fuq vjaġġi u laqgħat | 529 | 820 | 1 058 | 1 190 | 1 190 | 1 190 | Kultura superviżorja komuni: parteċipazzjoni fil-kulleġġi tas-superviżuri | 64 | 64 | 64 | 64 | 64 | 64 | Kultura superviżorja komuni: taħriġ għas-superviżuri nazzjonali u skambji u ssekondar tal-persunal | 500 | 1 000 | 1 300 | 1 500 | 1 500 | 1 500 | Ġbir ta’ informazzjoni: żvilupp u żamma ta’ database Ewropea ċentrali | 3 000 | 3 000 | 3 000 | 3 000 | 3 000 | 3 000 | Relazzjonijiet internazzjonali: osservaturi fil-kumitati superviżorji internazzjonali | 50 | 50 | 50 | 50 | 50 | 50 | Relazzjonijiet internazzjonali: kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fuq deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza | 60 | 60 | 60 | 60 | 60 | 60 | Superviżjoni ta’ entitajiet pan-Ewropej | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Bord Maniġerjali | 26 | 26 | 26 | 26 | 26 | 26 | Kumitat Konġunt ta’ Tmexxija | 10 | 10 | 10 | 10 | 10 | 10 | Bord tal-Appell | 86 | 86 | 86 | 86 | 86 | 86 | Li minnu, kontribuzzjoni tal-Istati Membri (awtoritajiet superviżorji nazzjonali jew ministeri tal-finanzi) | 7 809 | 11 033 | 13 448 | 14 769 | 14 755 | 14 755 | Sors: Stimi u kalkolazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Kumitati L3 ANNESS 2 Metodoloġija applikata u s-suppożizzjonijiet prinċipali bażi għall-mudell finanzjarju tal-Awtorità Il-kost biex tiġi stabbilita Awtorità Bankarja Ewropea ġie stmat skont tliet kategoriji ta’ kostijiet: il-kostijiet fuq il-persunal, il-kostijiet fuq l-infrastruttura u l-kostijiet operazzjonali, b'konformità mal-klassifikazzjoni ġenerali tal-kost użata fil-kontabbiltà tal-aġenziji regolatorji tal-UE eżistenti. Il-kostijiet totali għall-ħolqien tal-Awtorità Bankarja Ewropea ġew stmati li jlaħħqu madwar 13.015 miljun Euro fl-ewwel sena tal-operazzjonijiet (2011), u li mbagħad jitilgħu għal 22.413 miljun Euro wara sentejn (2013) – ara l-Anness 1. Qed jiġi propost li l-baġit tal-Komunità jiffinanzja 40% tal-kostijiet u l-Istati Membri jiffinanzjaw 60%. Ir-raġunijiet għal din il-proposta huma dawn li ġejjin: - iffinanzjar ibbilanċjat tajjeb u mħallat huwa l-aqwa mod kif jiġi żgurat li l-Awtoritajiet jaġixxu (u huma ipperċeputi li qegħdin jagħmlu dan) indipendentament mill-Istati Membri u mill-istituzzjonijiet tal-Komunità. Li kieku sors partikolari ta’ fondi kellu jsir dominanti żżejjed, dan jista’ jixħet dubbji fuq il-kredibbiltà tad-deċiżjonijiet meħudin mill-Awtoritajiet u b’hekk idgħajjef il-qafas il-ġdid propost għall-ħarsien tal-istabbiltà finanzjarja; - fid-dawl li s-superviżuri nazzjonali sejrin ikomplu, f’dan il-qafas il-ġdid, iwettqu l-parti l-kbira tal-attivitajiet superviżorji fil-prattika, jidher xieraq li dan jiġi rifless f’kontribuzzjoni kemmxejn ogħla mill-Istati Membri. B'hekk, inkunu qegħdin nippermettu wkoll evoluzzjoni bla intoppi mis-sitwazzjoni attwali fejn il-kumitati ta’ livell 3 huma ffinanzjati kważi esklussivament mill-Istati Membri; - madankollu, huwa essenzjali li parti sinifikanti tal-fondi tiġi mill-baġit tal-Komunità. Tabilħaqq, l-Awtoritajiet il-ġodda sejrin jaqdu għanijiet li għandhom dimensjoni Komunitarja ċara: iż-żamma tal-istabbiltà finanzjarja fis-Suq Intern kif ukoll tkabbir sostennibbli fl-UE. Barra minn hekk, wieħed mill-kompiti u mis-setgħat ewlenin tal-Awtoritajiet huwa dak li jiżguraw applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tar-regoli tal-Komunità fis-settur. Dan jiġġustifika, tal-anqas, finanzjament ta' 40% mill-baġit Komunitarju (minħabba li bosta minn dawn l-entitajiet normalment ikunu ffinanzjati bis-sħiħ mill-baġit Komunitarju). Barra minn hekk, hemm dubju kemm l-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jlaħħqu maż-żieda qawwija fil-kontribuzzjonijiet li jkollhom iħallsu taħt il-qafas il-ġdid, ħaġa li tiġi tiswa ferm iktar mill-arranġamenti attwalit al-livell 3. - il-ħtieġa għal iffinanzjar Komunitarju hija partikolarament importanti wkoll sabiex tiżgura li l-Awtoritajiet ikunu tabilħaqq indipendenti mill-Istati Membri. L-għażla saret, sabiex tillimita kemm jista’ jkun interferenzi fix-xogħol tekniku tas-superviżuri, sabiex tillimita l-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni għall-minimu fil-bordijiet superviżorji (b’membru wieħed li ma jivvutax) u fil-bordijiet maniġerjali (b’membru wieħed jivvota) tal-Awtoritajiet. Li kieku barra minn hekk kellu jkun hemm dipendenza eċċessiva fuq il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri, il-kredibbiltà tal-indipendenza tal-Awtoritajiet tiġi ppreġudikata serjament. Hemm bżonn ta’ kontribuzzjoni sinifikanti tal-Komunità sabiex tagħmel tajjeb għar-rwol limitat li qiegħed jingħata lill-Kummissjoni fl-entitajiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet tal-Awtoritajiet; - dan l-approċċ huwa dak li l-iktar iwassal għal iffinanzjar stabbli, mingħajr dipendenza eċċessiva fuq sors wieħed jew fuq kontribuzzjonijiet minn Stati Membri kbar li jistgħu jippreġudikaw l-operat kontinwu tal-Awtoritajiet billi jtemmu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħhom. Finalment, dan l-approċċ huwa wkoll aktar ġust minn iffinanzjar sħiħ jew kbir ħafna minn Stati Membri: superviżuri nazzjonali jużaw firxa ta’ mudelli ta’ ffinanzjar fuq livell nazzjonali – uħud minn tassazzjoni ġenerali, uħud minn taxxi fuq l-industrija. Kieku l-Awtorità kellha tiġi ffinanzjata b’mod predominanti mill-Istati Membri, ikun hemm ir-riskju ta’ kundizzjonijiet mhux ugwali madwar l-UE. L-istimi tal-kostijiet fuq il-persunal huma bbażati fuq is-suppożizzjoni li l-ABE sejra timmira li tirdoppja l-persunal tagħha meta mqabbel mal-għadd ta’ persunal fil-Kumitat ta’ Livell 3 eżistenti fl-ewwel sena tal-operat tagħha. Dan ifisser żieda minn bejn 20 u 40. Ġie preżunt ukoll li l-għadd tal-persunal sejjer jiżdied relattivament malajr fil-fażi tal-bidu. Bħala medja, l-Awtorità sejra tirrekluta 15-il impjegat ġdid fis-sena. Tilħaq in-normalità tagħha b’madwar 90 impjegat. Il-ħtieġa għal għadd ikbar ta’ persunal tirrifletti l-għadd sinifikanti ta’ kompiti ġodda li l-Awtorità jkollha tassumi apparti r-responsabbiltajiet preċedenti tagħha. Dawn il-kompiti l-ġodda huma deskritti fid-dettall fil-memorandum ta’ spjegazzjoni li jakkompanja r-regolamenti proposti. Fost l-oħrajn, l-iżvilupp ta’ standards tekniċi ġodda f’għadd ta’ oqsma ta’ leġiżlazzjoni tas-servizzi finanzjarji, l-iżgurar ta’ applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-Komunità, ir-risoluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil bejn awtoritajiet kompetenti nazzjonali, l-attendenza għal kulleġġi tas-superviżuri u l-iffaċilitar ta’ evalwazzjonijiet orizzontali. Kull waħda minn dawn l-attivitajiet teħtieġ riżorsi ġodda sinifikanti. L-analiżi dettaljata tal-għadd stmat ta’ persunal skont il-kategoriji varji hija ppreżentata fl-Anness 3. Suppożizzjoni oħra adottata għall-istima tal-kostijiet tal-persunal hija li r-Regolament tal-Persunal tal-istituzzjonijiet tal-UE jiġi applikat għall-Awtoritajiet kollha. Dan huwa rifless - b’xi modifikazzjonijiet - fir-rati per capita użati taħt l-Titolu 1 (ara l-Anness 1 għal aktar dettalji). L-impatt tal-postazzjonijiet tal-Kumitati L3 tqies ukoll (permezz ta’ multiplikaturi tal-għoli tal-ħajja). Iċ-ċifri taħt l-Titolu 2 relatati mal-kost tal-infrastruttura kienu bbażati fuq il-kontribut mill-Kumitati ta’ Livell 3 eżistenti. Il-KSBE ipprovda stimi tal-kostijiet f’din il-kategorija, ibbażati fuq l-estrapolazzjoni tal-ispejjeż reali tagħhom relatati mat-tħaddim tal-uffiċċji u mal-amministrazzjoni fil-post attwali tagħhom. Billi li Londra hija ċentru finanzjarju u fost l-aktar postijiet kummerċjali għoljin fid-dinja, naturalment, l-istima tal-kostijiet qabżet il-livelli medji għall-aġenziji regolatorji tal-UE. Il-kostijiet tal-operat huma speċifiċi għall-kompetenzi u għall-mudell ta’ governanza tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. Rigward is-setgħat, ġew ikkunsidrati tipi varji ta’ attivitajiet għas-SESF f’termini ta’ ġenerazzjoni ta’ kostijiet operazzjonali addizzjonali apparti l-kostijiet ġenerali fuq il-persunal. Kien possibbli li dawn il-kostijiet jiġu attribwiti għal għadd ta’ attivitajiet, eż. l-operat tal-grupp tal-partijiet interessati, l-iżvilupp ta’ databases superviżorji Ewropej, il-parteċipazzjoni fil-kulleġġi tas-superviżuri, l-organizzazzjoni ta’ taħriġ għas-superviżuri mill-Istati Membri jew it-twettiq ta’ spezzjonijiet fuq il-post ta’ kumpaniji supervizzati direttament. Il-kostijiet speċifiċi għal dawn l-operazzjonijiet huma spiss marbuta mal-missjonijiet u mal-laqgħat, iżda jistgħu jinkludu wkoll spiża sostanzjali fuq is-servizzi li jiġu esternalizzati, eż. il-ħolqien u ż-żamma ta’ database jew l-organizzazzjoni tat-taħriġ. Min-naħa l-oħra, tqies li bosta mill-attivtajiet tas-SESF mhumiex marbutin ma’ kostijiet operazzjonali addizzjonali u huma riflessi bis-sħiħ fil-kostijiet ġenerali tal-persunal. Dawn huma pereżempju l-iżvilupp ta’ standards tekniċi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet, li jiżguraw applikazzjoni konsistenti tal-liġi tal-Komunità jew il-koordinazzjoni f’sitwazzjoni ta’ kriżi. Fir-rigward tal-governanza, il-kostijiet operazzjonali joriġinaw minn attivitajiet ta’ diversi entitajiet previsti sabiex jiżguraw il-funzjoni kif suppost tas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji b’mod ġenerali u l-Awtoritajiet partikolarment: il-Bord tas-Superviżuri, il-Bord Maniġerjali, il-Kumitat Konġunt ta’ Tmexxija u l-Bordijiet tal-Appell. Il-metodi għall-kalkolazzjoni tal-baġit tal-ABE huma ppreżentati fit-Tabella 1. Tabella 1. Stima tal-baġit tal-ABE fl-ewwel sena tal-operat (2011) F’eluf ta’ EUR Titolu 1 – Kostijiet tal-persunal | 6 694 | Persunal totali: | 40 | Kost annwali medju per capita (ibbażat fuq il-linji gwida ta’ DĠ BUDG u l-parir ta’ 3L3) | multiplikatur għall-għoli tal-ħajja | Londra | 1,4 | Maniġment | 2 | 233,8 | 468 | Persunal anzjan / espert: | Aġenti temporanji | 17 | 140,0 | 2.380 | Esperti nazzjonali sekondati | 17 | 140,0 | 2.380 | Persunal amministrattiv u persunal ta’ appoġġ ieħor: | Aġenti temporanji | 2 | 140,0 | 280 | Aġenti kuntrattwali | 2 | 58,8 | 118 | Benefiċċji tal-persunal | 15% tal-kostijiet totali tal-persunal | 844 | Taħriġ għall-persunal: ġenerali | Ammont medju għal kull persuna (dejta tal-COM) | 0,6 | 24 | Taħriġ għall-persunal: titjib tal-ħiliet superviżorji | Parir mill-3L3 | 4,5 | 153 | Nefqa relatata mar-reklutaġġ tal-persunal | Medja ta’ 3 kandidati intervistati għal kull kariga | 0,8 | 48 | Titolu 2 – Nefqa fuq il-bini, l-apparat u l-amministrazzjoni | 2.226 | Kiri ta’ bini u kostijiet assoċjati | Dejta u stimi tal-KSBE | 1.326 | Teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni | Dejta u stimi tal-KSBE | 245 | Proprjetà mobbli u kostijiet assoċjati | Dejta u stimi tal-KSBE | 54 | Nefqa amministrattiva kurrenti | Dejta u stimi tal-KSBE | 53 | Posta / Telekomunikazzjonijiet | Dejta u stimi tal-KSBE | 19 | Spejjeż fuq vjaġġi u laqgħat | Dejta u stimi tal-KSBE | 529 | Titolu 3 - Operazzjonijiet | - | 4 095 | Setgħat | Attività pprezzata | Suppożizzjonijiet | Kost totali | Konsultazzjonijiet | Grupp ta’ Partijiet Interessati tas-Servizzi Finanzjarji | GPISF wieħed għal kull ASE. 30 membru li jiltaqgħu 4 darbiet fis-sena. Remunerazzjoni annwali ta’ EUR 6000 kull persuna. Ir-rappreżentanti tal-industrija jiġu rimborżati għall-vjaġġi iżda mhux remunerati. | 216 | Kultura superviżorja komuni | Parteċipazzjoni f’kulleġġi ta’ superviżuri | Madwar 40 kulleġġ fis-settur. Parteċipazzjoni f’laqgħa waħda ta’ jumejn fis-sena, medja ta’ rap. wieħed tal-ABE għal kull laqgħa. | 64 | Kultura superviżorja komuni | Taħriġ komuni għas-superviżuri u skambji u sekondamenti tal-persunal | Ibbażat fuq l-ammont previst għall-għotjiet għall-azzjoni lill-KL3 għall-2010-2015 | 500 | Ġbir ta’ informazzjoni | Żvilupp u mmaniġġjar tad-database ċentrali Ewropew | Stima tal-KSBE | 3 000 | Relazzjonijiet internazzjonali | Kuntatti ma’ awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi u ma’ entitajiet internazzjonali oħrajn, eż. għal parir ta’ ekwivalenza | 11-il missjoni barra mill-UE kull sena għal 2 persuni. | 110 | Superviżjoni ta’ entitajiet pan-Ewropej | Spezzjonijiet fuq il-post | 0 | Governanza | Attività pprezzata | Suppożizzjonijiet | Kost totali | Bord ta’ Superviżuri | Teħid ta’ deċiżjonijiet | Iridu jiġu rimborżati 26 membru - 4 laqgħat fis-sena. | 83 | Bord Maniġerjali | Maniġment | 6 membri inkluż 4 rappreżentanti tas-superviżuri nazzjonali. Laqgħa kull xahar, li, meta possibbli, tkun tmiss mal-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri. | 26 | Kumitat Konġunt ta’ Tmexxija | Kooperazzjoni transsettorjali | Laqgħat perjodiċi għal-President minn kull ASE | 10 | Bord tal-Appell | Appelli | 6 membri, jekk wieħed iqis 8 laqgħat fis-sena, u remunerazzjoni annwali ta’ EUR 8000 kull persuna | 86 | TOTAL | 13 015 | Sors: Stimi u kalkolazzjonijiet tal-Kummissjoni u l-Kumitati L3. ANNESS 3 Pjan ta’ Stabbiliment (preliminari) Grupp u grad tal-kariga | Karigi (temporanji) | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | AD 16 | AD 15 | 1 | 1 | AD 14 | 1 | 1 | AD 13 | 1 | 1 | AD 12 | 3 | 5 | AD 11 | 4 | 7 | AD 10 | 7 | 15 | AD 9 | 9 | 21 | AD 8 | 6 | 13 | AD 7 | 4 | 9 | AD 6 | AD 5 | Total AD | 36 | 53 | 69 | 73 | AST 11 | AST 10 | 1 | 1 | AST 9 | 1 | 2 | AST 8 | AST 7 | 0 | 5 | AST 6 | 1 | 4 | AST 5 | 1 | 5 | AST 4 | AST 3 | AST 2 | AST 1 | Total AST | 4 | 9 | 11 | 17 | Total | 40 | 62 | 80 | 90 | Sors: Il-Kummissjoni [1] Dawn huma l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej (KSBE), il-Kumitat tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej (CEIOPS) u l-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej (KRET). [2] Għandu jiġi nnotat li dan il-memorandum ta’ spjegazzjoni jiffoka fuq il-proposti biex tiġi stabbilita s-SESF billi l-kumitati superviżorji Ewropej eżistenti jiġu trasformati f’ASE. Il-proposta biex jiġi stabbilit l-BERS qiegħda tiġi diskussa f’memorandum separat. [3] Ara QĠKE, C-217/04, pt. 44. [4] Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li huwa mehmuż għal informazzjoni dwar il-mekkaniżmu ta’ soluzzjoni tat-tilwimiet. [5] Il-kompetenza tar-risoluzzjoni hija bla ħsara għall-Artikolu 9, li jiffoka fuq sitwazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-liġi Komunitarja minn awtorità superviżorja nazzjonali kompetenti. [6] ĠU C , , p. . [7] ĠU C , , p. . [8] ĠU C , , p. . [9] ĠU C , , p. . [10] COM(2009) 114. [11] COM(2009) 252. [12] ĠU L 24, 29.1.2009, p.23. [13] ĠU L 25, 29.1.2009, p.28. [14] ĠU L 25, 29.1.2009, p.18. [15] pt. 44 –għad mhuwiex pubblikat. [16] ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1. [17] ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201. [18] ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5. [19] ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1. [20] ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15. [21] ĠU L L 271, 9.10.2002, p. 16. [22] ĠU L 247, 21.9.2007, p.1. [23] ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1. [24] ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15. [25] ĠU. L 56, 04.03.1968, p.1 [26] ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. [27] ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1. [28] ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43. [29] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. [30] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. [31] ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15. [32] ĠU L 317, 3.12.2001, p.1. [33] ĠU 17, 6.10.1958, p. 385. [34] Approprjazzjonijiet differenzjati. [35] Nefqa li ma taqax fi ħdan il-Kapitolu 12 01 tat-Titolu 12 konċernat. [36] Nefqa fi ħdan l-Artikolu 12 01 04 tat-Titolu 12. [37] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [38] Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej, Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli. [39] Il-kost tiegħu MHUWIEX kopert bl-ammont ta’ referenza. [40] Il-kost tiegħu MHUWIEX kopert bl-ammont ta’ referenza. [41] Il-kost tiegħu huwa inkluż fl-ammont ta’ referenza.