Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja /* KUMM/2009/0493 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 22.9.2009 KUMM(2009) 493 finali Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1) Il-kuntest tal-proposta | Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta Din il-proposta hija dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 (‘ir-Regolament bażiku’) fil-proċedura dwar l-importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li jkun ġej, inter alia, mir-Russja. | Il-kuntest ġenerali Din il-proposta qed issir fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta' sentenza tal-Qorti tal-Prima Istanza tal-Komunitajiet Ewropej dwar il-validità ta' Regolament tal-Kunsill adottat skont ir-Regolament bażiku u li rriżulta minn investigazzjoni mwettqa b'konformità mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku. | Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008[1] tat-8 ta’ Lulju 2008 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara verifika ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) u reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96. | Il-konsistenza mal-politiki u mal-għanijiet l-oħra tal-Unjoni Mhux applikabbli. | 2) Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni tal-impatt | Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati | Ma kienx hemm il-ħtieġa ta' konsultazzjoni ma' partijiet interessati. | Il-ġbir u l-użu ta' għarfien espert | Ma kien hemm l-ebda ħtieġa ta’ għarfien espert estern. | Valutazzjoni tal-impatt Din il-proposta tirriżulta mill-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti ta' Prima Istanza tal-Komunitajiet Ewropej fil-każ T-348/05 u l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix valutazzjoni tal-impatt ġenerali iżda fih lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu vvalutati. | 3) L-elementi ġuridiċi tal-proposta | Sommarju tal-azzjoni proposta Permezz tar-Regolament (KE) Nru 658/2002 il-Kunsill impona dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90 li joriġinaw mir-Russja. Wara rikjesta mill-kwerelant, twettqet analiżi interim dwar l-ambitu tal-prodott li wasslet għal emenda permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 945/2005 li jimponi dazji definittivi antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' fertilizzanti solidi li joriġinaw mir-Russja b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż ('AN'). Fl-aħħar nett, wara rikjesta għal analiżi dwar l-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 661/2008, impona dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja għal-perjodu ulterjuri ta' ħames snin. Nhar l-14 ta' Settembru 2005, l-esportatur JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat applika quddiem il-Qorti tal-Prima Istanza għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 945/2005, li estenda l-ambitu tal-miżuri. L-applikant saħaq li l-Kunsill ma setax jestendi l-miżuri għal prodott li huwa differenti mill-prodott inkwistjoni. Nhar l-10 ta' Settembru 2008, fil-każ T-348/05, il-Qorti ta' Prima Istanza tal-Komunitajiet Ewropej annullat ir-Regolament (KE) Nru 945/2005. In vista ta' dan imsemmi hawn fuq, id-dazji antidumping li tħallsu fuq l-importazzjonijiet minn JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat lejn il-Komunità Ewropea ta' nitrat tal-ammonju skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 945/2005 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008, fiż-żewġ każijiet bl-eċċezzjoni ta' dawk imposti fuq l-importazzjoni ta' prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90 li ffurmaw l-ambitu tal-prodott oriġinali, għandhom jiġu abbrogati. Għalhekk hu propost li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża bħala Regolament , li għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mill-iktar fis possibbli. | Il-bażi ġuridika Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu. | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għalhekk ma japplikax. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta' proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. | Il-forma ta' azzjoni hi deskritta fir-Regolament bażiku u ma tħalli l-ebda ambitu għal deċiżjoni nazzjonali. | L-indikazzjoni ta’ kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa’ fuq il-Komunità, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini huwa minimizzat u miġjub fi proporzjon mal-għan tal-proposta, ma tapplikax. | L-għażla ta' strumenti | L-istrumenti proposti: Ir-Regolament tal-Kunsill. | Mezzi oħra ma jkunux adegwati billi l-kwistjoni tikkonsisti f'modifika tar-Regolament tal-Kunsill. | 4) Implikazzjoni baġitarja | Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit Komunitarju. | Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[2] (ir-‘Regolament bażiku’) u b'mod partikolari l-Artikolu 9 paragrafu 4 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv, Billi: A. PROĊEDURA PREĊEDENTI (1) Permezz tar-Regolament (KE) Nru 658/2002[3] il-Kunsill impona dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90 li joriġinaw mir-Russja. Abbażi ta' talba mill-industrija Komunitarja sussegwentement twettqet analiżi interim dwar l-ambitu tal-prodott u, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 945/2005[4], ġew imposti dazji definittivi antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż ('AN'), li attwalemtn jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 3102 30 90, 3102 40 90, ex 3102 29 00, ex 3102 60 00, ex 3102 90 00, ex 3105 10 00, ex 3105 20 10, ex 3105 51 00, ex 3105 59 00 u ex 3105 90 91 u li joriġinaw mir-Russja. (2) Wara talba għal analiżi dwar l-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 661/2008[5], ikkonferma d-dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja. B. IL-PROĊEDIMENT QUDDIEM IL-QORTI TA' PRIMA ISTANZA (3) Nhar l-14 ta' Settembru 2005, JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat, kumpanija inkorporata skont il-liġi Russa, ressqet applikazzjoni fir-Reġistru tal-Qorti għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 945/2005. (4) Nhar l-10 ta' Settembru 2008, fil-każ T-348/05, il-Qorti ta' Prima Istanza tal-Komunitajiet Ewropej annullat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 945/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005. C. EMENDA TAL-MIŻURI (5) In vista tas-sejbiet imsemmija hawn fuq, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja, għajr dawk li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90 manifatturati u esportati minn JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat għandhom jiġu abbrogati b'effett b'lura mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008. (6) Il-ħlas lura jew ir-remissjoni għandha tintalab mill-awtoritajiet nazzjonali tad-dwana skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Is-subparagrafu (b) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008 għandu jiġi renumerat (c). 2. Dan li ġej għandu jiddaħħal fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008 wara s-subparagrafu (a) "(b) Fil-każ ta' oġġetti prodotti minn JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat (kodiċi addizzjonali TARIC A959): Deskrizzjoni tal-prodott | Kodiċi NM | Kodiċi TARIC | Ammont fiss ta' dazju (EUR għal kull tunnellata) | - Nitrat tal-ammonju għajr għal f’soluzzjonijiet tal- ilma | 3102 30 90 | - | 47,07 | - Taħlit tan-nitrat tal-ammonju ma' karbonat tal-kalċju jew sustanzi inorganiċi oħra mhux fertilizzanti, b'kontenut ta' nitroġenu li jaqbeż it-28 % fil-piż | 3102 40 90 | - | 47,07 | Għall-oġġetti msemmija fl-Artikolu 2(1) prodotti minn JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat u li mhumiex imsemmija fit-tabbella t'hawn fuq, m'għandu japplika l-ebda dazju antidumping." Artikolu 2 Id-dazji definittivi antidumping imħallsa fuq l-importazzjonijiet minn JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat fil-Komunità Ewropea fuq il-prodott inkwistjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008, għajr dawk imposti fuq l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90, għandhom jitħallsu lura jew jiġu rimessi. Il-ħlas lura jew ir-remissjoni għandhom jintalbu lill-awtoritajiet nazzjonali tad-dwana skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli. Artikolu 3 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . L-Artikolu 1 għandu japplika mit-13 ta' Lulju 2008. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, […] Għall-Kunsill Il-President […] [1] ĠU L 185, 8.7.2008, p.1. [2] ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. [3] ĠU L 102, 18.4.2002, p. 1. [4] ĠU L 160, 23.6.2005, p. 1. [5] ĠU L 185, 8.7.2008, p.1.